You have a complaint against an EU institution or body?

Ir-Rapport Annwali tal-2018



Introduzzjoni

Emily O’Reilly, European Ombudsman
Emily O’Reilly, l-Ombudsman Ewropew

Huwa bi pjaċir kbir għalija li nippreżenta r-Rapport Annwali tagħna għall-2018 għall-Uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew.

L-Uffiċċju ra żieda qawwija fl-ilmenti fil-mandat tiegħi mingħand iċ-ċittadini, is-soċjetà ċivili, in-negozji u l-midja. Dan nattribwih mhux għall-fatt li l-istandards tal-amministrazzjoni fi ħdan l-UE marru lura iżda għall-fatt li hemm għarfien akbar tax-xogħol li jsir mill-uffiċċju tiegħi u tal-eżiti pożittivi li nistgħu niksbu. Jiena niżżi ħajr lill-istituzzjonijiet, lill-aġenziji u lill-korpi tal-UE għall-kooperazzjoni tagħhom f’dan ix-xogħol u b’mod partikolari lill-Parlament Ewropew għall-appoġġ kontinwu tiegħu.

Din is-sena kienet waħda notevoli wkoll għall-użu ta’ waħda mis-setgħat tal-Ombudsman li rari jintużaw: dik li nippreżentaw Rapport Speċjali lill-Parlament Ewropew ħaġa li għamilt f’rapport li jirrigwarda r-responsabbiltà tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Għal ħafna deċennji l-perċezzjoni pubblika tal-UE kienet parzjalment imsawra mill-idea żbaljata u dannuża li l-gvernijiet nazzjonali ftit li xejn għandhom kontroll fuq it-tfassil tal-liġijiet tal-UE. Għaldaqstant huwa importanti għad-demokrazija tal-UE u għal dibattitu pubbliku infurmat li din l-idea tiġi kkontestata.

Għalhekk, peress li n-nies għandhom id-dritt li jkunu jafu kif il-gvernijiet tagħhom jikkontribwixxu għat-tfassil tal-leġiżlazzjoni tal-UE, tlabt lill-Parlament Ewropew jappoġġa l-proposti tiegħi biex titjieb it-trasparenza leġiżlattiva fil-Kunsill. Kont grata ħafna għall-appoġġ qawwi li l-Membri tal-Parlament taw lill-proposti tiegħi u nispera li dan iwassal għal bidla konkreta qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019.

Din is-sena rat ukoll it-tnedija formali tal-proċedura “Fast-Track” għat-talbiet ta’ aċċess għad-dokumenti. Din il-proċedura, li permezz tagħha l-uffiċċju tagħna għandu l-għan li jirnexxielu jasal għal sejba dwar ilment fi żmien 40 jum, tat xi riżultati tajbin lill-ilmentaturi.

Parti mix-xogħol ta’ ombudsman hija li jissorvelja kif ir-regoli dwar l-etika u r-responsabbiltà qegħdin jiġu implimentati. Fl-2018, għamilt eżerċizzju ta’ mmappjar dwar kif 15-il istituzzjoni rnexxielhom jimmaniġġjaw ir-regoli rigward it-trasferiment ta’ persunal anzjan għas-settur privat. B’sodisfazzjon rajt li hemm livell għoli ta’ għarfien fost l-istituzzjonijiet dwar l-importanza ta’ regoli b’saħħithom għal din il-kwistjoni ta’ bibien iduru għalkemm hemm bżonn isir aktar xogħol.

Bħala segwitu għall-moviment #MeToo li jkompli jenfasizza l-fastidju, speċjalment kontra n-nisa, iddeċidejt li nivverifika liema politiki kontra l-fastidju l-amministrazzjoni tal-UE għandha stabbiliti. Ktibt lil 26 istituzzjoni u aġenzija tal-UE fejn tlabthom id-dettalji tal-politiki; kif jiġu implimentati; jekk irċevewx ilmenti ta’ fastidju; u kif indirizzawhom. L-analiżi tiegħi issa ġiet ippubblikata u nittama li din ser tgħin fil-ħidma diffiċli biex jiġi eliminat il-fastidju mill-post tax-xogħol.

L-uffiċċju tiegħi spiss ittratta lmenti li jirrigwardaw l-użu tal-lingwi uffiċjali tal-UE mill-istituzzjonijiet. Biex nibdew id-diskussjoni, tlabna l-opinjonijiet tan-nies fuq kwistjonijiet bħall-politiki dwar il-lingwi tas-siti web tal-UE jew sa fejn it-teknoloġija tista’ tintuża biex tipprovdi t-traduzzjonijiet. Analiżi tat-tweġibiet se tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea.

F’Marzu organizzajna l-konferenza annwali tagħna tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen fi Brussell. Is-suġġett ewlieni kien dwar kif l-ombudsmen jistgħu jgħinu jibnu soċjetajiet aktar inklużivi. Seminar ta’ segwitu f’Settembru, ospitat mill-uffiċċju tiegħi, iddiskuta t-tagħlimiet li għandhom jinsiltu mill-istħarriġ tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar ir-rwol tal-istituzzjonijiet tal-ombudsman fil-promozzjoni ta’ gvern miftuħ.

F’Ottubru kelli pjaċir kbir inħabbar il-ftuħ tal-Premju għal Amministrazzjoni Tajba fl-2019. Il-proġetti se jiġu ċċelebrati u r-rebbieħa mħabbra f’ċerimonja f’Ġunju 2019.

Fi ftit kliem, l-2018 kienet sena mimlija impenji u sena ta’ suċċess. Filwaqt li nħarsu ’l quddiem lejn l-2019 bl-elezzjonijiet Ewropej importanti tagħha, u d-dibattiti li għaddejjin dwar il-futur tad-demokrazija f’era diġitali, l-obbligu tal-istituzzjonijiet tal-UE li jżommu l-ogħla standards etiċi u ta’ responsabbiltà huwa aktar b’saħħtu minn qatt qabel.

Emily O’Reilly

Emily O’Reilly

1 Daqqa t’għajn lejn l-2018

Jannar

L-Ombudsman tirrakkomanda lill-President tal-BĊE Draghi jissospendi s-sħubija tiegħu fil-Grupp ta’ Tletin

Frar

Imnedija l-proċedura “Fast-Track” għall-ilmenti dwar l-aċċess għad-dokumenti

Marzu

Il-konferenza annwali tan-Netwerk ­Ewropew tal-Ombdusmen fi Brussell

April

L-Ombudsman titkellem sabiex timmarka l-Jum annwali tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI)

Mejju

L-Ombudsman tibgħat Rapport Speċjali lill-Parlament dwar in-nuqqas ta’ responsabbiltà leġiżlattiva tal-Kunsill

Ġunju

L-Ombudsman tirċievi l-Premju Viżjoni għall-Ewropa fi Praga

Lulju

Tnedija tal-konsultazzjoni pubblika dwar l-użu tal-lingwi fl-istituzzjonijiet tal-UE

Awwissu

Ippubblikati r-rakkomandazzjonijiet dwar il-ħatra mill-Kummissjoni Ewropea tas-Segretarju Ġenerali tagħha

Settembru

L-Ombudsman tospita seminar dwar ir-rwol tal-istituzzjonijiet tal-ombudsmen fi gvern miftuħ

Ottubru

Tnedija tal-Premju għal Amministrazzjoni Tajba 2019

Novembru

L-Ombudsman tieħu sehem fil-Kollokju Annwali tal-2018 dwar id-Drittijiet Fundamentali

Diċembru

L-Ombudsman tmur Washington DC għal diskussjonijiet dwar ir-regoli tal-etika u tat-trasparenza fl-Istati Uniti u fl-UE

2 Suġġetti ewlenin

L-Ombudsman Ewropew tgħin lill-membri tal-pubbliku meta jkollhom xi kwistjoni mal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE. Il-problemi jvarjaw minn nuqqas ta’ trasparenza fit-teħid ta’ deċiżjonijiet jew ċaħda ta’ aċċess għad-dokumenti għal ksur ta’ drittijiet fundamentali u għal kwistjonijiet kuntrattwali.

2.1 Responsabbiltà fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE

Biex l-Ewropej jeżerċitaw id-dritt demokratiku tagħhom li jipparteċipaw fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE, u biex dawk involuti jinżammu responsabbli, id-deliberazzjonijiet leġiżlattivi għandhom ikunu trasparenti biżżejjed.

L-Ombudsman għamlet għadd ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea sabiex jippermetti lill-pubbliku jsegwi l-proċess leġiżlattiv tal-UE aktar faċilment. Dawn kienu jinkludu li l-Kunsill għandu sistematikament jirreġistra l-identitajiet tal-pożizzjonijiet tal-Istati Membri f’korpi preparatorji kif ukoll jiżviluppa kriterji ċari għall-applikazzjoni tal-istatus “LIMITE” (ristrett) għad-dokumenti. Is-Sinjura O’Reilly ipproponiet ukoll li l-Kunsill jiżviluppa paġna web iddedikata għal kull proposta leġiżlattiva u jtejjeb il-faċilità għall-utent tar-reġistru pubbliku tad-dokumenti. L-Ombudsman talbet l-appoġġ tal-Parlament Ewropew fil-kwistjoni billi ħarġet Rapport Speċjali. Membri tal-Parlament Ewropew appoġġaw bil-kbir il-proposti tal-Ombudsman f’votazzjoni f’seduta plenarja.

Ir-responsabbiltà fit-teħid tad-deċiżjonijiet tapplika wkoll għall-parti aktar kumplessa tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, inkluża l-komitoloġija – sett ta’ proċeduri li permezz tagħhom l-Istati Membri jikkontrollaw kif il-Kummissjoni Ewropea timplimenta l-liġi tal-UE. Membru tal-Parlament Ewropew irrikorra għand l-Ombudsman wara li l-Kummissjoni tat biss aċċess parzjali għall-minuti tal-laqgħat tar-rappreżentanti tal-Istati Membri biex jiddiskutu u jiddeċiedu dwar ir-regoli tal-UE dwar l-emissjonijiet mill-karozzi. Waqt li indikat li l-fehim ta’ kif iseħħ att ta’ implimentazzjoni u liema pożizzjonijiet iżommu r-rappreżentanti tal-Istati Membri differenti huwa vitali f’sistema demokratika responsabbli, l-Ombudsman talbet lill-Kummissjoni sabiex iżżid ħafna l-aċċess għall-minuti tal-laqgħat.

European Ombudsman

O’Reilly: Making the EU legislative process more accountable to the public, by being more open, would send an important signal ahead of the European elections in 2019 http://europa.eu/!md66Du  #euco #transparency

Emily O’Reilly

Emily O’Reilly: jekk il-proċess leġiżlattiv tal-UE jsir aktar responsabbli għall-pubbliku, billi jkun aktar miftuħ, jintbagħat sinjal importanti qabel l-elezzjonijiet Ewropej fl-2019.

“Jekk iċ-ċittadini ma jkunux jafu x’deċiżjonijiet qegħdin jieħdu l-gvernijiet tagħhom meta jkunu qegħdin isawru l-liġi tal-UE, se tippersisti l-kultura tat-“tort ta’ Brussell”. Emily O’Reilly

Minn żmien għal żmien l-UE tistabbilixxi gruppi ad hoc li jagħtu pariri dwar oqsma ta’ politika. Wieħed minn dawn il-gruppi – il-Grupp ta’ Personalitajiet – ta pariri lill-Kummissjoni dwar kif l-UE tista’ tappoġġa riċerka relatata mal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni. NGO lmentat mal-Ombudsman dwar in-nuqqas ta’ trasparenza rigward dan il-grupp, fejn innutat li ma kienx jidher fir-reġistru tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni, li jagħtu pariri esperti dwar il-politiki. L-Ombudsman sabet li l-grupp iwettaq l-istess funzjonijiet ta’ grupp ta’ esperti – u għaldaqstant talbitu jippublika l-aġendi tal-laqgħat tiegħu, il-minuti u s-sottomissjonijiet mill-parteċipanti. Kwalunkwe Grupp ta’ Personalitajiet futur għandu japplika l-istess standards ta’ trasparenza wkoll, qalet l-Ombudsman.

European Ombudsman

#EOPress: We found four instances of maladministration in the appointment of the @ EU_Commission’s Secretary-General. https://www.ombudsman.europa.eu/mt/press-release/mt/102716 …

Emily O’Reilly European Ombudsman

Sibna erba’ każijiet ta’ amministrazzjoni ħażina fil-ħatra tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea.

“Il-Kummissjoni għandha titgħallem minn din il-kwistjoni u tiżviluppa proċedura ġdida għall-ħatra tas-Segretarju Ġenerali tagħha.” Emily O’Reilly, l-Ombudsman Ewropew

It-teħid ta’ deċiżjonijiet responsabbli japplika wkoll għad-deċiżjonijiet interni fi ħdan istituzzjoni. Wara żewġ ilmenti, l-Ombudsman eżaminat il-mod li bih il-Kummissjoni Ewropea ħatret is-Segretarju Ġenerali tagħha fi Frar 2018 u sabet erba’ każijiet ta’ amministrazzjoni ħażina, inkluż il-ħolqien ta’ sens artifiċjali ta’ urġenza biex timtela l-pożizzjoni. L-Ombudsman innutat li r-responsabbiltà għall-amministrazzjoni ħażina kienet tal-Kummissjoni kollettivament u talbet li fil-futur ikun hemm proċedura speċifika għall-ħatra tas-Segretarju Ġenerali. Il-Kummissjoni rrifjutat li tistabbilixxi tali proċedura ta’ ħatra minkejja l-appoġġ tal-Parlament għar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman. L-Ombudsman imbagħad għalqet l-investigazzjoni, filwaqt li nnutat li jiddispjaċiha li l-Kummissjoni tilfet l-opportunità li terġa’ tikseb il-fiduċja tal-pubbliku wara l-ħatra problematika tal-uffiċjal fl-ogħla kariga tagħha.

2.2 It-trasparenza fil-lobbjar

Ħafna mix-xogħol tal-Ombudsman jikkonċerna s-sensibilizzazzjoni tal-amministrazzjoni tal-UE għal ċerti kwistjonijiet, inkluża l-ħsara magħmula għall-perċezzjoni pubblika tal-UE permezz tal-bibien iduru – fejn l-uffiċjali tal-UE jieħdu pożizzjonijiet fis-settur privat, jew fejn l-individwi jingħaqdu mal-istituzzjonijiet tal-UE mis-settur privat. Dan iċ-ċaqliq jista’ jqajjem tħassib dwar kunflitti ta’ interess jew il-lobbjar ta’ kollegi preċedenti.

L-Ombudsman investigat fil-passat rigward kif il-Kummissjoni timmaniġġja sitwazzjonijiet ta’ bibien magħluqa li jirrigwardaw lill-persunal u għamlet suġġerimenti dwar kif tista’ ssaħħaħ il-proċeduri għall-implimentazzjoni ta’ regoli f’dan il-qasam. Is-Sinjura O’Reilly segwiet dan fl-2017 billi fetħet investigazzjoni fuq inizjattiva proprja dwar sa liema punt il-Kummissjoni kienet implimentat il-proposti tagħha.

Ir-regoli riveduti tal-Kummissjoni dwar il-bibien iduru daħlu fis-seħħ f’Settembru 2018, u jirregolaw l-attivitajiet tal-persunal meta jkunu fuq liv personali kif ukoll meta l-persunal iħalli l-istituzzjoni biex imur jaħdem xi mkien ieħor. Kull sena l-Kummissjoni twettaq madwar 2 000 verifika ta’ kunflitt ta’ interess ta’ membri tal-persunal li jkunu deħlin, u madwar 400 verifika ta’ membri tal-persunal li jkollhom l-intenzjoni li jibdew jaħdmu barra mill-amministrazzjoni tal-UE.

L-analiżi tal-Ombudsman sabet li l-ġestjoni tal-Kummissjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ bibien iduru kellha nuqqasijiet f’żewġ aspetti ewlenin. Ma kinitx qed tippubblika dettalji dwar il-każijiet ta’ persunal anzjan li jitlaq għal impjieg ieħor fil-każijiet kollha (iżda f’dawk biss fejn hija identifikat potenzjal ta’ lobbjar) u l-informazzjoni hija ppubblikata biss darba f’sena. L-Ombudsman talbet li d-dettalji tal-każijiet kollha jiġu ppubblikati u tenniet il-proposta preċedenti tagħha li l-Kummissjoni tippubblika informazzjoni dwar każijiet individwali b’mod aktar regolari.

L-Ombudsman issuġġeriet bosta miżuri prattiċi oħrajn. Hija pproponiet li jekk il-Kummissjoni timponi kundizzjonijiet fuq eks-membru tal-persunal, il-persuna kkonċernata għandha tinforma lil min ikun ser jimpjegaha. Is-Sinjura O’Reilly issuġġeriet ukoll li meta eks-membru tal-persunal anzjan jitqiegħed taħt projbizzjoni temporanja ta’ lobbjar, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kollegi preċedenti tiegħu fl-istituzzjonijiet. Proposta oħra hija li ċ-ċaqliq ta’ eks-persunal anzjan lejn is-settur privat għandu jiġi ppubblikat direttament fuq ir-Reġistru ta’ Trasparenza.

European Ombudsman

Post-mandate activities of former Commissioners: @EU_Commission should do more to strengthen procedures, limit conflicts of interest and increase citizens’ trust http://europa.eu/!yu83bM

Emily O’Reilly European Ombudsman

L-attivitajiet ta’ wara l-mandat ta’ eks-Kummissarji: il-Kummissjoni Ewropea għandha tagħmel aktar sabiex issaħħaħ il-proċeduri, tnaqqas il-kunflitti ta’ interess u żżid il-fiduċja taċ-ċittadini.

“L-eks-Kummissarji għandhom id-dritt għal impjieg wara l-mandat tagħhom iżda bħala eks-uffiċjali pubbliċi jridu jiżguraw ukoll li l-azzjonijiet tagħhom ma jdgħajfux il-fiduċja taċ-ċittadini fl-UE.” Emily O’Reilly

L-Ombudsman eżaminat ukoll kif 15-il istituzzjoni u korp tal-UE (inklużi l-Parlament Ewropew, il-Kunsill, u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri) jippubblikaw l-informazzjoni meta l-membri tal-persunal anzjan tagħhom jitolbu l-approvazzjoni biex jibdew impjieg estern, inkluż kemm spiss tiġi ppubblikata tali informazzjoni u l-kamp ta’ applikazzjoni u l-kontenut tal-informazzjoni.

Għalkemm sabet livell għoli ta’ għarfien fost il-15-il istituzzjoni dwar l-importanza ta’ implimentazzjoni soda tar-regoli f’dan il-qasam, l-Ombudsman madankollu għamlet xi suġġerimenti għal titjib. Is-Sinjura O’Reilly ipproponiet li l-istituzzjonijiet jippubblikaw informazzjoni dwar il-każijiet kollha fejn jevalwaw talba għal impjieg estern; u li meta l-eks-membru tal-persunal imur f’organizzazzjoni fir-Reġistru ta’ Trasparenza, l-informazzjoni ppubblikata fil-każ tagħhom għandha tinkludi link għall-entrata tal-organizzazzjoni fir-Reġistru ta’ Trasparenza.

2.3 Aċċess għal dokumenti

Il-proċedura tal-aċċess “Fast-Track” għad-dokumenti tnediet fi Frar u malajr saret parti importanti tal-pajsaġġ ta’ investigazzjoni tal-każijiet. Skont is-sistema, l-uffiċċju jiddeċiedi fi żmien ħamest ijiem minn meta jirċievi lment jekk għandux jiġi eżaminat u jimmira li jkollu sejba fi żmien 40 jum.

NGO Belġjana użat il-proċedura għal talba ta’ aċċess għal dokument lill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA). L-investigazzjoni wasslet għall-ħruġ tad-dokumenti (relatati ma’ lobbjar dwar il-Programm ta’ Riċerka tad-Difiża Ewropea) kif ukoll biex l-EDA għamlet titjib fil-proċeduri u s-sistemi tagħha biex timmaniġġja u twieġeb it-talbiet ta’ aċċess għal dokumenti.

Xi drabi l-istituzzjoni kkonċernata tipprevjeni de facto aċċess għal dokument billi ddum ma twieġeb għat-talba inizjali. Dan seħħ meta ċittadin Ġermaniż talab aċċess għal dokumenti ta’ informazzjoni għal laqgħat bejn il-Kummissarju għall-Baġit u r-Riżorsi Umani tal-UE u partijiet terzi. L-ilmentatur irrikorra għall-Ombudsman peress li l-Kummissjoni ma kinitx ħadet deċiżjoni dwar it-talba wara aktar minn sena. Waqt l-investigazzjoni l-Kummissjoni qalet li kienet għadha ma tistax tieħu pożizzjoni dwar it-talba li wasslet biex l-Ombudsman toħroġ rakkomandazzjoni għal dewmien irraġonevoli. Il-Kummissjoni mbagħad ħarġet dokumenti minn 12-il laqgħa, pass li l-Ombudsman qieset li kien xieraq.

Wara investigazzjoni oħra s-Sinjura O’Reilly ħeġġet lill-Kummissjoni sabiex tieħu approċċ pragmatiku u faċli għaċ-ċittadini lejn it-trasparenza sabiex tevita li tagħti impressjoni żbaljata ta’ segretezza. Il-Kummissjoni kienet tat aċċess parzjali għal dokumenti lil ġurnalist relatati ma’ proġett tal-UE biex jiġu pprovduti hotspots tal-Wi-Fi bla ħlas fl-ibliet. L-Ombudsman sabet li l-editjar li l-Kummissjoni għamlet għad-dokumenti kien, kif qalet il-Kummissjoni, barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-talba tal-ilmentatur. Madankollu, is-Sinjura O’Reilly ipproponiet li meta parti żgħira biss minn dokument tkun lil hinn minn dak li jkun qed jitlob l-ilmentatur, fil-futur il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tippubblika dik l-informazzjoni wkoll.

European Ombudsman

@EUOmbudsman inquiry on contacts with the defence industry: @EUDefenceAgency gives access to documents and improves #transparency procedures https://www.ombudsman.europa.eu/mt/cases/decision.faces/mt/98631/html.bookmark …

L-investigazzjoni tal-Ombudsman Ewropew dwar il-kuntatti tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża mal-industrija tad-difiża: l-Aġenzija tagħti aċċess għal dokumenti u ttejjeb il-proċeduri ta’ trasparenza.

L-Ombudsman ħarġet ukoll rakkomandazzjoni fuq ir-rifjut tal-Kummissjoni li tagħti aċċess pubbliku għal dokumenti relatati mal-użu tal-OĠM bħala ikel jew għalf. Greenpeace, organizzazzjoni mhux governattiva, talbet lill-Kummissjoni tagħtiha aċċess pubbliku għal dokumenti li jistabbilixxu l-opzjonijiet differenti kkunsidrati mill-Kummissjoni qabel ma ppreżentat il-proposta tagħha, kif ukoll għal dokumenti dwar il-mod li bih intgħażlet l-opzjoni ppreżentata fil-proposta.

Għajnuna għal aċċess iktar mgħaġġel ta’ dokumenti tal-UE

Każ ieħor jipprova jiċċara meta l-posta elettronika tista’ titqies bħala dokument għall-finijiet ta’ talbiet ta’ aċċess għal dokumenti. F’din l-investigazzjoni l-Ombudsman talbet lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-politika interna tagħha għal meta l-posta elettronika tal-persunal titqies bħala dokument u biex twieġeb għall-opinjoni tal-Ombudsman li l-aċċess għall-posta elettronika tal-persunal jista’ jkun meħtieġ fl-immaniġġjar ta’ talbiet ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti tal-UE.

2.4 Id-drittijiet fundamentali

L-Ombudsman regolarment tindirizza lmenti rigward id-drittijiet fundamentali, bħall-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni. Membru tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) irrikorriet għand l-Ombudsman sabiex tilmenta dwar diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess fil-bank. L-ilmentatriċi kienet ippreżentat rapport skont il-politika tal-informaturi fejn allegat li l-bank ma kienx jagħti lin-nisa l-istess opportunitajiet bħall-irġiel sabiex jaċċessaw pożizzjonijiet maniġerjali. L-Ombudsman sabet li l-BEI dam wisq sabiex iwieġeb għar-rapport tal-ilmentatriċi u talbet lill-BEI sabiex jissoda l-politika tal-informaturi tiegħu, ħaġa li huwa qabel li jagħmel. L-Ombudsman ħeġġet lill-Bank ukoll sabiex jipprova jikseb rappreżentazzjoni bilanċjata kemm ta’ nisa kif ukoll ta’ rġiel fil-pożizzjonijiet maniġerjali u biex jimmira livell ogħla mill-mira tiegħu ta’ 33 % nisa f’pożizzjonijiet maniġerjali sal-2021.

Lejn l-aħħar tal-2018, l-Ombudsman tat segwitu għal investigazzjoni preċedenti dwar jekk id-drittijiet fundamentali humiex qed jiġu rrispettati meta l-Istati Membri jimplimentaw il-politika ta’ koeżjoni tal-UE. Is-Sinjura O’Reilly staqsiet lill-Kummissjoni x’passi ħadet biex tgħin lill-Istati Membri jistabbilixxu arranġamenti sabiex jeżaminaw ilmenti dwar il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej. Peress li l-investigazzjoni kienet tirrigwarda kif il-fondi tal-UE qegħdin jintefqu fl-Istati Membri, l-Ombudsman stiednet ukoll lill-membri tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen biex jaraw kif il-gvernijiet tagħhom qegħdin jimplimentaw ir-regoli.

European Ombudsman

@EIB accepts our recommendations on how to better handle gender discrimination and equal opportunity concerns. We have also suggested they work toward a more balanced gender representation at management level https://europa.eu/!Rq33HH

Il-Bank Ewropew tal-Investiment jaċċetta r-rakkomandazzjonijiet tagħna dwar kif għandha tiġi indirizzata aħjar id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess u u t-tħassib dwar l-opportunitajiet indaqs. Issuġġerejna wkoll li jaħdem għal rappreżentanza ta’ sessi aktar bilanċjata fil-livell maniġerjali.

Fil-bidu tal-2018, żewġ trejdjunjins ilmentaw mal-Ombudsman dwar dokument tal-Kummissjoni Ewropea u dokument ta’ ħidma tal-persunal dwar il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru. L-ilmentaturi ħassew li ma kienx jirrispetta d-dritt fundamentali tal-istrajkjar u li l-Kummissjoni ma kellha ebda setgħa li taġixxi f’dan il-qasam. L-Ombudsman sabet li, billi tħeġġeġ lill-Istati Membri b’mod mhux vinkolanti biex japplikaw ċerti prattiki fil-każ ta’ strajk, il-Kummissjoni ma kinitx marret lil hinn mill-mandat strett tagħha. Hija lanqas ma sabet evidenza li turi li xi prattika mħeġġa mill-Kummissjoni kienet tikser id-dritt fundamentali tal-istrajkjar.

2.5 Kwistjonijiet etiċi

Parti mill-ħidma tal-Ombudsman tinvolvi s-sensibilizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE dwar kif huma – jew l-azzjonijiet tagħhom – huma perċepiti mill-pubbliku. F’dan l-ispirtu, u wara lment mingħand NGO tat-trasparenza bbażata fi Brussell, is-Sinjura O’Reilly talbet lil Mario Draghi, President tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), jissospendi s-sħubija tiegħu fil-Grupp ta’ Tletin (G30), organizzazzjoni privata li tikkonsisti f’kapijiet ta’ banek privati kbar u ċentrali kif ukoll f’membri ta’ akkademji. Peress li wħud mill-membri tal-G30 huma l-kapijiet ta’ banek li jaqgħu taħt is-superviżjoni diretta jew indiretta tal-BĊE, l-Ombudsman sabet li s-sħubija kontinwa tal-President tal-BĊE fil-G30 tista’ ddgħajjef il-fiduċja tal-pubbliku fl-indipendenza tal-bank. Il-BĊE rrifjuta li jimplimenta l-proposti ssuġġeriti mill-Ombudsman. Filwaqt li ddispjaċiha għall-pożizzjoni li ħa l-bank, is-Sinjura O’Reilly esprimiet it-tama li r-rakkomandazzjoni tagħha tqajjem aktar għarfien ta’ tali kwistjonijiet fil-futur.

European Ombudsman

O’Reilly: Interactions with the G30 should be as transparent as possible and not based on membership which undermines the transparency steps @ECB has made in recent years http://europa.eu/!hx39Dd

Emily O’Reilly European Ombudsman

Emily O’Reilly: l-interazzjonijiet mal-G30 għandhom ikunu kemm jista’ jkun trasparenti u mhux ibbażati fuq sħubiji, li jdgħajfu l-passi ta’ trasparenza li l-Bank Ċentrali Ewropew ħa f’dawn l-aħħar snin.

“Huwa importanti li jintwera lill-pubbliku li hemm diviżjoni ċara bejn il-BĊE bħala superviżur u l-industrija finanzjarja li hija affettwata mid-deċiżjonijiet tiegħu.” Emily O’Reilly

L-Ombudsman laqgħet l-aħbar tal-Kummissjoni fil-bidu tal-2018 li kienet se tibda tippubblika d-dettalji dwar l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-Kummissarji kull xahrejn. Il-mossa tal-Kummissjoni ġiet meta l-Ombudsman kienet qiegħda tinvestiga lment mill-NGO tat-trasparenza Access Info Europe dwar kif il-Kummissjoni mmaniġġjat it-talbiet ta’ aċċess pubbliku għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-Kummissarji fl-2016. Fid-deċiżjoni tal-għeluq tagħha, l-Ombudsman irreferiet għall-politika l-ġdida ta’ pubblikazzjoni bħala “pass pożittiv ħafna lejn trasparenza akbar f’dan il-qasam”.

Wara l-moviment #MeToo, l-Ombudsman iddeċidiet li twettaq verifika ta’ liema politiki ta’ kontra l-fastidju għandha stabbiliti l-amministrazzjoni tal-UE. Hija kitbet lil 26 istituzzjoni u aġenzija tal-UE fejn talbithom id-dettalji tal-politiki; kif jiġu implimentati; jekk irċevewx ilmenti ta’ fastidju; u kif indirizzawhom. L-aħjar prattiki identifikati mill-Ombudsman ikopru s-sensibilizzazzjoni, it-taħriġ, il-valutazzjoni tar-riskju, il-monitoraġġ tal-politiki u l-miżuri ta’ riabilitazzjoni. F’kumment ġenerali, l-Ombudsman tinnota li l-persunal kollu tal-UE, irrispettivament mill-istatus tiegħu, għandu jkun protett mill-fastidju u li din il-protezzjoni għandha tkun estiża għal atti mwettqa minn kull kategorija ta’ persunal.

L-Ombudsman għamlet ukoll suġġerimenti speċifiċi lill-Parlament Ewropew dwar kif isaħħaħ il-proċeduri tiegħu għall-indirizzar ta’ lmenti ta’ fastidju. Dan seħħ wara lment minn membru tal-persunal ta’ grupp politiku fil-Parlament dwar it-tul ta’ żmien li kien qed jieħu l-Kumitat Konsultattiv tal-Parlament sabiex jevalwa l-każ ta’ fastidju tiegħu. L-Ombudsman innutat li ċerti nuqqasijiet fil-proċeduri jistgħu jitfgħu dawl ikrah fuq il-proċeduri ta’ kontra l-fastidju fis-servizz ċivili tal-UE inġenerali u pproponiet li l-Parlament ifassal linji gwida dwar iż-żmien għall-Kumitat Konsultattiv biex jikkonkludi l-ħidma tiegħu fuq każijiet individwali.

2.6 L-aġenziji tal-UE u korpi oħra

Minbarra li tiftaħ investigazzjonijiet ibbażati fuq ilmenti jew fuq inizjattiva proprja, l-Ombudsman tipprova tinfluwenza l-bidla fl-istituzzjonijiet tal-UE permezz ta’ mezzi oħra, inkluż billi tieħu sehem f’konsultazzjonijiet pubbliċi li jirrigwardaw il-qasam ta’ ħidma tagħha. Is-Sinjura O’Reilly kitbet lill-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker fil-bidu tal-2018 bi proposti li jirrigwardaw it-trasparenza tal-mudell tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari. Fost is-suġġerimenti tagħha kien hemm li l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għandha tippubblika, mingħajr dewmien żejjed, l-aġendi u l-minuti tal-laqgħat relatati mal-valutazzjoni tar-riskju. Hija nnutat ukoll li l-interess pubbliku fir-robustezza tal-istudji xjentifiċi normalment jisboq l-interessi kummerċjali fil-protezzjoni tas-sejbiet xjentifiċi.

Waqt li kompliet l-investigazzjoni fuq inizjattiva proprja dwar kif l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) tittratta l-interazzjonijiet mal-kumpaniji farmaċewtiċi qabel ma dawk il-kumpaniji jissottomettu l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, l-Ombudsman nediet konsultazzjoni pubblika dwar il-kwistjoni f’Ottubru 2018. Il-konsultazzjoni talbet opinjonijiet dwar jekk dawn l-attivitajiet “ta’ qabel is-sottomissjoni” humiex trasparenti biżżejjed u dwar jekk jeħtieġx li jkun hemm aktar trasparenza dwar il-pariri xjentifiċi li l-EMA tipprovdi lill-iżviluppaturi tal-mediċini. Il-konsultazzjoni baqgħet sejra sal-aħħar ta’ Jannar 2019.

Investigazzjoni dwar kif l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) tindirizza r-rapporti dwar is-sigurtà wasslet biex l-aġenzija tibdel il-prattika tagħha biex dawk li jirrappurtaw tħassib dwar is-sigurtà jirċievu rispons dwar jekk l-EASA għandhiex is-setgħa li taġixxi fuq il-kwistjonijiet imqajma. Il-bidla fil-politika seħħet wara li mekkanik tal-manutenzjoni tal-ajruplani rrikorra għand l-Ombudsman peress li ma kien irċieva ebda rispons għal rapport ta’ sigurtà li kien ippreżenta.

Kumpanija tan-negozju rrikorriet għand l-Ombudsman wara li l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) ippruvat tirkupra parti mill-kontribuzzjoni tagħha mħallsa lill-kumpanija bħala parti minn proġett iffinanzjat mill-UE. Wara l-intervent tal-Ombudsman, ir-REA ammettiet li l-ispjegazzjoni inizjali tagħha għall-ilment dwar ir-raġuni għalfejn riedet tirkupra l-fondi ma kinitx ċara biżżejjed u offriet lill-ilmentatur opportunità oħra sabiex tipprovdi spjegazzjonijiet dwar kwistjonijiet imqajma mir-REA.

European Ombudsman

How does @EMA_News engage with medicine producers before they apply for EU market authorisations? We invite you to comment by 31 January 2019 https://europa.eu/!XY76tj

Kif taħdem l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mal-produtturi tal-mediċini qabel ma japplikaw għall-awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq tal-UE? Nistednukom biex tikkummentaw sal-31 ta’ Jannar 2019.

2.7 Il-kuntratti u l-għotjiet tal-UE

Kull sena l-Ombudsman tittratta bosta każijiet li jirrigwardaw il-fondi tal-UE. Filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea ġustament tiżgura li l-fondi jiġu allokati u minfuqa b’mod xieraq, xi drabi jkun hemm nuqqas ta’ fehim jew diffikultajiet li jirriżultaw minn din il-proċedura ta’ verifika.

F’każ minnhom, is-sid ta’ kumpanija Kroata, li kienet parti minn konsorzju li wettaq proġett iffinanzjat mill-UE, irrikorra għand l-Ombudsman wara li l-Kummissjoni ppruvat tirkupra fondi li jammontaw għal aktar minn dak li kienet irċeviet il-kumpanija. Wara l-intervent tal-Ombudsman, il-Kummissjoni qablet li tnaqqas l-ammont li kellha tirkupra b’aktar minn EUR 300 000. Madankollu, ma skużatx ruħha mal-ilmentatur u lanqas ma implimentat rakkomandazzjoni oħra tal-Ombudsman, li kienet li tirrevedi aspett tas-sejbiet tal-awditjar. L-Ombudsman issuġġeriet li fil-futur il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-azzjonijiet tagħha, filwaqt li jinfurzaw ir-regoli finanzjarji, għandhom ikunu ġusti u proporzjonati u jirriflettu aħjar il-valuri li fuqhom hija bbażata l-UE.

EUA

EUA welcomes the European Ombudsman’s decision and looks forward to keep working with its #LatinAmerican partners https://eua.eu/component/tags/tag/65-latin-america-the-caribbean.html …

L-Assoċjazzjoni tal-Universitajiet Ewropej tilqa’ d-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew u hija ħerqana li tkompli taħdem ma’ sħabha fl-Amerika Latina.

Każ ieħor kien jirrigwarda d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tirkupra fondi mogħtija lil organizzazzjoni mhux governattiva Ġermaniża taħt il-programm LIFE+ tal-UE. Il-Kummissjoni qieset li l-fondi inkwistjoni kienu jikkostitwixxu qligħ għall-NGO u riedet tirkupra EUR 214 707. L-ilmentatriċi kkuntestat il-pożizzjoni tal-Kummissjoni u rrikorriet għand l-Ombudsman. Waqt l-investigazzjoni, il-Kummissjoni qablet li tieqaf tipprova tirkupra l-fondi.

Investigazzjoni oħra relatata ma’ fondi nfetħet meta l-Assoċjazzjoni tal-Universitajiet Ewropej ilmentat mal-Ombudsman peress li l-Kummissjoni kienet irrifjutat li tħallas spejjeż (EUR 83 000) imġarrba mill-organizzazzjoni b’rabta mal-proġett ALFA-PUENTES – proġett għat-trawwim tal-integrazzjoni reġjonali tal-Amerika Latina. L-Ombudsman sabet li l-Kummissjoni ma kinitx ipprovdiet ġustifikazzjonijiet suffiċjenti għar-rifjut tagħha li tħallas l-ammont lill-EUA u talbitha tagħmel dan. Bi tweġiba l-Kummissjoni ddiskutiet il-kwistjoni mal-ilmentaturi mill-ġdid u qablet li tħallas l-ispejjeż.

2.8 Il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-tfassil ta’ politika fl-UE

L-UE, li għandha 24 lingwa uffiċjali u aktar minn 500 miljun ċittadin, hija impenjata li tirrispetta u tissalvagwardja d-diversità lingwistika. Dan jagħti importanza kbira lil-lingwi użati mill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex jikkomunikaw mal-pubbliku. Il-liġijiet kollha tal-UE jridu jiġu ppubblikati fil-lingwi uffiċjali kollha iżda minbarra dawn il-każijiet speċifiċi, l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom ċerta diskrezzjoni dwar il-lingwi li jużaw f’sitwazzjonijiet speċifiċi.

Madankollu, hemm nuqqas ta’ konsistenza fl-istituzzjonijiet dwar meta u kif japplikaw il-politika dwar il-lingwi, b’qasam partikolari ta’ tħassib ikunu s-siti web tal-istituzzjonijiet. L-Ombudsman għamlet konsultazzjoni pubblika minn Lulju sa Settembru fejn talbet għal kummenti dwar kif l-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jikkomunikaw l-aħjar mal-pubbliku. Il-konsultazzjoni rċeviet 286 tweġiba, li l-parti l-kbira tagħhom waslu mingħand individwi (247), filwaqt li tlieta waslu mingħand Stati Membri u tnejn mingħand aġenziji tal-UE. Analiżi tat-tweġibiet se tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-Ombudsman fl-2019.

Il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-tfassil tal-politiki tiddependi fl-aċċess f’waqtu tan-nies għal informazzjoni rilevanti. Każ ta’ aċċess għal dokumenti huwa deskrizzjoni ċara ta’ dan – NGO li tiddefendi d-drittijiet tal-annimali rrikorriet għand l-Ombudsman wara li l-Kummissjoni rrifjutat aċċess għal dokumenti dwar il-kalkoli magħmula biex jiġi stmat l-użu tal-annimali għal abbozz ta’ valutazzjoni tal-impatt. Il-valutazzjoni saret bħala parti minn emenda għal-liġi tal-UE li tirregola l-awtorizzazzjoni u l-evalwazzjoni tal-kimiċi (REACH). Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni rrilaxxat id-dokumenti – pass li kien konformi wkoll ma’ sentenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar l-aċċess għal dokumenti relatati ma’ inizjattivi leġiżlattivi.

L-Ombudsman kompliet tappoġġa bil-qawwa l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI) – li taħtha l-Kummissjoni Ewropea għandha tikkunsidra l-leġiżlazzjoni dwar kwistjoni li tkun ġabret aktar minn miljun firma minn tal-anqas seba’ Stati Membri. F’diskors biex tfakkar il-Jum tal-ECI, is-Sinjura O’Reilly innutat li l-uffiċċju tagħha se jimmonitorja kif se tiġi implimentata l-leġiżlazzjoni l-ġdida ppjanata dwar l-ECI.

European Ombudsman

What do you think about the use of languages in the EU institutions? We have launched a public consultation and look forward to receiving your views: http://europa.eu/!gT39KW

X’taħseb dwar l-użu tal-lingwi fl-istituzzjonijiet tal-UE? Nedejna konsultazzjoni pubblika u qed nistennew bil-ħerqa l-opinjonijiet tagħkom.

L-Ombudsman Ewropew, Emily O’Reilly, mal-ewwel Viċi President tal-Kummissjoni, Frans Timmermans; il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Georges Dassis; u mad-Deputat Ministru għall-Presidenza Bulgara tal-Kunsill tal-UE, Monika Panayotova, waqt il-Jum tal-Inizjattiva ta’ Ċittadinanza Ewropea 2018.
L-Ombudsman Ewropew, Emily O’Reilly, mal-ewwel Viċi President tal-Kummissjoni, Frans Timmermans; il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Georges Dassis; u mad-Deputat Ministru għall-Presidenza Bulgara tal-Kunsill tal-UE, Monika Panayotova, waqt il-Jum tal-Inizjattiva ta’ Ċittadinanza Ewropea 2018.

3 Il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni

3.1 Komunikazzjoni

L-Uffiċċju tal-Ombudsman għamel żewġ passi kbar fl-2018 bħala parti mill-għan kontinwu tiegħu li jżid il-viżibilità tiegħu. L-ewwel wieħed kien reviżjoni sħiħa tas-sit web, bil-verżjoni l-ġdida tibda tiffunzjona f’Lulju. Is-sit web il-ġdid huwa aktar faċli għall-utent, b’titjib fil-funzjoni tat-tiftix b’mod li l-każijiet huma rranġati skont is-suġġett, il-format u d-data. L-investigazzjonijiet ewlenin, il-pubblikazzjonijiet u l-avvenimenti huma eżebiti b’mod prominenti biex l-utent ikun jista’ jieħu impressjoni malajr tal-attivitajiet tal-uffiċċju.

L-Ombudsman nediet ukoll vidjow ġdid biex tispjega b’mod sempliċi t-tip ta’ xogħol li tagħmel. Il-vidjow jenfasizza tliet tipi ta’ oqsma li l-Ombudsman tista’ tinvestiga – l-aċċess għall-informazzjoni; problemi bil-finanzjamenti mill-UE; u t-trasparenza fil-lobbjar. It-tliet oqsma ta’ investigazzjoni huma maqsumin ukoll fi tliet vidjows qosra ħafna, li jistgħu faċilment jiġu kondiviżi fuq il-midja soċjali.

Il-kont Twitter tal-uffiċċju – @EUOmbudsman – ra żieda ta’ 17 % fis-segwaċi tiegħu matul is-sena filwaqt li s-segwaċi tal-kont LinkedIn żdiedu bi 13 %. Il-pjattaformi li l-Ombudsman espandiet għalihom dan l-aħħar bħal Instagram raw żieda kbira (61 %) fis-segwaċi filwaqt li l-qarrejja tal-paġna tal-Ombudsman fuq Medium żdiedu b’40 %.

L-Ombudsman nediet il-Premju għal Amministrazzjoni Tajba 2019 f’Ottubru, wara s-suċċess kbir tal-ewwel edizzjoni tal-premju, li rat proġetti nominati minn firxa ta’ istituzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-UE. In-nominazzjonijiet għall-premju jistgħu jsiru mill-persunal tal-UE, jew min-negozji, mill-assoċjazzjonijiet jew minn gruppi tas-soċjetà ċivili. Waqt li sejħet għan-nominazzjonijiet, l-Ombudsman innutat li “r-rikonoxximent formali ta’ dan ix-xogħol jgħin biex jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki fost l-istituzzjonijiet” u ttamat li jservi bħala ispirazzjoni għal proġetti futuri. Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premju se ssir f’Ġunju 2019.

L-Ombudsman Ewropew, Emily O’Reilly, tkellem lil grupp ta’ Ewropej żgħażagħ waqt l-Avveniment taż-Żgħażagħ Ewropej 2018 fi Strasburgu f’Ġunju.
L-Ombudsman Ewropew, Emily O’Reilly, tkellem lil grupp ta’ Ewropej żgħażagħ waqt l-Avveniment taż-Żgħażagħ Ewropej 2018 fi Strasburgu f’Ġunju.

L-Uffiċċju tal-Ombudsman kien kuntent li jieħu sehem fl-Avveniment taż-Żgħażagħ Ewropej tal-2018 li ġabar flimkien eluf ta’ żgħażagħ fuq jumejn fi Strasburgu f’Ġunju. Bosta membri tal-persunal ipparteċipaw fl-avveniment, fejn spjegaw kif l-uffiċċju jgħin liċ-ċittadini u kif jippromwovi x-xogħol tiegħu fuq il-midja soċjali. Is-Sinjura O’Reilly għamlet diskors ewlieni li fih fakkret liż-żgħażagħ dwar is-saħħa tal-vot. Hija ħeġġithom iqisu l-elezzjonijiet Ewropej bħala opportunità sabiex jużaw din is-saħħa biex jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet meħuda fil-livell tal-UE.

European Ombudsman

There are many dedicated #EU public servants out there making that extra effort to help citizens. Give them the acknowledgement they deserve by nominating them for our ‘Good Administration Award 2019’ here: http://europa.eu/!Hq47rx #EOAward

Emily O’Reilly European Ombudsman

Hemm ħafna uffiċjali pubbliċi ddedikati tal-UE li qegħdin jagħmlu dak l-isforz ulterjuri biex jgħinu liċ-ċittadini. Agħtihom ir-rikonoxximent li ħaqqhom billi tinnominahom għall-Premju għal Amministrazzjoni Tajba 2019.

European Ombudsman

The #EYE2018 in #Strasbourg is starting. Join the @EUombudsman team to meet the Ombudsman herself & find out what her office can do for citizens and to share your wish list for the #FutureofEurope

Emily O’Reilly European Ombudsman

L-Avveniment taż-Żgħażagħ Ewropej fi Strasburgu wasal biex jibda: ingħaqad mat-tim tal-Ombudsman Ewropew biex tiltaqa’ mal-Ombudsman innifisha u tiskopri x’jista’ jagħmel l-Uffiċċju tagħha għaċ-ċittadini, u biex taqsam il-lista ta’ xewqat tiegħek għall-Futur tal-Ewropa.

3.2 Ir-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet tal-UE

3.2.1 Il-Parlament Ewropew

L-Ombudsman tapprezza ħafna r-relazzjoni b’saħħitha mal-Parlament Ewropew. Il-membri tiegħu jeleġġu lill-Ombudsman, li jgħin lin-nies li jkollhom kwistjonijiet mal-amministrazzjoni tal-Unjoni. Matul l-2018, l-Ombudsman indirizzat is-sessjoni plenarja tal-Parlament u skambjat opinjonijiet ma’ diversi kumitati fosthom il-Kumitat għall-Petizzjonijiet, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. L-Ombudsman iltaqgħet mal-President Antonio Tajani u kellha laqgħat ma’ bosta Membri tal-Parlament Ewropew, li kienu jirrappreżentaw lill-gruppi politiċi kollha ewlenin. L-Ombudsman hija ħerqana biex tissokta r-relazzjoni produttiva mal-Parlament elett il-ġdid tal-2019.

L-Ombudsman Ewropew tippreżenta r-Rapport Annwali tal-2017 tagħha lill-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani.
L-Ombudsman Ewropew tippreżenta r-Rapport Annwali tal-2017 tagħha lill-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani.
3.2.2 Kumitat għall-Petizzjonijiet

Djalogu kontinwu mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa essenzjali għal sistema effettiva li tindirizza t-tħassib tal-pubbliku li jirrikorri għand il-Kumitat jew għand l-Ombudsman għal gwida u għall-għajnuna. Filwaqt li l-Ombudsman tindirizza lmenti kontra istituzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-UE, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jindirizza petizzjonijiet fir-rigward ta’ oqsma ta’ attività tal-UE fl-Ewropa kollha. Fl-2018, il-Kumitat ħadem fl-istess ħin fuq diversi fajls li jirrigwardaw il-ħidma tal-Ombudsman. L-Ombudsman kienet kuntenta li taf li tista’ tiddependi fuq appoġġ qawwi mill-Membri tal-Kumitat li jirrappreżentaw lill-gruppi politiċi kollha, u hija ħerqana biex taħdem mal-Kumitat li għadu kemm ġie ffurmat.

PETI Committee Press

Joint @EP_Petitions & @EPInstitutional report on the #transparency of legislative discussions in the preparatory bodies of the Council (@EUombudsman’s strategic inquiry) was approved with 31 votes and 3 abstentions.

Rapport konġunt tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kumitat għall-Affarijiet Istituzzjonali dwar Rapport Speċjali mill-Ombudsman Ewropew. Huwa relatat mal-investigazzjoni strateġika tagħha dwar it-trasparenza tad-diskussjonijiet leġiżlattivi fil-Kunsill tal-korpi preparatorji tal-UE. Ir-rapport konġunt ġie approvat b’31 vot u bi 3 astensjonijiet.

3.2.3 Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli għall-parti l-kbira tax-xogħol amministrattiv tal-UE u hija s-suġġett ta’ ħafna attenzjoni pubblika. Bħala l-akbar istituzzjoni tal-UE b’impatt enormi fuq il-ħajja ta’ miljuni ta’ persuni, huwa naturali li perċentwal kbir tal-ilmenti lill-Ombudsman jirrigwardaw ix-xogħol tal-Kummissjoni. Biex twassal it-tħassib tal-Ewropej, l-Ombudsman iltaqgħet mal-President Juncker u ma’ ħafna Kummissarji fl-2018. Il-Kummissjoni diġà għandha standards għoljin impressjonanti ta’ amministrazzjoni pubblika. Madankollu, ħafna oqsma għadhom jeħtieġu titjib. Għaldaqstant, relazzjoni regolari miftuħa u onesta bejn is-servizzi taż-żewġ istituzzjonijiet hija l-aktar forma ta’ kooperazzjoni effettiva.

Emily O’Reilly ma’ Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea.
Emily O’Reilly ma’ Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea.
3.2.4 Istituzzjonijiet, aġenziji u organizzazzjonijiet oħrajn

L-Ombudsman iżżomm ukoll relazzjonijiet importanti mal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji l-oħrajn tal-UE sabiex tosserva u tappoġġa l-kultura amministrattiva u l-kooperazzjoni interistituzzjonali. Fl-2018, l-Ombudsman kienet f’kuntatt mill-qrib mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD), mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), mal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA), u ma’ diversi aġenziji. Relazzjonijiet b’saħħithom mal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha tal-UE huma element importanti tal-istrateġija “Lejn l-2019” tal-Ombudsman sabiex tinħoloq amministrazzjoni tal-UE iktar miftuħa u orjentata lejn is-servizz għall-benefiċċju ta’ dawk kollha li jgħixu fl-Ewropa.

European Court of Auditors

Thank you @EUombudsman Emily O’Reilly for her 1st visit to @EUauditors. Fruitful exchange of ideas with President & Members, with presentation to staff incl Q&A. Sound EU governance at the heart of both institutions & key for maintaining citizens’ trust.
https://www.eca.europa.eu/en/Pages/NewsItem.aspx?nid=10043 …

Grazzi, Ombudsman Ewropew, Emily O’Reilly, għall-ewwel żjara tiegħek lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Kien hemm skambju produttiv ta’ ideat mal-President u mal-Membri tal-Qorti, u preżentazzjoni lill-persunal, li kienet tinkludi sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet. Hemm governanza soda tal-UE fil-qalba taż-żewġ istituzzjonijiet, li hija kruċjali biex tinżamm il-fiduċja taċ-ċittadini.

3.2.5 Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità

Bħala membru tal-Qafas tal-UE, l-Ombudsman tippromwovi, tipproteġi u tissorvelja l-implimentazzjoni tal-amministrazzjoni tal-UE tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD). F’Settembru, l-Ombudsman ħadet il-presidenza tal-Qafas tal-UE għal sena.

Fl-investigazzjoni strateġika tagħha fit-trattament ta’ persuni b’diżabbiltà taħt ir-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard (RKAM), l-Ombudsman irrakkomandat li l-Kummissjoni tirrevedi d-dispożizzjonijiet li jirregolaw ir-RKAM biex tiżgura konformità mas-CRPD. L-Ombudsman identifikat ukoll għadd ta’ kwistjonijiet sistemiċi relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u għamlet għadd ta’ suġġerimenti. Hija ħarġet ukoll rapport dwar il-konsultazzjoni tagħha indirizzata lil assoċjazzjonijiet ta’ membri tal-persunal tal-UE b’diżabbiltà – jew li l-familji tagħhom għandhom xi diżabbiltà – u lill-Forum Ewropew dwar id-Diżabbiltà.

L-Ombudsman għalqet l-investigazzjoni strateġika tagħha dwar l-aċċessibbiltà tas-siti web tal-Kummissjoni u tal-għodod online għall-persuni b’diżabbiltà. Hija kienet sodisfatta li l-Kummissjoni kienet qed tieħu passi sabiex ittejjeb l-aċċessibbiltà tal-web, u għamlet għadd ta’ suġġerimenti għal dan il-għan. Pereżempju, hija ssuġġeriet li l-Kummissjoni tipprovdi kontenut web f’formati aċċessibbli li jissodisfaw standards internazzjonali ogħla f’firxa wiesgħa ta’ siti web, tadotta pjan ta’ azzjoni dwar l-aċċessibbiltà tal-web, u tintroduċi taħriġ obbligatorju fl-aċċessibbiltà tal-web għall-membri tal-persunal li jaħdmu fuq is-siti web.

F’Diċembru, l-Ombudsman ħarġet rakkomandazzjonijiet f’investigazzjoni konġunta fuq żewġ ilmenti li kienu jirrigwardaw l-aċċessibbiltà tal-proċeduri ta’ selezzjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) għall-kandidati b’vista batuta. Hija talbet lill-EPSO jiżgura li l-formola tal-applikazzjoni online tiegħu għall-proċeduri ta’ selezzjoni tkun magħmula għalkollox konformi mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-kandidati b’vista batuta. Hija ħeġġet ukoll li jiġu introdotti f’waqthom it-teknoloġiji ta’ assistenza għall-kandidati waqt it-testijiet li jsiru fuq il-kompjuter, li jseħħu fiċ-ċentri tal-ittestjar madwar id-dinja.

Bħala segwitu għall-investigazzjoni fuq inizjattiva proprja tagħha dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali fl-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE, l-Ombudsman kitbet lill-Kummissjoni dwar ir-rekwiżit li l-Istati Membri jkollhom stabbiliti mekkaniżmi ta’ tressiq ta’ lmenti effettivi rigward il-Fondi SIE. Hija staqsiet, pereżempju, x’passi ħadet il-Kummissjoni sabiex tgħin lill-Istati Membri jistabbilixxu tali arranġamenti u kif kienet qed timmonitorja l-konformità tal-Istati Membri ma’ dan l-obbligu.

L-Ombudsman kitbet ukoll lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Iskejjel Ewropej u t-tfal b’diżabbiltà. Hija talbet lill-Kummissjoni biex tieħu l-passi meħtieġa sabiex tiżgura lil l-ġenituri ta’ tfal bi ħtiġijiet speċjali ta’ edukazzjoni li huma esklużi mill-Iskejjel Ewropej ma jkunux meħtieġa jikkontribwixxu għall-ispejjeż edukattivi tat-tfal tagħhom.

European Ombudsman

Recommendation: #EU should recognise ‘serious illness’ in staff with #disabilities in line with #UNCRPD recommendations http://europa.eu/!Hq48YK

Rakkomandazzjoni: l-UE għandha tirrikonoxxi “mard serju” fil-persunal b’diżabbiltà skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità.

3.3 In-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen

Il-membri tal-panel fl-ewwel sessjoni tal-konferenza tal-2018 tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen (mix-xellug għal-lemin): Emily O’Reilly, Ombudsman Ewropew; Andreas Pottakis, Ombudsman Grieg; Georges Dassis, President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew; Shada Islam, Moderatur; Reinier van Zutphen, Ombudsman Nazzjonali tan-Netherlands; Ulrike Guérot, Professur tal-Politika Ewropea u l-istudju tad-demokrazija; u Adam Bodnar, Ombudsman tal-Polonja.
Il-membri tal-panel fl-ewwel sessjoni tal-konferenza tal-2018 tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen (mix-xellug għal-lemin): Emily O’Reilly, Ombudsman Ewropew; Andreas Pottakis, Ombudsman Grieg; Georges Dassis, President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew; Shada Islam, Moderatur; Reinier van Zutphen, Ombudsman Nazzjonali tan-Netherlands; Ulrike Guérot, Professur tal-Politika Ewropea u l-istudju tad-demokrazija; u Adam Bodnar, Ombudsman tal-Polonja.

L-avveniment prinċipali tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen (ENO) – li jikkonsisti f’96 uffiċċju f’36 pajjiż Ewropew u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew – kienet konferenza f’Marzu li laqqgħet flimkien in-Netwerk kollu, u organizzazzjonijiet ibbażati fi Brussell u ġurnalisti. Is-sessjoni tal-ftuħ ittrattat suġġett ċentrali għall-ħidma tal-ombudsmen kullimkien – kif nistgħu nagħmlu s-soċjetà ġusta u inklużiva għaċ-ċittadini. Is-Sinjura O’Reilly ippreżentat ix-xena billi ħeġġet lill-ombudsmen jgħinu biex il-Pilastru Ewropew dwar id-Drittijiet Soċjali miftiehem reċentement isir realtà. Id-diskussjoni ewlenija kopriet kif l-ombudsmen jistgħu jaħdmu aħjar flimkien sabiex jippromwovu l-ġustizzja soċjali; kif il-politika tal-UE tidħol fil-kuntest nazzjonali u kif tista’ tkun tidher l-UE tal-futur. Diskussjoni sussegwenti ffukat fuq kif l-ombudsmen, li xi drabi jaħdmu ma’ korpi oħrajn bħal SOLVIT, in-netwerk iffinanzjat mill-UE, jistgħu jgħinu liċ-ċittadini li jiltaqgħu ma’ problemi peress li liġi tal-UE ma tiġix infurzata kif suppost. Bosta ombudsmen ġibdu l-attenzjoni fuq kwistjonijiet transfruntiera, bħal problemi li jirrigwardaw il-pagamenti ta’ benefiċċji soċjali.

Ilmenti ttrasferiti lejn istituzzjonijiet u korpi oħrajn; ilmentaturi avżati sabiex jikkuntattjaw istituzzjonijiet u korpi oħrajn mill-Ombudsman Ewropew fl-2018 (1 016 b’kollox)
Ilmenti ttrasferiti lejn istituzzjonijiet u korpi oħrajn; ilmentaturi avżati sabiex jikkuntattjaw istituzzjonijiet u korpi oħrajn mill-Ombudsman Ewropew fl-2018 (1 016 b’kollox)
Il-konferenza tal-2018 tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen.
Il-konferenza tal-2018 tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen.

Bħala segwitu għall-konferenza ta’ Marzu, l-Uffiċċju tal-Ombudsman organizza seminar fi Brussell li laqqa’ lill-uffiċjali ta’ kollegament u lill-esperti fil-komunikazzjoni min-Netwerk. Is-seminar iffoka fuq kif tiżdied il-kooperazzjoni tal-ENO; eżamina l-aħjar prattiki ta’ komunikazzjoni maċ-ċittadini fid-dinja iperkonnessa tal-lum; u rrifletta dwar liema tagħlimiet jistgħu jinkisbu mill-istħarriġ tal-OECD dwar ir-rwol tal-istituzzjonijiet tal-ombudsmen fi gvern miftuħ.

L-ENO kompla jiffoka fuq investigazzjonijiet u inizjattivi paralleli fost uffiċċji tal-ombudsman interessati. Fil-bidu tal-2018, l-Ombudsman għalqet inizjattiva strateġika li teżamina l-implimentazzjoni ta’ liġi tal-UE (ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009) dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu. Fl-ittra tal-għeluq tagħha, is-Sinjura O’Reilly innutat li l-Kummissjoni kienet għadha ma għenitx lill-Istati Membri fl-ispezzjonijiet ta’ konformità tagħhom, għalkemm hija intitolata li tagħmel dan taħt dik il-liġi partikolari. Ħafna uffiċċji nazzjonali tal-ombudsman taw ħarsa ġenerali lejn kif il-liġi tal-UE hija implimentata f’pajjiżhom.

Inizjattiva oħra li kienet tinvolvi l-kooperazzjoni mal-ombudsmen nazzjonali kienet tirrigwarda l-punt sa fejn il-Kummissjoni tevalwa l-konformità tal-Aġenziji nazzjonali ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni (il-korpi nazzjonali li jagħtu appoġġ finanzjarju lill-kumpaniji li jinnegozjaw fi swieq riskjużi) mar-regoli tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u kwistjonijiet ambjentali. L-ombudsmen nazzjonali ġew mitluba jagħtu l-opinjonijiet tagħhom dwar il-kwistjoni. L-investigazzjoni, li saret wara lment minn koalizzjoni internazzjonali ta’ NGOs, irriżultat f’rakkomandazzjoni peress li l-Ombudsman sabet li r-reviżjoni annwali tal-Kummissjoni ta’ dawn l-aġenziji ma kinitx adegwata. Il-kwistjoni kienet ukoll soġġetta għal smigħ mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali fil-Parlament Ewropew, fejn il-Membri appoġġaw il-pożizzjoni tal-Ombudsman. Il-Kummissjoni qablet li tindirizza r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman u, filwaqt li għalqet l-investigazzjoni tagħha, l-Ombudsman talbet lill-Kummissjoni sabiex tirrapporta lura dwar il-progress fi żmien sena.

Il-proċedura tal-mistoqsijiet, li taħtha l-Uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew jassisti lill-membri tal-ENO billi jikseb tweġibiet esperti mill-istituzzjonijiet tal-UE dwar kwistjonijiet ta’ liġi Ewropea, kompliet tkun riżors siewi għall-membri tal-ENO. Mistoqsija ta’ dan it-tip ġiet mill-Uffiċċju tal-Ombudsman Spanjol, li kiteb ittra lill-Ombudsman Ewropew rigward Operazzjonijiet Konġunti ta’ Ritorn ikkoordinati mill-Frontex. L-uffiċċju Spanjol innota ċerti problemi, fosthom li n-nies li kienu qed jiġu rimpatrijati ma kinux qed jiġu infurmati dwar l-eżistenza ta’ mekkaniżmu ta’ lmenti; u li l-mekkaniżmu la kien disponibbli f’forma stampata u lanqas fil-lingwa ġusta (f’dan il-każ l-Ispanjol). Il-mistoqsija wasslet biex il-Frontex għamlet il-formola disponibbli fuq is-sit web tiegħu u f’forma stampata, u ttraduċietha bl-Ispanjol, bir-Russu, bis-Serb u bl-Albaniż.

European Ombudsman

What is the role of Ombudsman Institutions in #OpenGov? How can they persuade governments to be more transparent? We conducted a survey jointly with @OECDgov which we are presenting now and which you can find here: http://europa.eu/!Vh33nx  #ENO2018

X’inhu r-rwol tal-istituzzjonijiet tal-ombudsmen fi gvern miftuħ? Kif jistgħu jipperswadu lill-gvernijiet ikunu aktar trasparenti? Wettaqna stħarriġ flimkien mal-OECD, li issa qegħdin nippreżentaw u li tista’ ssib fuq is-sit web tal-konferenza tal-2018 tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen.

Waqt li kompliet iż-żjarat regolari tagħha fl-uffiċċji tal-kontropartijiet nazzjonali tagħha, is-Sinjura O’Reilly marret il-Greċja fi Frar fejn hija ġiet milqugħa mill-Ombudsman Andreas Pottakis. Bħala parti mill-vjaġġ, is-Sinjura O’Reilly iltaqgħet ma’ bosta membri tal-Gvern Grieg u kellmet lill-partijiet ikkonċernati lokali u lill-ġurnalisti dwar il-ħidma tagħha fil-qasam tat-trasparenza u tar-responsabbiltà fl-UE. Hija żaret ukoll il-kamp tar-refuġjati ta’ Elaionas qrib Ateni.

Gundi Gadesmann

@EUombudsman meets with Greek Ombudsman Pottakis and his team in Athens to discuss closer cooperation and best practices in dealing with complaints #ENO2018

L-Ombudsman Ewropew tiltaqa’ mal-Ombudsman Grieg, Andreas Pottakis, u t-tim tiegħu f’Ateni sabiex tiddiskuti kooperazzjoni aktar mill-qrib u l-aħjar prattiki fl-indirizzar tal-ilmenti.

3.4 L-Ombudsman iżżur Washington DC

L-Ombudsman Ewropew, Emily O’Reilly, f’laqgħa mad-Direttur tal-Uffiċċju tal-Etika tal-Kungress, Omar Ashmawy, f’Washington DC.
L-Ombudsman Ewropew, Emily O’Reilly, f’laqgħa mad-Direttur tal-Uffiċċju tal-Etika tal-Kungress, Omar Ashmawy, f’Washington DC.

F’Diċembru 2018 l-Ombudsman marret fuq missjoni f’Washington DC fejn iltaqgħet ma’ firxa wiesgħa ta’ politikanti Amerikani, uffiċċji ta’ sorveljanza, NGOs, gruppi ta’ riflessjoni, akkademiċi u interlokuturi oħrajn sabiex issir taf aktar dwar l-istandards u r-regoli tal-etika, tat-trasparenza u tar-responsabbiltà fl-amministrazzjoni Amerikana u fil-Kungress. L-Ombudsman iddiskutiet kwistjonijiet bħall-bibien iduru, il-lobbjar, il-protezzjoni tal-informaturi u l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni ma’ diversi uffiċċji tal-Istati Uniti. Is-Sinjura O’Reilly iltaqgħet ma’ Membri tal-Kungress, Spetturi Ġenerali u Konsulenti Speċjali u tkellmet dwar il-populiżmu u l-fiduċja tal-pubbliku waqt il-fond Marshall Ġermaniż.

EPWashingtonDC

@EUombudsman Emily O’Reilly and @EdwardGLuce discussing #Populism and Trust in Europe at @gmfus. Europe is a convenient scapegoat for populist politicians. Accountable and transparent institutions more essential than ever. #EE2019

L-Ombudsman Ewropew, Emily O’Reilly, u Edward G. Luce (ġurnalist) jiddiskutu l-populiżmu u l-fiduċja fl-Ewropa waqt il-Fond Marshall Ġermaniż f’Washington, DC. Il-politikanti populisti jsibuha faċli li jwaħħlu fl-Ewropa. Istituzzjonijiet responsabbli u trasparenti huma essenzjali aktar minn qatt qabel.

4 Każijiet u lmenti: kif naqdu lill-pubbliku

Il-missjoni fundamentali tal-Ombudsman Ewropew hija li tiżgura li l-amministrazzjoni tal-UE taqdi l-interess pubbliku, u li tgħin lil dawk kollha li jiffaċċjaw problemi mal-istituzzjonijiet tal-UE. Filwaqt li l-Ombudsman tkompli tuża s-setgħat ta’ inizjattiva proprja sabiex taqdi l-interess pubbliku, il-ħidma tal-Uffiċċju tal-Ombudsman hija fil-biċċa l-kbira bbażata fuq ilmenti mingħand individwi, akkademiċi, negozji u organizzazzjonijiet oħrajn.

L-Uffiċċju tal-Ombudsman kontinwament ifittex li jtejjeb il-metodi ta’ ħidma tiegħu, biex ikun kemm jista’ jkun flessibbli u effiċjenti fil-mod kif jassisti lil dawk li jfittxu l-għajnuna tiegħu. Dan kien prinċipju gwida wara d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni riveduti għall-indirizzar tal-ilmenti, li issa huma stabbiliti sew.

Is-sit web il-ġdid tal-Ombudsman, imniedi fl-2018, jinkludi wkoll interfaċċa riveduta u faċli għall-utent għall-ilmenti potenzjali. Bħal fil-każ tat-tim varjat tal-uffiċċju li jittratta l-każijiet, is-sit il-ġdid jirrifletti wkoll l-impenn tal-Ombudsman li tgħin lil dawk li jfittxu l-għajnuna fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE.

Inizjattiva ġdida oħra, imnedija formalment fl-2018, hija l-proċedura rapida “Fast-Track” tal-Ombudsman biex tindirizza lmenti dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet tal-UE. Minħabba li dawn l-ilmenti spiss ikunu urġenti, l-Ombudsman iddeċidiet li tieħu approċċ aktar flessibbli u simplifikat biex tindirizzahom.

Meta tittratta lmenti dwar l-aċċess għad-dokumenti, l-Uffiċċju tal-Ombudsman issa jikkuntattja lill-istituzzjoni fi stadju bikri tal-proċess, fejn dan ikun meħtieġ. L-għan ġenerali huwa li tittieħed deċiżjoni fi żmien 40 jum.

European Ombudsman

Have you faced difficulties while trying to access EU documents? We have launched a new ‘Fast-Track’ procedure for access to documents complaints http://europa.eu/!fN66Rh

Sibt diffikultajiet biex tipprova taċċessa dokumenti tal-UE? Nedejna l-proċedura rapida “Fast-Track” għall-ilmenti dwar l-aċċess għad-dokumenti.

4.1 Tip u sors ta’ lmenti

4.1.1 Ħarsa ġenerali lejn l-ilmenti u l-investigazzjonijiet strateġiċi
Pariri, ilmenti u investigazzjonijiet fl-2018
Pariri, ilmenti u investigazzjonijiet fl-2018

Filwaqt li l-maġġoranza l-kbira tal-ħidma tal-uffiċċju huma każijiet bbażati fuq ilmenti, l-Ombudsman twettaq ukoll investigazzjonijiet strateġiċi u inizjattivi usa’ meta tikkunsidra li hemm raġunijiet biex tagħmel dan. Dawn il-każijiet jitniedu mill-inizjattiva proprja tal-Ombudsman, jew fejn identifikat kwistjoni sistemika li għandha tiġi eżaminata fl-interess pubbliku, jew fejn irċeviet ilment jew iktar dwar kwistjoni ta’ rilevanza sistemika.

Xogħol strateġiku fl-2018
Xogħol strateġiku fl-2018
L-oriġini nazzjonali tal-ilmenti reġistrati u l-investigazzjonijiet miftuħa mill-Ombudsman Ewropew fl-2018
L-oriġini nazzjonali tal-ilmenti reġistrati u l-investigazzjonijiet miftuħa mill-Ombudsman Ewropew fl-2018
4.1.2 Ilmenti barra mill-mandat tal-Ombudsman

Fl-2018, l-Ombudsman Ewropew ipproċessat 1 300 ilment li ma kinux jaqgħu taħt il-mandat tagħha, l-aktar għaliex ma kinux jirrigwardaw il-ħidma ta’ istituzzjoni jew korp tal-UE.

Dawn l-ilmenti kienu jikkonċernaw primarjament problemi li l-ilmentaturi ltaqgħu magħhom ma’ korpi pubbliċi nazzjonali jew reġjonali, qrati nazzjonali jew internazzjonali u entitajiet privati. L-ilmenti kienu dwar kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur (li pereżempju jinvolvu banek u linji tal-ajru), mas-sigurtà soċjali u mal-kura tas-saħħa, mat-tassazzjoni jew mal-applikazzjonijiet għall-viża. Xi drabi, iċ-ċittadini rrikorrew għand l-Ombudsman minħabba l-idea żbaljata li l-Ombudsman huwa xi korp ta’ appell b’ġurisdizzjoni fuq l-istituzzjonijiet tal-ombudsmen nazzjonali jew reġjonali.

Fl-2018, l-Ombudsman irċeviet għadd kbir ta’ lmenti simili dwar tliet kwistjonijiet (aktar minn 10 għal kull kwistjoni) li ma jaqgħux taħt il-mandat tagħha, jiġifieri, kuntratti temporanji għat-tobba fi Spanja, multa amministrattiva imposta mill-awtoritajiet Taljani għan-nuqqas tal-klawżola ta’ nontrasferibbiltà fuq ċekkijiet u r-ripressjoni tal-pulizija fir-Rumanija.

Ċerti lmenti, għalkemm kienu diretti kontra istituzzjoni jew korp tal-UE, ukoll ma kinux jaqgħu taħt il-mandat tal-Ombudsman peress li kienu jirrigwardaw kwistjonijiet politiċi, il-ħidma leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew jew l-attivitajiet ġudizzjarji tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

F’dawn il-każijiet kollha, l-Ombudsman wieġbet lill-persuni li fittxew l-għajnuna fil-lingwa tal-ilment tagħhom, fejn spjegat il-mandat tal-Ombudsman u tathom pariri, fejn kien possibbli, dwar korpi oħrajn li jistgħu jgħinuhom. Bil-kunsens tal-ilmentatur, l-Ombudsman bagħtet ukoll ilmenti lil membri tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen (ENO).

L-ilmentaturi li esprimew skuntentizza b’leġiżlazzjoni speċifika tal-UE, ġeneralment ingħataw il-parir biex jirrikorru għand il-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Dawk li qajmu kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE ġew riferiti lill-ombudsmen nazzjonali jew reġjonali jew lil netwerks tal-UE bħal SOLVIT u Pariri tal-Ewropa Tiegħek. Inkella l-ilmentaturi ġew informati dwar il-possibbiltà li jressqu lment ta’ ksur quddiem il-Kummissjoni Ewropea.

Numru ta’ lmenti fil-mandat tal-Ombudsman Ewropew 2008-2018
Numru ta’ lmenti fil-mandat tal-Ombudsman Ewropew 2008-2018
Numru ta’ lmenti barra mill-mandat tal-Ombudsman Ewropew 2008-2018
Numru ta’ lmenti barra mill-mandat tal-Ombudsman Ewropew 2008-2018

4.2 Kontra min?

L-investigazzjonijiet li saru mill-Ombudsman Ewropew fl-2018 ikkonċernaw l-istituzzjonijiet li ġejjin
L-investigazzjonijiet li saru mill-Ombudsman Ewropew fl-2018 ikkonċernaw l-istituzzjonijiet li ġejjin

4.3 Dwar xiex?

Is-suġġetti tal-investigazzjonijiet magħluqa mill-Ombudsman Ewropew fl-2018
Is-suġġetti tal-investigazzjonijiet magħluqa mill-Ombudsman Ewropew fl-2018

Nota: F’xi każijiet, l-Ombudsman għalqet investigazzjonijiet b’żewġ suġġetti jew aktar. Għalhekk meta l-perċentwali ta’ hawn fuq jingħaddu flimkien, ir-riżultat aħħari jaqbeż il-100 %.

4.4 Riżultati miksuba

Azzjoni meħuda mill-Ombudsman Ewropew dwar ilmenti ġodda ttrattati fl-2018
Azzjoni meħuda mill-Ombudsman Ewropew dwar ilmenti ġodda ttrattati fl-2018
Evoluzzjoni fin-numru ta’ investigazzjonijiet mill-Ombudsman Ewropew
Evoluzzjoni fin-numru ta’ investigazzjonijiet mill-Ombudsman Ewropew
Riżultati ta’ investigazzjonijiet magħluqa mill-Ombudsman Ewropew fl-2018
Riżultati ta’ investigazzjonijiet magħluqa mill-Ombudsman Ewropew fl-2018

Nota: F’xi każijiet, l-Ombudsman għalqet l-investigazzjonijiet abbażi ta’ żewġ raġunijiet jew aktar. Għalhekk meta l-perċentwali ta’ hawn fuq jingħaddu flimkien, ir-riżultat aħħari jaqbeż il-100 %.

Tul tal-investigazzjoni ta’ każijiet magħluqa mill-Ombudsman Ewropew fl-2018
Tul tal-investigazzjoni ta’ każijiet magħluqa mill-Ombudsman Ewropew fl-2018

1. Xi każijiet kumplessi jirrikjedu bosta sensiliet ta’ konsultazzjonijiet mal-ilmentatur u mal-istituzzjoni kkonċernata: id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni l-ġodda huma mistennija li jnaqqsu t-tul tal-investigazzjonijiet.

4.5 Konformità mal-proposti tal-Ombudsman

Fil-kuntest tal-investigazzjonijiet, l-Ombudsman tista’ tagħmel proposti lill-istituzzjonijiet u lill-korpi tal-UE dwar kif jindirizzaw problema jew itejbu l-prattiki amministrattivi tagħhom. Dawn il-proposti jieħdu l-forma ta’ soluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet, u suġġerimenti.

Kull sena, l-Ombudsman tagħmel analiżi komprensiva ta’ kif l-istituzzjonijiet jirreaġixxu għall-proposti tagħha f’investigazzjonijiet li jkunu ngħalqu s-sena ta’ qabel. Din l-analiżi, li tinkludi rati ta’ konformità u eżempji konkreti oħrajn biex jintwera l-impatt u r-rilevanza tal-ħidma tal-Ombudsman, hija ppubblikata fir-rapport annwali Putting it right?.

Fl-2017, l-istituzzjonijiet tal-UE qablu mal-proposti tal-Ombudsman f’81 % tal-każijiet, tnaqqis żgħir mill-85 % fl-2016. L-istituzzjonijiet irreaġixxew b’mod pożittiv għal 80 minn 99 proposta għal titjib magħmula mill-Ombudsman. Kien hemm 148 każ ieħor li fihom l-Ombudsman qieset li l-istituzzjonijiet kienu ħadu passi sabiex itejbu l-ħidma tagħhom. Tmienja mill-14-il istituzzjoni kellhom rata ta’ konformità ta’ 100 %, filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea – li tirrappreżenta l-maġġoranza tal-każijiet – kellha rata ta’ konformità ta’ 76 %.

Ir-rapport għall-2018 se jkun disponibbli fl-aħħar tal-2019.

5 Riżorsi

5.1 Baġit

Il-baġit tal-Ombudsman huwa taqsima indipendenti tal-baġit tal-UE. Huwa maqsum fi tliet titoli. It-Titolu 1 ikopri salarji, gratifiki, u nfiq ieħor relatat mal-persunal. It-Titolu 2 ikopri bini, għamara, tagħmir u nfiq operattiv mixxellanju. It-Titolu 3 ikopri l-infiq li jirriżulta mill-funzjonijiet ġenerali mwettqa mill-istituzzjoni. Fl-2018, l-approprjazzjonijiet ibbaġitjati ammontaw għal EUR 10 837 545.

Bil-għan li jiżgura l-ġestjoni effettiva tar-riżorsi, l-awditur intern tal-Ombudsman iwettaq verifiki regolari tas-sistemi ta’ kontroll intern tal-istituzzjoni u tal-operazzjonijiet finanzjarji mwettqa mill-uffiċċju. Kif inhu l-każ ta’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE, il-Qorti Ewropew tal-Awdituri tagħmel ukoll l-awditi tal-Ombudsman.

5.2 Użu tar-riżorsi

Kull sena, l-Ombudsman tadotta Pjan ta’ Ġestjoni Annwali, li jidentifika azzjonijiet konkreti li l-uffiċċju jistenna li jieħu biex iwettaq l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-istrateġija ta’ ħames snin tal-Ombudsman “Lejn l-2019”. Il-Pjan ta’ Ġestjoni Annwali tal-2018 huwa r-raba’ wieħed ibbażat fuq din l-istrateġija.

L-istituzzjoni għandha persunal multilingwi u bi kwalifiki għoljin. Dan jiżgura li hija tkun tista’ tindirizza lmenti dwar amministrazzjoni ħażina fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE u biex tqajjem sensibilizzazzjoni dwar il-ħidma tal-Ombudsman fl-UE kollha. Fl-2018, l-Ombudsman kellha persunal ta’ 65.

Cesira D’Aniello, is-Segretarju Ġenerali tal-Uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew.
Cesira D’Aniello, is-Segretarju Ġenerali tal-Uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew.

F’Settembru 2018, Cesira D’Aniello ngħaqdet mal-uffiċċju bħala Segretarju Ġenerali, fejn ħadet post Beate Gminder, li assumiet responsabbiltajiet ġodda fil-Kummissjoni Ewropea.

Informazzjoni dettaljata dwar l-istruttura tal-uffiċċju tal-Ombudsman u l-kompiti tad-diversi taqsimiet, hija disponibbli fuq is-sit web tal-Ombudsman.

Kif tikkuntattja lill-Ombudsman Ewropew

Bit-telefon

+33 (0)3 88 17 23 13

B’ittra elettronika

eo@ombudsman.europa.eu

On-line
L-uffiċċji tagħna
Vores kontorer
Strasburgu
Indirizz postali

Médiateur européen
1 avenue du Président Robert Schuman
CS 30403
F-67001 Strasbourg Cedex

Indirizz għall-viżitaturi

Bâtiment Václav Havel (HAV)
Allée Spach
F-67070 Strasbourg

Brussell
Indirizz postali

Médiateur européen
Rue Wiertz
B-1047 Bruxelles

Indirizz għall-viżitaturi

Montoyer-Science (MTS)
30 rue Montoyer
B-1000 Bruxelles

© L-Unjoni Ewropea, 2019

Ir-ritratti u l-stampi huma kollha © L-Unjoni Ewropea, minbarra il-qoxra (© Anthony SEJOURNE/iStock).

Ir-riproduzzjoni għal skopijiet edukattivi u mhux kummerċjali hija awtorizzata, sakemm is-sors jiġi rikonoxxut.

Miktub fi FrutigerNext.

Print QK-AA-19-001-MT-C ISBN 978-92-9483-053-1 doi:10.2869/076924
PDF QK-AA-19-001-MT-N ISBN 978-92-9483-012-8 doi:10.2869/99518
HTML QK-AA-19-001-MT-Q ISBN 978-92-9483-050-0 doi:10.2869/638873