Tiftix ta’ inkjesti
Qed juri 1 - 20 minn 1878 riżultati
Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) – rwol tal-Ombudsmen nazzjonali
L-Erbgħa | 16 Mejju 2018
Deċiżjoni fl-inkjesta fuq inizjattiva proprja OI/7/2016/MDC dwar id-deċiżjoni tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Armenja li ma tikkonkludix Kuntratt ta’ Għotja
L-Erbgħa | 21 Frar 2018
Din l-inkjesta fuq inizjattiva proprja hija bbażata fuq ilment li sar minn assoċjazzjoni ta’ NGOs Armeni msejħa l-Lega għall-Protezzjoni taċ-Ċittadini (CPL). Dan jikkonċerna d-deċiżjoni tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Armenja li ma tikkonkludix Kuntratt ta’ Għotja ma’ CPL wara li d-Delegazzjoni skopriet żball fl-evalwazzjoni inizjali tagħha tal-applikazzjoni għal CPL. CPL argumentat li d-deċiżjoni tad-Delegazzjoni ma kinitx ibbażata fuq raġunijiet sodi.
Matul l-inkjesta tal-Ombudsman, il-Kummissjoni Ewropea rrikonoxxiet li l-azzjoni meħuda inizjalment mid-Delegazzjoni, ladarba ndunat li kien seħħ żball fil-proċess ta’ evalwazzjoni, ma kinitx xierqa. Madankollu, il-Kummissjoni wriet ukoll li l-iżball misjub kien jeħtieġ li l-evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta’ CPL tiġi mħassra u, għalhekk, li d-Delegazzjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tikkonkludi l-Kuntratt ta’ Għotja ma’ CPL.
L-Ombudsman għalhekk għalqet l-inkjesta b'sejba li ma kien hemm l-ebda amministrazzjoni ħażina.
Deċiżjoni fil-każ 668/2016/EIS dwar in-nuqqas mill-Kummissjoni Ewropea li tipprovdi tweġibiet xierqa lil ilmentatur dwar it-tħassib tiegħu relatat ma' kwistjoni ta' għajnuna mill-Istat fil-Ġermanja
Il-Ġimgħa | 08 Diċembru 2017
Il-każ kien jikkonċerna n-nuqqas tal-Kummissjoni Ewropea li tipprovdi tweġibiet xierqa lil ilmentatur li kien ilmenta dwar kwistjoni ta’ għajnuna mill-Istat fil-Ġermanja. L-ilmentatur kien tal-fehma li l-Ġermanja kienet qed tikser ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat minħabba l-iskema l-ġdida tagħha ta’ finanzjament għax-xandir pubbliku. L-Ombudsman staqsiet dwar il-kwistjoni u sabet li, peress li l-Kummissjoni fl-aħħar mill-aħħar ipprovdiet tweġiba adegwata, ma kien hemm l-ebda amministrazzjoni ħażina.
Deċiżjoni fil-każ 1064/2015/JAP dwar iċ-ċaħda u l-irkupru mill-Kummissjoni Ewropea tal-ispejjeż ikklejmjati skont ftehim ta’ għotja tal-FP6
Il-Ġimgħa | 23 Ġunju 2017
Il-każ kien jikkonċerna ċ-ċaħda tal-Kummissjoni u l-irkupru propost ta’ ċerti spejjeż relatati ma’ attivitajiet sottokuntrattati fil-kuntest ta’ ftehim ta’ għotja tal-FP6. Abbażi tal-inkjesta tal-Ombudsman, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tipproċedix bl-irkupru tal-ispejjeż li jammontaw għal kważi EUR 87 000. Il-Kummissjoni spjegat li kienet iddeċidiet li tbiddel id-deċiżjoni oriġinali tagħha fuq il-bażi li l-ilmentatur kien aġixxa in bona fide u f’konformità mal-parir li l-Kummissjoni stess kienet tat.
L-Ombudsman laqgħet din id-deċiżjoni l-ġdida; madankollu, hija sabet li kienet sfortunata li għal diversi snin l-ilmentatur kellu l-prospett ta’ rkupru kbir ta’ fondi mdendlin fuqu.
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta dwar l-ilment 208/2015/PD dwar kunflitti ta' interess fi grupp ta' esperti tal-Kummissjoni dwar il-kamp elettromanjetiku
L-Erbgħa | 19 April 2017
Il-każ kien jikkonċerna allegazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess li jikkonċernaw membri ta’ grupp ta’ ħidma tal-Kummissjoni inkarigat li jirrevedi x-xjenza dwar l-effetti li l-kampi elettromanjetiċi jista’ jkollhom fuq is-saħħa. L-ilment lill-Ombudsman allega li l-Kummissjoni ma kinitx eżaminat b'mod xieraq jekk ix-xjenzati fil-grupp ta' ħidma kellhomx kunflitti ta' interess.
L-Ombudsman staqsiet dwar din il-kwistjoni. Hija kienet sodisfatta li l-Kummissjoni kienet eżaminat il-kwistjoni kif suppost u li x-xjentisti ma kellhom l-ebda interess konfliġġenti. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda amministrazzjoni ħażina mill-Kummissjoni. Madankollu, l-Ombudsman sabet li l-proċeduri tal-Kummissjoni jistgħu jittejbu u għamlet xi suġġerimenti għal titjib.
Deċiżjoni fil-każ 689/2016/ZA dwar ir-rifjut tal-Aġenzija Ewropea għas-Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni tal-applikazzjoni tal-ilmentatur għall-pożizzjoni ta’ Kap tad-Dipartiment tal-ICT
It-Tnejn | 30 Jannar 2017
Il-każ kien jikkonċerna l-proċedura tal-għażla għall-pożizzjoni ta’ Kap tad-Dipartiment tal-ICT fl-Aġenzija Ewropea għas-Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni. L-ilmentatur sostna li l-Aġenzija naqset milli tivvaluta l-applikazzjoni tiegħu b’mod ġust u sostna li l-Aġenzija għandha tirrevedi d-deċiżjoni tagħha li tirrifjuta l-applikazzjoni tiegħu.
L-Ombudsman staqsiet dwar il-kwistjoni u talbet lill-Aġenzija tiċċara għadd ta’ kwistjonijiet proċedurali. Abbażi tat-tweġiba tal-Aġenzija u l-analiżi tagħha stess, l-Ombudsman ma identifikat l-ebda żball manifest fil-proċedura tal-għażla. Għalhekk il-każ ingħalaq b'sejba ta' ebda amministrazzjoni ħażina.
Aċċess għad-Dokumenti – lista ta’ offerti bi tweġiba għall-avviż ta’ akkwist tal-Kummissjoni
It-Tlieta | 20 Diċembru 2016
Deċiżjoni fil-każ 393/2015/MDC dwar ir-rifjut tal-Kummissjoni Ewropea li tagħti aċċess pubbliku sħiħ għad-dokumenti ta’ evalwazzjoni li jikkonċernaw proċess ta’ akkwist pubbliku
It-Tlieta | 20 Diċembru 2016
L-ilment, imressaq mill-NGO Access Info Europe, jikkonċerna r-rifjut allegatament inġust tal-Kummissjoni Ewropea li tagħti aċċess pubbliku sħiħ għad-dokumenti ta’ evalwazzjoni li jikkonċernaw proċess ta’ akkwist pubbliku għar-“Riabilitazzjoni u l-estensjoni tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi ta’ Subotica” (is-Serbja). L-iżvelar tad-dokumenti ġie rrifjutat abbażi tal-Artikolu 4(1)(b) (il-protezzjoni tad-data personali), l-Artikolu 4(2) (il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali) u l-Artikolu 4(3) (il-protezzjoni tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet) tar-Regolament 1049/2001. L-ilmentatur qies li jenħtieġ li jingħata aċċess sħiħ għad-dokumenti ta’ evalwazzjoni.
L-Ombudsman investigat il-kwistjoni u sabet li ma kien hemm l-ebda amministrazzjoni ħażina fl-imġiba tal-Kummissjoni. Madankollu, hija tissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tikseb b'mod sistematiku, qabel il-ħatra tagħhom, il-kunsens tal-membri tal-kumitat ta' evalwazzjoni fil-proċessi ta' akkwist għall-iżvelar ta' isimhom. Id-divulgazzjoni tal-ismijiet tagħhom fil-konklużjoni tal-proċess ta’ evalwazzjoni jenħtieġ li titqies bħala kundizzjoni tal-ħatra f’tali kumitat.
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta dwar l-ilment 1206/2014/PD dwar ir-rifjut tal-Kummissjoni Ewropea li tiżvela l-ismijiet tal-uffiċjali f’każ ta’ għajnuna mill-Istat
It-Tlieta | 20 Diċembru 2016
Il-każ kien jikkonċerna rifjut mill-Kummissjoni li tiżvela l-ismijiet tal-persunal li kien ħadem fuq investigazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat. Matul l-inkjesta, l-Ombudsman kiseb il-fehmiet tal-Kummissjoni, tal-ilmentatur u tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
Il-kwistjoni dwar jekk ir-rifjut li jiġu żvelati l-ismijiet kienx korrett tiddependi fuq l-Artikolu 8 tar-Regolament 45/2001 dwar il-Protezzjoni tad-Data. Skont din id-dispożizzjoni, il-persuna li titlob l-iżvelar għandha l-ewwel turi l-ħtieġa li tiżvela l-ismijiet lil din il-persuna. Jekk dan it-test jiġi ssodisfatt, l-awtorità pubblika għandha dejjem tivverifika jekk l-interessi leġittimi tal-membri tal-persunal humiex ser jiġu affettwati mill-iżvelar ta’ isimhom u, jekk ikun il-każ, jekk dawn l-interessi leġittimi humiex iktar importanti min-neċessità mressqa mill-persuna li titlob l-iżvelar tal-ismijiet.
Filwaqt li kkunsidra li l-Kummissjoni ma kellhiex tapplika l-Artikolu 8 b’mod restrittiv meta l-ismijiet tal-persunal ikunu inkwistjoni, l-Ombudsman ikkonstata li ma kienx hemm amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-Kummissjoni meta rrifjutat li tiżvela l-ismijiet tal-membri tal-persunal inkwistjoni.
Sommarju tal-mistoqsija Q6/2016/EIS mill-Ombudsman ta’ Malta dwar it-traspożizzjoni tar-regoli rilevanti tal-UE dwar is-sikurezza fit-toroq u l-aċċess għall-informazzjoni ambjentali fl-ordni legali nazzjonali f’Malta
It-Tlieta | 13 Diċembru 2016
Deċiżjoni fil-każ 628/2016/EIS dwar id-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) li ma jippermettix lill-ilmentatur jissottometti applikazzjoni ġdida wara li jkun naqas milli jgħaddi mill-ewwel testijiet
Il-Ġimgħa | 02 Diċembru 2016
Il-każ kien jikkonċerna d-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) li ma jippermettix lill-ilmentatur jissottometti t-tieni applikazzjoni fil-kuntest ta’ sejħa għal espressjonijiet ta’ interess li ma kien fiha l-ebda skadenza speċifika għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. L-ilmentatur fittex li jissottometti t-tieni applikazzjoni wara li naqas milli jgħaddi mit-test marbut mal-applikazzjoni inizjali tiegħu taħt l-istess proċedura tal-għażla. L-ilmentatur argumenta li l-EPSO naqas milli jipprovdi tweġibiet adegwati għall-ittri tiegħu dwar (i) il-bażi legali biex il-kandidati ma jitħallewx japplikaw mill-ġdid fil-proċeduri tal-għażla mingħajr ebda data tal-għeluq speċifika; u (ii) il-kundizzjonijiet, inkluża l-imġiba tal-persunal, fiċ-ċentru tal-ittestjar fi Spanja.
Fit-tweġiba tiegħu, l-EPSO rrefera għall-kundizzjonijiet stabbiliti fis-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess bħala l-bażi legali għall-azzjonijiet tiegħu. Hija spjegat ukoll li kienet investigat il-kwistjoni dwar l-imġiba tal-persunal fiċ-ċentru tal-ittestjar.
L-Ombudsman sabet li l-ispjegazzjoni tal-EPSO kienet raġonevoli u adegwata, u għalhekk il-każ ingħalaq.
Deċiżjoni fil-każ 1052/2016/EIS dwar it-trattament mill-Kunsill tat-talba tal-ilmentatur biex jiġi rettifikat terminu inkluż f’Direttiva
Il-Ġimgħa | 25 Novembru 2016
Il-każ kien jikkonċerna l-allegat nuqqas tal-Kunsill li jispjega kif xieraq lill-ilmentatur għaliex jista’ jieħu sa sena biex jirrettifika t-test ta’ Direttiva, jekk jitqies li jkun meħtieġ xi tibdil. L-Ombudsman staqsiet dwar il-kwistjoni u sabet li l-Kunsill kien ipprovda tweġiba estensiva u adegwata. L-ilmentatur deher ukoll li kien sodisfatt bl-ispjegazzjonijiet mogħtija. Il-każ għalhekk ingħalaq kif ġie solvut.
- Q1/2016/EIS Sommarju tal-mistoqsija mill-Koordinatur Nazzjonali tal-Ombudsmen Reġjonali fl-Italja dwar ir-rimborż ta' ċerti spejjeż mediċi mġarrba fi Stat Membru ieħor
L-Erbgħa | 16 Novembru 2016
Deċiżjoni fil-każ 1771/2015/OV dwar in-nuqqas ta’ għażla ta’ offerta mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Bulgarija
L-Erbgħa | 16 Novembru 2016
Deċiżjoni fil-każ 204/2016/DR dwar l-allegat nuqqas ta’ konformità tal-EPSO mar-regoli tal-proċedura tal-għażla EPSO/CAST/P/1/2015
Il-Ġimgħa | 11 Novembru 2016
Il-każ kien jikkonċerna allegat nuqqas mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) li jikkonforma mar-regoli ta’ proċedura tal-għażla.
L-Ombudsman talbet lill-EPSO jindirizza t-tħassib tal-ilmentatur bħala l-ewwel pass tal-inkjesta tagħha. Dan it-tħassib kien relatat mal-għoti allegat ta’ informazzjoni żbaljata dwar it-testijiet skont il-proċedura tal-għażla u żball materjali fl-ittri li jinfurmaw lill-ilmentatur bir-riżultati tat-testijiet tagħha. L-Ombudsman sabet li t-tweġiba sussegwenti tal-EPSO pprovdiet spjegazzjonijiet komprensivi u raġonevoli fir-rigward tal-kwistjonijiet imqajma mill-ilmentatur u li ma kien hemm xejn li jissuġġerixxi li dan ma kienx konformi mar-regoli li jirregolaw il-proċedura tal-għażla inkwistjoni. Għalhekk hija għalqet il-każ b’sejba li ma kien hemm l-ebda amministrazzjoni ħażina.
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta dwar l-ilment 1830/2014/DK dwar l-allegat nuqqas tal-Kummissjoni Ewropea li tissorvelja l-ġestjoni finanzjarja ta’ ftehim ta’ għotja
Il-Ħamis | 10 Novembru 2016