Tiftix ta’ inkjesti
Qed juri 1 - 20 minn 71 riżultati
Deċiżjoni fil-każ 1131/2016/ANA dwar in-nuqqas tal-Kummissjoni Ewropea li twieġeb għall-korrispondenza
Il-Ġimgħa | 30 Settembru 2016
Deċiżjoni fil-każ 25/2013/ANA dwar l-allegat nuqqas tal-Kummissjoni Ewropea li tiżgura li l-isptarijiet Griegi jikkonformaw mal-liġi tal-UE dwar l-akkwist pubbliku
It-Tnejn | 21 Marzu 2016
Deċiżjoni fil-każ 1134/2015/TN dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiddikjara ineliġibbli ċerti spejjeż imġarrba minn sieħeb għal proġett iffinanzjat mill-UE
Il-Ħamis | 11 Frar 2016
Il-każ kien jikkonċerna d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara bħala ineliġibbli ċerti spejjeż iddikjarati minn sieħeb għal proġett iffinanzjat mill-UE. L-Ombudsman staqsiet dwar il-kwistjoni u sabet li r-raġunijiet tal-Kummissjoni biex ma taċċettax l-ispejjeż inkwistjoni kienu raġonevoli. L-Ombudsman għalhekk għalaq il-każ b'sejba li ma kien hemm l-ebda amministrazzjoni ħażina.
Nuqqas ta’ twettiq ta’ konsultazzjoni pubblika qabel proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni dwar markatur uniku Ewropew għall-komunikazzjonijiet elettroniċi
It-Tlieta | 22 Settembru 2015
Deċiżjoni fil-każ 904/2014/OV dwar il-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni Ewropea qabel il-proposta leġiżlattiva tagħha għal Regolament dwar is-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika
It-Tlieta | 22 Settembru 2015
Dan l-ilment jikkonċerna allegat nuqqas mill-Kummissjoni Ewropea li twettaq konsultazzjoni pubblika adegwata qabel ma tfassal il-Proposta tagħha għal Regolament dwar is-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u Kontinent Konness. Punt wieħed fil-Proposta kien it-tneħħija gradwali tat-tariffi tar-roaming. L-ilment sar mill-Assoċjazzjoni tat-Telekomunikazzjonijiet Kompetittivi. Il-Kummissjoni ppreżentat il-Proposta tagħha fil-11 ta' Settembru 2013, ftit aktar minn tliet xhur wara li kienet ħabbretha pubblikament fit-30 ta' Mejju 2013. L-ilmentatur allega li l-Kummissjoni kienet invokat b’mod żbaljat l-urġenza, li tirriżulta mill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2013, bħala raġuni biex jitħaffef il-proċess ta’ konsultazzjoni. Barra minn hekk, l-ilmentatur argumenta li l-Kummissjoni kienet naqset (i) milli tidentifika t-tipi differenti ta’ partijiet ikkonċernati li għandhom jiġu kkonsultati, (ii) milli tindirizza l-punti mqajma mill-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt, (iii) milli twettaq konsultazzjoni xierqa bejn is-servizzi, u kienet ukoll (iv) deliberatament ippruvat taħbi n-nuqqas ta’ konsultazzjoni pubblika.
L-Ombudsman sabet li l-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni ma kinitx konformi mal-prinċipji ġenerali u l-istandards minimi speċifikati fir-regoli tal-Kummissjoni stess. L-Ombudsman sabet ukoll li ma kienx ċar jekk l-urġenza ddikjarata mill-Kummissjoni kinitx ġejja mid-dikjarazzjoni tal-Kunsill jew kinitx tirrifletti l-valutazzjoni tal-Kummissjoni stess tas-sitwazzjoni. Madankollu, l-Ombudsman sabet li d-dipendenza tal-Kummissjoni fuq id-dritt tagħha stess li tistabbilixxi prijoritajiet ta' politika, u li tagħmel għażliet ta' politika, kienet raġonevoli fil-kuntest partikolari ta' din il-proposta leġiżlattiva. Għaldaqstant, l-Ombudsman ma sab l-ebda amministrazzjoni ħażina mill-Kummissjoni li tirriżulta mill-konsultazzjoni pubblika limitata tagħha f'dan il-każ. Madankollu, l-Ombudsman issuġġeriet li l-Kummissjoni għandha tiċċara fir-regoli tagħha stess iċ-ċirkostanzi preċiżi u limitati li fihom tista' tillimita konsultazzjoni pubblika minħabba prijorità politika.
L-Ombudsman sabet li ma kien hemm l-ebda amministrazzjoni ħażina fir-rigward ta’ kwalunkwe waħda mill-kwistjonijiet l-oħra ta’ lment imqajma.
Abbozz ta' rakkomandazzjoni tal-Ombudsman Ewropew fl-inkjesta dwar l-ilment 25/2013/ANA kontra l-Kummissjoni Ewropea
Il-Ħamis | 26 Marzu 2015
Kwalità tat-tweġibiet għall-ilment ta' ksur kontra l-Portugall dwar kumpens f'kuntratt ta' difiża konkluż mill-gvern PT mal-Konsorzju Ġermaniż tas-Sottomarini ("is-SĠK") għall-provvista ta' żewġ sottomarini
Il-Ħamis | 25 Diċembru 2014
Kwalità tat-tweġibiet għall-ilment ta' ksur kontra l-Portugall dwar kumpens f'kuntratt ta' difiża konkluż mill-gvern PT mal-Konsorzju Ġermaniż tas-Sottomarini ("is-SĠK") għall-provvista ta' żewġ sottomarini
Il-Ħamis | 18 Diċembru 2014
Nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament REACH dwar it-twettiq ta’ ttestjar fuq l-annimali
It-Tnejn | 15 Diċembru 2014
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta dwar l-ilment 1568/2012/(FOR)AN kontra l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
Il-Ħamis | 11 Diċembru 2014
Il-każ, ippreżentat mill-Fondazzjoni PETA, kien jikkonċerna l-kamp ta' applikazzjoni tas-setgħat u d-dmirijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) skont ir-Regolament REACH. L-ilmentatur ikkunsidra li l-ECHA ma tagħmilx biżżejjed biex tiżgura li r-reġistranti ta’ sustanzi kimiċi jżommu lura milli jwettqu testijiet mhux meħtieġa fuq l-annimali sabiex juru s-sikurezza tas-sustanzi tagħhom.
L-Ombudsman staqsiet dwar il-kwistjoni u sabet li, tabilħaqq, l-interpretazzjoni tal-ECHA tal-obbligi tagħha kienet restrittiva żżejjed. L-Ombudsman għalhekk għamlet proposta għal soluzzjoni amikevoli lill-ECHA dwar ir-rwol tagħha stess kif ukoll il-kooperazzjoni li għandha tistabbilixxi mal-awtoritajiet tal-Istati Membri. L-Ombudsman kienet sodisfatta bit-tweġiba tal-ECHA u għalqet il-każ.
Nuqqas ta’ twettiq ta’ konsultazzjoni pubblika qabel proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni dwar markatur uniku Ewropew għall-komunikazzjonijiet elettroniċi
L-Erbgħa | 18 Ġunju 2014
L-intenzjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi li xxerred l-ismijiet tar-reġistranti fuq l-Internet
Il-Ġimgħa | 28 Marzu 2014
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta dwar l-ilment 2469/2011/VL kontra l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
L-Erbgħa | 12 Marzu 2014
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta dwar l-ilment 202/2010/VL kontra l-Kummissjoni Ewropea
L-Erbgħa | 18 Diċembru 2013
Ftehim ta’ Għotja għal Azzjoni ma’ Benefiċjarji Multipli numru 245585 (il-“Ftehim”)
It-Tnejn | 07 Ottubru 2013
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta tiegħu dwar l-ilment 940/2011/JF kontra l-Kummissjoni Ewropea
It-Tnejn | 30 Settembru 2013
L-ilmentatur ikkoordina konsorzju li ngħata għotja mill-Kummissjoni biex jieħu azzjoni fil-qasam tal-kostruzzjoni ekoloġika. Matul it-twettiq tal-azzjoni, il-konsorzju talab rimborż tal-ispejjeż eliġibbli mġarrba matul il-perjodi ta’ rapportar differenti, f’konformità mal-kuntratt iffirmat mal-Kummissjoni. Madankollu, il-Kummissjoni aċċettat li tħallas biss 45.75 % ta’ dawn l-ispejjeż. L-ilmentatur ikkunsidra li l-Kummissjoni kienet żbaljata meta llimitat ir-rimborżi tagħha għar-rata msemmija hawn fuq u lmenta mal-Ombudsman Ewropew.
L-Ombudsman sabet li, skont il-kuntratt, ir-rata ta’ rimborż ta’ 45,75 % kienet tapplika għall-kontribuzzjoni ġenerali tal-Unjoni għall-azzjoni. Il-kuntratt ma għamel l-ebda referenza għal xi rata għal pagamenti interim. Barra minn hekk, qabel ma l-konsorzju talab il-ħlas tal-ispejjeż imġarrba matul l-ewwel perjodu ta’ rapportar, uffiċjal tal-Kummissjoni infurmah li l-pagamenti interim setgħu jsiru b’rati ta’ rimborż differenti. L-Ombudsman għalhekk ippropona soluzzjoni amikevoli lill-Kummissjoni, u stedinha (i) tispjega kif xieraq għaliex applikat ir-rata msemmija hawn fuq għall-pagamenti interim lill-konsorzju; u (ii) jiżgura li jħallas lill-konsorzju l-bilanċ, f’konformità mal-kuntratt, ladarba l-azzjoni tkun intemmet.
Il-Kummissjoni argumentat li applikat b’mod sistematiku r-rata ta’ 45,75 % għall-pagamenti interim sabiex tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-UE u biex tevita proċeduri ta’ rkupru kkumplikati fil-futur. L-Ombudsman ma kienx sodisfatt b’din it-tweġiba. Huwa enfasizza, b’mod partikolari, li l-Kummissjoni setgħet tfassal linji gwida li kienu jippermettu lill-konsorzju jinterpreta b’mod korrett il-kuntratt f’dan ir-rigward. Madankollu, peress li l-ftehimiet ta' għotja kollha issa jinkludu dispożizzjoni ċara ħafna li tindika li r-rimborżi interim se jsiru bir-rata applikabbli għall-kontribuzzjoni ġenerali tal-Unjoni għall-azzjoni, l-Ombudsman ikkonkluda li l-ebda inkjesta ulterjuri f'dan ir-rigward ma kienet ġustifikata. Fl-aħħar nett, f’rimarka oħra, huwa stieden lill-Kummissjoni biex tinformah kif ikkonformat mal-assigurazzjonijiet tagħha li kienet se tħallas lill-konsorzju l-ammonti pendenti kollha fi tmiem l-azzjoni.
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta tiegħu dwar l-ilment 174/2012/MMN kontra l-Kummissjoni Ewropea
It-Tnejn | 29 Lulju 2013