Tiftix ta’ inkjesti
Qed juri 1 - 20 minn 26 riżultati
Deċiżjoni fil-każ 1585/2014/JAS dwar in-nuqqas tal-Uffiċċju tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo li jżomm lill-kandidati għall-internship infurmati dwar il-passi fi proċedura ta’ reklutaġġ
It-Tnejn | 06 Ġunju 2016
Il-każ kien jikkonċerna l-allegat nuqqas tal-Uffiċċju tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (l-uffiċċju tar-RSUE) fil-Kosovo li jżomm lill-applikanti għal internship infurmati dwar il-passi fi proċedura ta’ reklutaġġ. L-Ombudsman staqsiet dwar il-kwistjoni, u ppreżentat il-fehma tagħha li "huwa kemm ta' korteżija kif ukoll ta' fehma ta' servizz li tiġi rikonoxxuta l-wasla tal-applikazzjonijiet u li l-kandidati jiġu infurmati dwar il-passi sinifikanti (bħall-esklużjoni tagħhom minn proċedura ta' reklutaġġ) li jaffettwaw il-progress tagħhom fi proċedura ta' reklutaġġ." L-uffiċċju tar-RSUE spjega li kellu riżorsi limitati ħafna u għalhekk seta' jinforma biss lill-persuni fil-lista mqassra dwar l-eżitu tal-proċedura. Madankollu, hija indikat li kienet qiegħda teżamina kif tista’ ttejjeb il-komunikazzjoni tagħha ma’ persuni li jixtiequ jkunu interns, pereżempju billi tinforma lil dawn il-persuni kollha bil-passi rilevanti fil-proċedura billi tqiegħed informazzjoni rilevanti fuq is-sit internet tagħha. L-Ombudsman stieden lill-uffiċċju tar-RSUE biex jirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta' din is-soluzzjoni.
Nuqqas ta’ notifika ta’ deċiżjoni li taffettwa d-drittijiet individwali u nuqqas ta’ indikazzjoni tal-mezzi ta’ appell
Il-Ġimgħa | 03 Ottubru 2014
Id-drittijiet individwali tal-uffiċjali affettwati fil-każ ta’ assenjazzjoni mill-ġdid tal-kompiti u bidliet oħra fl-ambjent tax-xogħol
Il-Ġimgħa | 12 Settembru 2014
Decision of the European Ombudsman closing the inquiry into complaints 366/2013/EIS and 509/2013/EIS against the European Commission and the Education, Audiovisual and Culture Executive Agency
Il-Ġimgħa | 05 Settembru 2014
The complaints were made by three persons representing a private university based in Switzerland. They concerned the Commission's decision rejecting the university's application sent in response to the Erasmus University Charters 2013 Call for Proposals. In their complaints, the complainants claimed that the Commission and/or the Education, Audiovisual and Culture Executive Agency (EACEA) failed to (i) indicate the means of redress available as regards the decision, and (ii) notify the university in good time of the decision. The Ombudsman inquired into these matters and found no maladministration as regards the notification of the decision. However, the Ombudsman found that the university had not been properly informed about the means of redress. After having been invited to do so by the Ombudsman, the Commission, on its own behalf and on behalf of the EACEA, apologised to the complainants for this omission. The Ombudsman thus concluded that there were no grounds for further inquiries into that aspect of the complaints.
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta dwar l-ilment 1125/2011/ANA kontra l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)
L-Erbgħa | 03 Settembru 2014
Il-każ kien jikkonċerna l-mod li bih l-ENISA assenjat mill-ġdid il-kompiti u wettqet bidliet fl-ambjent tax-xogħol tal-ilmentatur, impjegat tal-ENISA. L-Ombudsman staqsiet dwar il-kwistjoni u għamlet proposta għal soluzzjoni amikevoli, li l-ENISA ma aċċettatx. L-Ombudsman imbagħad għamlet abbozz ta' rakkomandazzjonijiet, li fihom talbet lill-ENISA: 1) tirrikonoxxi li naqset (a) milli tikkonsulta lill-ilmentatur qabel ma tadotta d-deċiżjonijiet ta' assenjament mill-ġdid, (b) milli tagħti raġunijiet għall-azzjonijiet tagħha, (c) milli tikkomunika kif xieraq id-deċiżjonijiet ta' assenjament mill-ġdid tagħha, (d) milli twieġeb għat-talbiet rilevanti tal-ilmentatur, u (e) milli tqis kif xieraq il-benessri tal-ilmentatur; 2) li joffri apoloġija lill-ilmentatur; li jsir ħlas ex gratia ta' EUR 1 000 lil min jagħmel l-ilment; u 4) li l-Ombudsman jingħata impenn formali li mhux se jwettaq każijiet bħal dawn ta' amministrazzjoni ħażina fil-futur. L-ENISA aċċettat l-abbozz ta' rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman u ħadet passi biex timplimentahom. Għalhekk, l-Ombudsman għalqet il-każ.
Abbozz ta' rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew fl-inkjesta tagħha dwar l-ilment 1125/2011/ANA kontra l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)
L-Erbgħa | 05 Frar 2014
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-ilment 349/2013/EIS kontra l-Kummissjoni Ewropea
Il-Ħamis | 25 Lulju 2013
It-trattament ta’ lment ta’ ksur dwar ir-reġistrazzjoni fl-Irlanda taż-żwiemel “Irish Draught” inizjalment irreġistrati fir-Renju Unit
Il-Ġimgħa | 14 Ġunju 2013
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta konġunta tiegħu dwar l-ilmenti 519/2012/(MF)AN u 547/2012/(MF)AN kontra l-Kummissjoni Ewropea
Il-Ġimgħa | 07 Ġunju 2013
Nuqqas ta’ notifika ta’ deċiżjoni li taffettwa d-drittijiet individwali u nuqqas ta’ indikazzjoni tal-mezzi ta’ appell
It-Tnejn | 18 Marzu 2013
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta tiegħu dwar l-ilment 2635/2010/(MB)TN kontra l-Kummissjoni Ewropea
Il-Ġimgħa | 07 Settembru 2012
L-ilment jikkonċerna l-allegat nuqqas tal-Kummissjoni Ewropea li tinnotifika lill-ilmentatur bis-sejba tagħha li huwa kiser il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-UE.
Wara li serva bħala Osservatur Elettorali tal-UE, l-ilmentatur ġie infurmat minn partijiet terzi li l-Kummissjoni kienet sabet li kien kiser il-Kodiċi ta’ Kondotta għal tali Osservaturi. L-ilmentatur kien imħasseb dwar il-fatt li din id-deċiżjoni ma kinitx ġiet ikkomunikata lilu u li kienet se taffettwa ċ-ċansijiet tiegħu li jintgħażel għal Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali futuri tal-UE.
L-Ombudsman identifika għadd ta' problemi fil-proċedura applikata mill-Kummissjoni. Huwa ma kienx konvint bis-sħiħ li d-drittijiet tal-ilmentatur kif iggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mill-Kodiċi Ewropew ta' Mġiba Amministrattiva Tajba, kienu ġew rispettati. L-Ombudsman għalhekk għamel proposta għal soluzzjoni amikevoli, li tissuġġerixxi miżuri li l-Kummissjoni tista' tieħu biex tagħmel l-affarijiet tajbin, fir-rigward ta' (i) is-sitwazzjoni personali tal-ilmentatur u (ii) il-proċedura ġenerali segwita.
Fir-rigward tas-sitwazzjoni personali tal-ilmentatur, il-Kummissjoni ddeċidiet il-każ billi pprovdiet assigurazzjonijiet li l-ilmentatur jibqa’ kandidat kompletament eliġibbli għal Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali futuri tal-UE.
Fir-rigward tal-proċeduri ġenerali tagħha għas-sejba ta' ksur tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Osservaturi tal-UE, it-tweġiba tal-Kummissjoni indikat li diġà kienet qed timplimenta s-suġġeriment tal-Ombudsman li twettaq rieżami. L-Ombudsman laqgħet ir-rieżami u għamlet ċerti suġġerimenti fir-rigward tiegħu.
Proċedura tal-għażla ECDC/CA/III/2010/FA għar-reklutaġġ ta’ Assistent Finanzjarju (Aġent Kuntrattwali)
L-Erbgħa | 09 Mejju 2012
It-trattament ta’ lment ta’ ksur dwar ir-reġistrazzjoni fl-Irlanda taż-żwiemel “Irish Draught” inizjalment irreġistrati fir-Renju Unit
Il-Ħamis | 26 April 2012
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta tiegħu dwar l-ilment 328/2011/TN kontra ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)
L-Erbgħa | 18 April 2012
L-ilment jikkonċerna proċedura tal-għażla għar-reklutaġġ ta’ Assistent Finanzjarju (Aġent Kuntrattwali) miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (“ECDC”), li fih ipparteċipa l-ilmentatur.
Fl-ilment tiegħu lill-Ombudsman Ewropew, l-ilmentatur allega li l-ECDC naqas milli jwettaq il-proċedura tal-għażla b’mod ġust u xieraq.
L-Ombudsman identifikat għadd ta' nuqqasijiet fil-proċedura tal-ECDC. L-ewwel nett, il-Kumitat tal-Għażla ddeċieda b’mod żbaljat li ma jiħux inkunsiderazzjoni test bil-miktub rilevanti. It-tieni nett, il-kundizzjoni li l-kandidati kellhom jiksbu punteġġ minimu ta’ 70 % qatt ma ġiet ikkomunikata lill-kandidati. L-Ombudsman sabet ukoll li l-ECDC naqas milli jinforma kif xieraq lill-kandidati dwar l-eżitu tal-proċedura ta' reklutaġġ. Abbażi tas-sejbiet tiegħu, l-Ombudsman għamel proposta għal soluzzjoni amikevoli, li tissuġġerixxi passi li l-ECDC jista' jieħu sabiex isewwi l-affarijiet, fir-rigward kemm tal-proċedura ta' reklutaġġ inkwistjoni kif ukoll ta' proċeduri futuri bħal dawn.
L-Ombudsman innota u faħħar l-approċċ ġenerali pożittiv tal-ECDC għall-proposta tiegħu għal soluzzjoni amikevoli. Għalhekk, huwa għalaq il-każ b’sejba li l-ebda inkjesta ulterjuri ma kienet ġustifikata. Huwa għamel ukoll suġġerimenti għal aktar titjib.
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta tiegħu dwar l-ilment 1893/2010/VIK kontra l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi
It-Tlieta | 24 Jannar 2012
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta tiegħu dwar l-ilment 2199/2010/(MB)TN kontra l-Kummissjoni Ewropea
Il-Ħamis | 21 Lulju 2011
Id-drittijiet individwali tal-uffiċjali affettwati fil-każ ta’ assenjazzjoni mill-ġdid tal-kompiti u bidliet oħra fl-ambjent tax-xogħol
It-Tlieta | 12 Lulju 2011
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta fuq inizjattiva proprja tiegħu OI/3/2010/GG dwar il-Parlament Ewropew
Il-Ħamis | 31 Marzu 2011