Tiftix ta’ inkjesti
Qed juri 1 - 20 minn 22 riżultati
Is-SEAE jittratta allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet serji li jinvolvu l-Missjoni tal-UE għall-Istat tad-Dritt (EULEX) fil-Kosovo
Il-Ġimgħa | 29 April 2016
Rifjut li jingħata aċċess għal dokumenti relatati man-negozjati tat-TTIP
Il-Ġimgħa | 06 Novembru 2015
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta dwar l-ilment 119/2015/PHP dwar it-trattament mill-Kummissjoni Ewropea ta' talba għal aċċess pubbliku għal dokumenti relatati mat-TTIP
L-Erbgħa | 04 Novembru 2015
Il-każ kien jikkonċerna talba għal aċċess għal dokumenti li jikkonċernaw in-negozjati tas-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP). Il-Kummissjoni ċaħdet l-aċċess għal xi wħud mid-dokumenti mitluba għal raġunijiet ta’ protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. L-ilmentaturi rrikorrew għand l-Ombudsman u argumentaw li l-Kummissjoni ma kinitx iġġustifikat biżżejjed ir-rifjut li jingħata aċċess u kienet naqset milli tagħmel valutazzjoni dokument b’dokument. Barra minn hekk, l-ilmentaturi rreferew għall-eżistenza ta’ interess pubbliku prevalenti meta tkun ikkonċernata l-informazzjoni ambjentali.
L-Ombudsman investigat il-kwistjoni u ma sabet l-ebda amministrazzjoni ħażina mill-Kummissjoni. Fid-deċiżjoni tal-għeluq tagħha, l-Ombudsman osservat li xi tħassib imqajjem mill-ilmentaturi kien diġà ġie indirizzat fil-kuntest tal-inkjesta fuq inizjattiva proprja tal-Ombudsman dwar it-trasparenza tan-negozjati tat-TTIP. Għalhekk iddeċidiet li tagħlaq il-każ.
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta dwar l-ilment 1777/2014/PHP dwar it-trattament mill-Kummissjoni Ewropea ta' talba għal aċċess pubbliku għal dokumenti li jikkonċernaw it-TTIP
Il-Ġimgħa | 30 Ottubru 2015
Il-każ kien jikkonċerna talba għal aċċess għal dokumenti relatati man-negozjati tas-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta'Investiment (TTIP). Il-Kummissjoni rrifjutat l-aċċess għal ċerti dokumenti fuq il-bażi tal-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. L-ilmentatur irrikorra għand l-Ombudsman u argumenta li l-Kummissjoni naqset milli tiġġustifika l-eċċezzjonijiet invokati u l-fehma tiegħu li ma kien hemm l-ebda interess pubbliku prevalenti fl-iżvelar tad-dokumenti mitluba.
L-Ombudsman staqsiet dwar il-kwistjoni u sabet li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti mitluba kienet fondata sew. Barra minn hekk, l-Ombudsman innotat li t-tħassib sottostanti tal-ilmentatur kien ġie eżaminat b'mod komprensiv mill-Ombudsman fl-inkjesta fuq inizjattiva proprja tagħha dwar it-trasparenza tan-negozjati tat-TTIP. Għalhekk iddeċidiet li tagħlaq il-każ.
Deċiżjoni fil-każ 689/2014/JAS dwar it-trattament mill-Kunsill ta' talba għal aċċess pubbliku għal dokumenti rigward sanzjonijiet kontra l-Iran
L-Erbgħa | 02 Settembru 2015
L-ilment sar minn entità soġġetta għal miżuri restrittivi imposti mill-UE. Huwa lmenta dwar it-trattament mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ta' talba għal aċċess pubbliku għal dokumenti relatati ma' laqgħa tal-Grupp ta' Ħidma ta' formazzjoni ta' Kunsillieri għar-Relazzjonijiet Barranin tal-Kunsill "Sanzjonijiet", fejn ġew diskussi diversi kwistjonijiet fir-rigward ta' miżuri restrittivi kontra l-Iran.
Il-Kunsill irrifjuta li jirrilaxxa xi partijiet mid-dokumenti inkwistjoni, u argumenta li r-rilaxx idgħajjef il-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tar-relazzjonijiet internazzjonali u jimmina serjament il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill. Il-bqija tad-dokumenti, li mhumiex koperti minn dawn l-eċċezzjonijiet, ġew rilaxxati.
L-Ombudsman staqsiet dwar il-kwistjoni u sabet li l-Kunsill kien iġġustifikat li jirrifjuta l-aċċess għal dawk il-partijiet tad-dokumenti li huwa kien żamm. Għalhekk, l-Ombudsman ikkonkludiet li ma kien hemm l-ebda amministrazzjoni ħażina mill-Kunsill.
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta fuq inizjattiva proprja OI/15/2014/PMC dwar il-mod li bih is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jittratta l-allegazzjonijiet ta' irregolaritajiet serji li jinvolvu l-Missjoni tal-UE għall-Istat tad-Dritt (EULEX) fil-Kosovo
Il-Ħamis | 04 Diċembru 2014
Wara li nġibdet l-attenzjoni tal-Ombudsman għal ċerti irregolaritajiet serji allegati li jaffettwaw il-Missjoni tal-UE għall-Istat tad-Dritt (EULEX) fil-Kosovo minn Prosekutur tal-EULEX kif ukoll mill-media, l-Ombudsman iddeċidiet li tiftaħ inkjesta fuq inizjattiva proprja sabiex tivvaluta jekk is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-EULEX kinux investigaw kif xieraq jew humiex qed jinvestigaw kif xieraq dawn l-allegazzjonijiet.
Sabiex jiġi aċċertat liema azzjoni kellha tittieħed minnha, l-Ombudsman spezzjonat il-fajl tas-SEAE/EULEX dwar il-kwistjoni. L-ispezzjoni wriet li l-EULEX kienet wettqet investigazzjoni interna preliminari u kienet irreklutat prosekutur estern biex jinvestiga l-irregolaritajiet. Barra minn hekk, is-SEAE kien ħatar espert b'esperjenza biex jirrieżamina l-mandat tal-EULEX minn perspettiva sistemika, b'enfasi partikolari fuq l-allegazzjonijiet imqajma.
L-Ombudsman innotat li l-EULEX ma segwietx il-proċedura standard tagħha għall-investigazzjoni ta’ tali allegazzjonijiet. Hija sabet ukoll li kien meħtieġ li jiġi eżaminat il-mod li bih ġie rreklutat il-prosekutur estern. Madankollu, peress li l-espert maħtur reċentement mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għamilha ċara li dawn il-kwistjonijiet se jiffurmaw parti mir-rieżami li għandu jitwettaq minnu, l-Ombudsman kienet tal-fehma li fil-preżent ma kien hemm l-ebda ħtieġa għal azzjoni ulterjuri min-naħa tagħha.
L-inklużjoni kontinwa fil-lista annessa għar-Regolament tal-Kunsill 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati.
It-Tlieta | 10 Ġunju 2014
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta dwar l-ilment 681/2013/TN kontra l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
It-Tlieta | 20 Mejju 2014
Il-każ jikkonċerna n-nuqqas tal-Kunsill li jieħu passi biex jiżgura li kumpanija stabbilita fl-Emirati Għarab Magħquda titneħħa mil-listi ta' kumpaniji b'konnessjonijiet mal-Iran li fuqhom ġew imposti miżuri restrittivi. L-inklużjoni fil-listi fissret li l-assi tal-kumpanija ġew iffriżati.
F'Diċembru 2012, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet li l-inklużjoni tal-kumpanija fil-listi kienet illegali. Meta l-Kunsill ma rreaġixxiex għal dik id-deċiżjoni billi neħħa l-kumpanija mil-listi, il-kumpanija lmentat mal-Ombudsman Ewropew.
Fil-kuntest tal-inkjesta, il-Kunsill ħa approċċ kostruttiv. Hija spjegat, fil-preamboli tagħha ta’ atti sussegwenti dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, li l-kumpannija ma kinitx għadha inkluża fil-listi ta’ persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi.
Għalhekk, l-Ombudsman sabet li l-Kunsill kien ħa l-passi xierqa biex isolvi l-kwistjoni li dwarha qed isir l-ilment.
Obbligu ta' rendikont għal amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-missjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (il-Kummissjoni, il-Kunsill, is-SEAE)
Il-Ġimgħa | 06 Settembru 2013
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta fuq inizjattiva proprja tiegħu OI/12/2010/(BEH)MMN dwar il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli / Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Il-Ġimgħa | 06 Settembru 2013
Dan il-każ jikkonċerna l-kwistjoni tar-responsabbiltà għal amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet ta' missjonijiet ċivili u militari fil-kuntest tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni ("PSDK"). Fid-dawl tal-inċertezzi dwar liema istituzzjoni jew korp ikun kompetenti biex jirrimedja każijiet possibbli ta' amministrazzjoni ħażina, l-Ombudsman fetaħ inkjesta fuq inizjattiva proprja.
Il-Kummissjoni enfasizzat li r-rwol superviżorju tagħha huwa limitat għall-implimentazzjoni tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-missjonijiet ċivili biss. Għalhekk, hija ma tistax tinżamm responsabbli barra minn din iż-żona limitata.
Il-Kunsill issuġġerixxa li ma kienx kompetenti f'dan ir-rigward u li kien ir-Rappreżentant Għoli li kellu jittratta tali kwistjonijiet.
Ir-Rappreżentant Għoli sostniet li l-missjonijiet tal-PSDK infushom ma setgħux jinżammu responsabbli għal diversi raġunijiet, inkluż, fost l-oħrajn, il-fatt li ma għandhomx personalità ġuridika. Hija żiedet li r-Rappreżentant Għoli nnifisha ma tistax tinżamm legalment responsabbli peress li, għall-kuntrarju ta' Delegazzjoni tal-UE, il-missjonijiet mhumiex taħt l-awtorità tagħha. Madankollu, ir-Rappreżentant Għoli rrikonoxxiet li hija r-responsabbiltà tagħha li tieħu konjizzjoni tal-ilmenti individwali mressqa quddiem l-Ombudsman, li titlob li d-dipartimenti rilevanti tal-istituzzjonijiet jittrattawhom, u li tipprovdi lill-Ombudsman bit-tweġibiet rilevanti.
Bħala punt tat-tluq, l-Ombudsman innota b'dispjaċir li t-tweġibiet mill-istituzzjonijiet ma kinux biżżejjed biex jeliminaw l-inċertezzi msemmija hawn fuq. Il-proposta li l-ebda istituzzjoni tal-UE ma għandha tinżamm responsabbli għal amministrazzjoni ħażina ma tistax tiġi aċċettata.
Madankollu, l-Ombudsman laqgħet l-offerta prammatika u utli magħmula mir-Rappreżentant Għoli bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni għal din il-problema.
L-Ombudsman ikkonkluda li għalhekk huwa ser jindirizza lilu nnifsu, fir-rigward ta' inkjesti futuri, (i) lill-Kummissjoni sa fejn huma kkonċernati kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit f'missjonijiet ċivili u (ii) lir-Rappreżentant Għoli/SEAE sa fejn huma kkonċernati l-allegazzjonijiet l-oħra kollha ta' amministrazzjoni ħażina fir-rigward tal-missjonijiet tal-PSDK.
Ma deher li kien hemm l-ebda raġuni biex wieħed jiddubita li l-arranġamenti msemmija hawn fuq jiżguraw l-effettività tad-dritt fundamentali li wieħed jilmenta mal-Ombudsman li jinsab fl-Artikolu 43 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Għalhekk ma kienx hemm bżonn li tittawwal din l-inkjesta. Madankollu, bl-ebda mod ma kien ovvju li dawn l-arranġamenti jkunu biżżejjed biex jiżguraw id-dritt fundamentali għal amministrazzjoni tajba li jinsab fl-Artikolu 41 tal-Karta. Kieku kellu jidher ċar li l-arranġamenti msemmija ma jaħdmux b'mod sodisfaċenti fir-rigward ta' kwalunkwe dritt, l-Ombudsman iħossu obbligat li jerġa' jittratta l-kwistjoni ta' prinċipju.
Tul ta' żmien li għalih għandu jitħallas is-salarju matul il-liv minħabba mard lil persuna li taħdem għall-forza militari tal-UE fil-Bożnija-Ħerzegovina (EUFOR Althea)
It-Tnejn | 13 Mejju 2013
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta tiegħu dwar l-ilment 1519/2011/AN kontra l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
It-Tnejn | 06 Mejju 2013
L-ilmentatur kien jaħdem għall-missjoni militari tal-UE fil-Bożnija-Ħerzegovina "EUFOR Althea". Il-missjoni msemmija servietu b’avviż ta’ terminazzjoni tal-kuntratt ta’ impjieg tiegħu, u ppermettiet li l-perjodu ta’ avviż jibda jiddekorri, waqt li kien fuq liv minħabba mard.
L-inkjesta tal-Ombudsman uriet li, billi aġixxiet b'dan il-mod, l-EUFOR Althea kisret id-drittijiet tad-difiża tal-ilmentatur. Barra minn hekk, peress li kien fuq leave tal-mard mingħajr ħlas meta beda jiddekorri l-perijodu ta' avviż tat-temm ta' impjieg, huwa ġie mċaħħad minn parti mid-dħul li, skont ir-regoli tal-persunal tal-EUFOR, huwa kien intitolat għalih qabel it-tkeċċija. L-Ombudsman għamlet proposta għal soluzzjoni amikevoli lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li tissuġġerixxi li l-EUFOR Althea tikkunsidra li tħallas l-ammont rilevanti lill-ilmentatur.
Fit-tweġiba tiegħu għall-proposta għal soluzzjoni bonarja tal-Ombudsman, il-Kunsill iddikjara li ma kienx kompetenti biex jittratta dan il-każ u li l-proposta għandha tiġi indirizzata direttament lill-Kmandant tal-Operazzjoni. B'korteżija u bil-għan li jassisti lill-Ombudsman fl-inkjesta tiegħu, il-Kunsill bagħat il-proposta għal soluzzjoni amikevoli tal-Ombudsman lill-Kmandant tal-Operazzjoni għal tweġiba.
Il-Kmandant tal-Operazzjoni qabel mal-Ombudsman li l-EUFOR kisret id-drittijiet tad-difiża tal-ilmentatur meta ttrattat il-każ tiegħu. Huwa għalhekk aċċetta l-proposta għal soluzzjoni amikevoli tal-Ombudsman.
L-Ombudsman laqa' l-aċċettazzjoni tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-proposta tiegħu għal soluzzjoni amikevoli, li solviet l-ilment. Huwa rringrazzja lill-Kunsill talli aġixxa bħala pont bejn l-Ombudsman u l-Kmandant tal-Operazzjoni u ħa nota tas-suġġeriment tiegħu li jindirizza lill-Kmandant tal-Operazzjoni direttament, li l-Ombudsman ser isegwi f'każijiet futuri li jikkonċernaw missjonijiet militari. Fl-aħħar nett, l-Ombudsman fakkret li l-kwistjoni ġenerali ta' min huwa responsabbli għal każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet ta' missjonijiet maħluqa f'pajjiżi terzi taħt l-awspiċji tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni tal-UE tifforma s-suġġett ta' inkjesta fuq inizjattiva proprja li għaddejja bħalissa.
L-inklużjoni kontinwa fil-lista annessa għar-Regolament tal-Kunsill 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati.
Il-Ħamis | 18 April 2013
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta tiegħu dwar l-ilment 2387/2010/(NF)(BEH)VL kontra l-Kummissjoni Ewropea
It-Tlieta | 20 Diċembru 2011
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta tiegħu dwar l-ilment 2127/2010/AN kontra l-Kummissjoni Ewropea
Il-Ġimgħa | 02 Settembru 2011