Int għandek ilment kontra istituzzjoni jew korp tal-UE?

Lingwa attwali: 
Lingwi disponibbli: 

Suġġetti ta’ investigazzjonijiet strateġiċi fl-2023

Suġġetti ta’ investigazzjonijiet strateġiċi fl-2023

Għaddejjin attwalment

  • Il-ħin meħud mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) biex tindirizza talbiet għal aċċess pubbliku għal dokumenti
  • L-użu mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) ta’ ttestjar mill-bogħod fil-proċeduri tal-għażla għar-reklutaġġ ta’ impjegati taċ-ċivil tal-UE
  • Il-mod li bih l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) tikkonforma mal-obbligi tad-drittijiet fundamentali tagħha fil-kuntest tal-attivitajiet tagħha ta’ tiftix u salvataġġ
  • Il-ġestjoni tar-riskju ta’ sustanzi kimiċi perikolużi mill-Kummissjoni Ewropea
  • Il-mod li bih il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea jittrattaw talbiet għal aċċess pubbliku għal dokumenti leġiżlattivi
  • Il-mod li bih il-Kummissjoni Ewropea tiżgura li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta’ interess ma’ esperti esterni li jgħinuha fl-evalwazzjoni ta’ proġetti  taħt il-Fond Ewropew għad-Difiża

Magħluqa

  • Il-mod li bih il-Kummissjoni Ewropea tiżgura rispett għad-drittijiet fundamentali fil-faċilitajiet ta’ ġestjoni tal-migrazzjoni ffinanzjati mill-UE fil-Greċja
  • Il-ħin li l-Kummissjoni Ewropea ħadet biex tindirizza t-talbiet għal aċċess pubbliku għal dokumenti
  • It-trasparenza tal-interazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea mar-rappreżentanti tal-industrija tat-tabakk