Storja
L-Ombudsman Ewropew ġie stabbilit bit-Trattat ta’ Maastricht (1992). L-ewwel Ombudsman, Jacob Söderman, ġie elett mill-Parlament fl-1995. Warajh inħatar il-Professur P. Nikiforos Diamandouros fl-2003 u minn Emily O’Reilly fl-2013. L-Ombudsman attwali, Teresa Anjinho, bdiet il-mandat tagħha fis-27 ta’ Frar 2025.
Id-dokumenti storiċi elenkati hawn taħt jipprovdu informazzjoni ta’ sfond dwar il-proċess li wassal għall-ħolqien u l-istabbiliment tal-Ombudsman Ewropew.
Il-lista tinkludi wkoll it-testi legali, li rregolaw il-ħatra, ir-rwol u r-relazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew mal-istituzzjonijiet tal-UE b'mod ġenerali u l-Parlament Ewropew, b'mod partikolari, minn meta l-uffiċċju ġie stabbilit. Fl-aħħar nett, din tipprovdi informazzjoni dwar avvenimenti importanti ewlenin li mmarkaw il-ħajja tal-istituzzjoni s'issa.