- MT Malti
Teresa Anjinho
Curriculum vitae - Date Thursday | 27 February 2025
Teresa Anjinho ħadet il-ġurament bħala Ombudsman Ewropew fis-27 ta’ Frar 2025, wara l-elezzjoni tagħha mill-Parlament Ewropew f’Diċembru 2024. Bħala Ombudsman Ewropew, hija responsabbli għall-investigazzjoni ta’ amministrazzjoni ħażina fi ħdan l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea.
Mill-2022 sal-2025, is-Sinjura Anjinho serviet bħala Membru tal-Kumitat Superviżorju tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF). Qabel hija kellha l-pożizzjonijiet ta’ Viċi Ombudsperson tal-Portugall (2017-2022), ta’ Segretarju tal-Istat għall-Ġustizzja fil-Gvern Portugiż (2015), u Membru tal-Parlament fil-Portugall (2011-2015).
Is-Sinjura Anjinho hija avukat, espert indipendenti fid-drittijiet tal-bniedem, u akkademika li tispeċjalizza fil-liġi internazzjonali pubblika, is-sess, u l-ugwaljanza. Hija tat lekċers fl-Iskola tal-Liġi NOVA u fl-Istitut Ius Gentium Conimbrigae tal-Università ta’ Coimbra. Hija ppubblikat ukoll diversi dokumenti xjentifiċi.