Int għandek ilment kontra istituzzjoni jew korp tal-UE?

Tiftix ta’ inkjesti

Kriterji għall-iffiltrar tad-dokumenti
Każ
Firxa tad-data
Keywords
Jew ipprova keywords antiki (Qabel l-2016)

Qed juri 1 - 8 minn 8 riżultati

Deċiżjoni dwar kif il-Kummissjoni Ewropea ttrattat it-talba ta’ aġenzija tal-aħbarijiet biex tiżdied ma’ lista postali għal stqarrijiet tal-aħbarijiet b’embargo (każ 477/2023/EIS)

Il-Ħamis | 12 Ġunju 2025

Il-każ kien jikkonċerna kif il-Kummissjoni Ewropea ttrattat it-talba minn ġurnalist li jaħdem f’aġenzija tal-aħbarijiet biex jiżdied ma’ lista postali għal stqarrijiet għall-istampa b’embargo, speċifikament għall-“indikaturi tal-Euro” tal-Eurostat, li jipprovdu informazzjoni statistika ekonomika regolari. Il-Eurostat, li jagħmel parti mill-Kummissjoni, irrifjuta li jżid il-ġurnalist mal-lista minħabba li ddikjara li kienu biss il-ġurnalisti jew l-aġenziji li kienu ngħataw “akkreditazzjoni” tal-midja mill-Kummissjoni li setgħu jiġu inklużi f’tali listi ta’ distribuzzjoni. Ma kienx possibbli għall-ġurnalist jew għall-aġenzija tal-aħbarijiet tiegħu li jirċievu akkreditazzjoni, minħabba li ma kinux jissodisfaw waħda mill-prekundizzjonijiet, jiġifieri li l-aġenzija jew ġurnalist fl-aġenzija jkun domiċiljat fil-Belġju. L-ilmentatur sostna li din il-prattika kienet diskriminatorja u kienet tfisser li organizzazzjonijiet tal-media akbar biss b’riżorsi finanzjarji suffiċjenti li setgħu jaffordjaw li jkollhom ġurnalisti fil-Belġju setgħu jirċievu informazzjoni b’embargo.

L-Ombudsman sabet li kien raġonevoli għall-Kummissjoni li tinkludi d-domiċilju fil-Belġju bħala prekundizzjoni għall-akkreditazzjoni fir-rigward tal-aċċess għall-bini fiżiku tal-istituzzjonijiet tal-UE fi Brussell. Madankollu, hija sabet li l-inklużjoni ta’ rekwiżit ta’ domiċilju fil-Belġju bħala prekundizzjoni għall-inklużjoni fil-listi ta’ distribuzzjoni għall-membri tal-media kienet sproporzjonata.

L-Ombudsman għalqet l-inkjesta b’sejba ta’ amministrazzjoni ħażina, u talbet lill-Kummissjoni tirrapporta lura fi żmien sitt xhur biex tinformaha dwar l-azzjoni li kienet ħadet biex tindirizza s-sitwazzjoni.

Deċiżjoni dwar ir-rifjut tal-Kummissjoni Ewropea li tagħti aċċess pubbliku sħiħ għad-dokumenti li jikkonċernaw id-data statistika dwar is-sustanzi attivi tal-pestiċidi rrapportata minn Spanja (każ 1170/2021/OAM)

Il-Ħamis | 03 Marzu 2022

L-ilmentatur fittex aċċess pubbliku mill-Kummissjoni Ewropea għal dokumenti li fihom data statistika, irrappurtata mill-awtoritajiet Spanjoli, dwar sustanzi attivi fil-pestiċidi. Il-Kummissjoni tat aċċess biss għal partijiet mill-erba’ dokumenti li identifikat bħala li jaqgħu taħt it-talba. Hija rrifjutat l-aċċess għall-bqija, billi invokat eċċezzjonijiet skont ir-regoli tal-UE dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti, u argumentat li l-iżvelar tal-partijiet redatti jimmina l-interessi kummerċjali tal-kumpaniji li mingħandhom inġabret id-data. Il-Kummissjoni argumentat ukoll li d-data kienet koperta mill-prinċipju tal-kunfidenzjalità stabbilit fir-regoli tal-UE dwar il-ġbir tal-istatistika.

Abbażi ta' spezzjoni tad-dokumenti inkwistjoni, l-Ombudsman qieset li l-informazzjoni moħbija kienet relatata ma' sustanzi maħsuba biex jiġu rilaxxati fl-ambjent. Skont ir-regoli tal-UE dwar l-aċċess għal informazzjoni ambjentali (ir-Regolament ta’ Aarhus) u l-ġurisprudenza relatata, hemm interess pubbliku prevalenti fl-iżvelar ta’ tali informazzjoni.

L-Ombudsman esprimiet dubji dwar il-pożizzjoni tal-Kummissjoni li l-prinċipju tal-kunfidenzjalità tal-istatistika jipprevali fuq it-trasparenza tal-informazzjoni relatata mal-emissjonijiet fl-ambjent. Hija ma kinitx konvinta li l-Kummissjoni kienet tat effett sħiħ lir-regoli stabbiliti fir-Regolament ta' Aarhus. Madankollu, l-Ombudsman kienet tal-fehma li dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati bl-aħjar mod mil-leġiżlaturi tal-UE li bħalissa qed jirrevedu l-leġiżlazzjoni applikabbli u għalhekk għalqu l-inkjesta, filwaqt li impenjaw ruħhom li jressqu l-kwistjoni għall-attenzjoni tagħhom.