FOR PREVIEWING & TESTING PURPOSES ONLY.
This notification will disappear once the page will be published.
This link is available for less than 30 minutes.
  • Faċli biex taqra
  • Daqs tat-test

Int għandek ilment kontra istituzzjoni jew korp tal-UE?

L-impatt tal-Ombudsman Ewropew

L-Ombudsman tiftaħ madwar 350 inkjesta kull sena. Il-bidla pożittiva li tirriżulta minn dawn l-inkjesti ħafna drabi tfeġġ gradwalment hekk kif l-istituzzjonijiet tal-UE jaġġustaw għal normi ġodda ta’ amministrazzjoni tajba. Il-kollaborazzjoni impenjata mal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE, kif ukoll il-pressjoni fuq l-amministrazzjoni tal-UE minn ilmentaturi, il-media, is-soċjetà ċivili, il-Membri tal-Parlament Ewropew, u l-qrati tal-UE jgħinu wkoll biex jinkisbu riżultati pożittivi.

Hawn taħt hawn xi eżempji ta’ bidla pożittiva f’oqsma ewlenin tal-inkjesti tal-Ombudsman matul dawn l-aħħar snin:

Responsabbiltà fit-teħid tad-deċiżjonijiet

Sitwazzjoni preċedenti Is-sitwazzjoni bħalissa

Nuqqas ta’ trasparenza rigward in-negozjati kummerċjali tal-UE.

Wieħed mill-pilastri tal-politika kummerċjali tal-UE hija t-trasparenza. Il-mandati ta’ negozjar jiġu ppubblikati.

Diffiċli għall-pubbliku biex jiskrutinizza t-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Grupp tal-Euro.

Il-laqgħat tal-Grupp tal-Euro jinġabru fil-qosor f’aktar dettall. Repożitorju online ta’ dokumenti tal-Grupp tal-Euro disponibbli għall-pubbliku.

Ebda proċedura separata għall-ħatra tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni.

Proċedura separata (eż. COM/2019/2886) għall-ħatra tas-Segretarju Ġenerali.

Hija meħtieġa aktar ċarezza dwar il-mod kif iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) jieħu deċiżjonijiet.

L-ECDC jispjega r-raġunament għad-deċiżjonijiet u jimpenja ruħu għal komunikazzjoni aktar aċċessibbli mal-pubbliku.

Nuqqas ta’ trasparenza rigward it-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA).

L-EIOPA tippubblika r-riżultati tal-votazzjoni tal-Bord ta’ Superviżuri tagħha dwar l-abbozzi ta’ standards regolatorji.

Il-laqgħat bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) u l-kumpaniji farmaċewtiċi qabel l-applikazzjonijiet għall-aċċess għas-suq iqajmu kwistjonijiet dwar ir-responsabbiltà.

L-EMA saħħet l-oġġettività u l-indipendenza tagħha fir-rigward ta’ laqgħat bejn ir-rappreżentanti tagħha u l-kumpaniji farmaċewtiċi.

Lok għal titjib fil-mod kif il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jinvolvi lilu nnifsu mal-partijiet ikkonċernati.

Il-BĊE ħa passi biex jevita kwalunkwe riskju ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni potenzjalment sensittiva għas-suq ma’ udjenzi ristretti.

Trasparenza u etika tal-lobbjar

Sitwazzjoni preċedenti Is-sitwazzjoni bħalissa

Kodiċi ta’ Kondotta għall-Kummissarji: il-perjodu ta’ notifika rigward l-impjiegi ta’ wara l-mandat huwa qasir wisq. Valutazzjoni tal-impjiegi l-ġodda tal-Kummissarji mwettqa mill-Kumitat tal-Etika mhux ippubblikata.

Kodiċi ta’ Kondotta msaħħa: Perjodi ta’ notifika estiżi, regoli dwar id-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji aktar stretti. Pubblikazzjoni proattiva tal-valutazzjoni tal-impjieg ta’ wara l-mandat tal-Kummissarji.

Gruppi ta’ esperti: nuqqas ta’ informazzjoni dettaljata dwar dawn il-gruppi, li tipprovdi kontribut ta’ esperti lill-Kummissjoni.

Il-minuti tal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti ppubblikati, is-sejħiet pubbliċi għall-applikazzjonijiet huma standard għal sħubija fi grupp, link għar-Reġistru tat-Trasparenza.

Perċezzjoni li l-isponsorizzar korporattiv tal-presidenzi tal-Kunsill tal-UE tista’ tagħti influwenza lill-isponsor fuq il-politika u t-tfassil tal-liġijiet tal-UE.

Linji gwida tal-Kunsill għall-Istati Membri li għandhom l-intenzjoni li jkollhom sponsorizzar korporattiv tal-presidenza tagħhom.

Sensibilizzazzjoni dwar il-lobbjar: taħriġ limitat jew linji gwida dwar l-interazzjonijiet mal-lobbisti. Ebda rekords tal-laqgħat bejn il-Kummissarji u l-lobbisti.

Lista ta’ “dak li huwa permissibbli u dak li mhuwiex” għall-uffiċjali tal-UE li jinteraġixxu mal-lobbisti, użata mill-Kummissjoni. Rekord pubbliku tal-laqgħat bejn il-Kummissarji mal-lobbisti. Portal għat-trasparenza stabbilit. Il-Kummissjoni u l-Parlament għandhom jipprovdu taħriġ rigward is-sensibilizzazzjoni dwar il-lobbjar.

Revolving doors: nuqqas ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-kunflitti ta’ interess potenzjali u l-effetti negattivi fuq il-fiduċja tal-pubbliku.

Sensibilizzazzjoni ħafna usa’ tal-problemi potenzjali kkawżati minn każijiet ta’ “revolving doors”. L-ismijiet u l-karigi ġodda ta’ persunal anzjan li jiġi ttrasferit lejn entitajiet potenzjalment attivi fil-lobbjar u fil-promozzjoni jiġu ppubblikati kull sena.

Valutazzjoni tal-kunflitti ta’ interess matul offerti pubbliċi: ebda possibbiltà skont ir-Regolament Finanzjarju tal-UE li jiġu esklużi applikanti għal offerti għal raġunijiet ta’ kunflitti ta’ interess.

Il-Kummissjoni pproponiet li temenda r-Regolament Finanzjarju biex tinkludi l-possibbiltà li l-offerenti jiġu miċħuda f’każ ta’ kunflitt ta’ interess professjonali.

Aċċess għal dokumenti

Sitwazzjoni preċedenti Is-sitwazzjoni bħalissa

Prijoritizzazzjoni mhux adegwata tal-aċċess għal inkjesti ta’ dokumenti.

Ħafna istituzzjonijiet tal-UE jaqblu mal-Approċċ Rapidu tal-Ombudsman, li jippermettilha toħroġ sejbiet fi żmien 40 jum ta’ xogħol.

Nuqqas ta’ trasparenza fir-rigward tar-riżultati ta’ provi kliniċi għall-mediċini.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tagħti aċċess għal dokumenti dwar provi kliniċi.

Spejjeż tal-ivvjaġġar tal-Kummissarju u spejjeż mixxellanji għal vjaġġi ta’ xogħol mhux ippubblikati.

Il-Kummissjoni tippubblika b’mod proattiv l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-kummissarji u spejjeż mixxellanji għal vjaġġi ta’ xogħol.

Nuqqas ta’ approċċ uniformi biex jiġu indirizzati d-drittijiet tal-pubbliku rigward l-aċċess għal dokumenti tal-UE.

Linji gwida għall-istituzzjonijiet tal-Ombudsman dwar kif l-aħjar jiġi implimentat id-dritt tal-pubbliku li jaċċessa dokumenti tal-UE.

Għodod ġodda ta’ komunikazzjoni joħolqu sfidi għall-amministrazzjoni tal-UE fil-qasam tal-aċċess pubbliku għal dokumenti.

Sensibilizzazzjoni usa’ ta’ din l-isfida.

L-aħjar prattiki għar-reġistrazzjoni ta’ messaġġi testwali relatati max-xogħol ippubblikati.

Trasparenza leġiżlattiva

Sitwazzjoni preċedenti Is-sitwazzjoni bħalissa

Trilogi: ebda informazzjoni dwar id-dati, l-aġenda, u n-negozjaturi ta’ negozjati interistituzzjonali dwar abbozzi ta’ liġijiet.

Il-kalendarji u l-aġendi tat-trilogi ta’ spiss jiġu ppubblikati minn qabel u n-negozjaturi ewlenin jiġu msemmija. Għaddej xogħol fuq bażi ta’ data leġiżlattiva konġunta.

Trasparenza leġiżlattiva tal-Kunsill: ftit li xejn informazzjoni disponibbli dwar l-evoluzzjoni tal-abbozz ta’ leġiżlazzjoni mill-Kunsill.

Il-Kunsill jippubblika b’mod proattiv rapport dwar in-negozjati dwar abbozzi ta’ liġijiet, kif ukoll il-mandat tiegħu għal negozjati leġiżlattivi mal-Parlament.

Drittijiet fundamentali

Sitwazzjoni preċedenti Is-sitwazzjoni bħalissa

Nuqqas ta’ rimedju għall-migranti u r-refuġjati li ħassew li nkisru d-drittijiet fundamentali tagħhom.

Il-Frontex u l-Aġenzija tal-UE għall-Ażil stabbilew mekkaniżmi tal-ilmenti għal allegazzjonijiet ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali.

Drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà: lok għal titjib fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà.

Il-Kummissjoni ttejjeb l-aċċessibbiltà tas-sit web u tal-għodod online tagħha għall-persuni b’diżabilità.

Fondi tal-UE: nuqqas ta’ sorveljanza fuq jekk il-fondi tal-UE jintefqux f’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

Sorveljanza mtejba mill-Kummissjoni biex jiġi żgurat li l-infiq ma jkomplix jimmarġinalizza ċerti gruppi.

It-trainees fid-delegazzjonijiet tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) ma jitħallsux.

It-trainees fid-delegazzjonijiet tas-SEAE jirċievu allowance biex ikopru l-ispejjeż u l-għoli tal-ħajja.

L-użu tal-lingwi tal-UE: nuqqas ta’ ċarezza dwar kif l-istituzzjonijiet tal-UE jużaw il-lingwi uffiċjali tal-UE fil-komunikazzjoni pubblika tagħhom.

Rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman dwar l-użu tal-lingwi tal-UE fil-komunikazzjoni mal-pubbliku.

L-istatut tal-Ombudsman Ewropew: Il-liġi li tirregola l-funzjonament tal-Ombudsman ma tirrikjedix perjodu ta’ riflessjoni għal politiċi li jikkontestaw għall-kariga ta’ Ombudsman.

L-Istatut rivedut jikkonferma s-setgħat tal-Ombudsman u jirrikjedi perjodu ta’ riflessjoni ta’ sentejn għall-politiċi li jikkontestaw għall-kariga ta’ Ombudsman.