FOR PREVIEWING & TESTING PURPOSES ONLY.
This notification will disappear once the page will be published.
This link is available for less than 30 minutes.
  • Easy to read
  • Text size

You have a complaint against an EU institution or body?

Current language: 
  • Malti
Available languages: 

Ombudsman Ewropew

Din hija verżjoni Faċli biex Tinqara

L-Ombudsman Ewropew

L-isem tal-Ombudsman Ewropew huwa Teresa Anjinho.

X’jagħmel l-Ombudsman Ewropew?

L-Ombudsman Ewropew iħares lejn kif jaħdmu l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Xi kultant l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jagħmlu żbalji.

In-nies jistgħu jgħidu lill-Ombudsman dwar dan - dan jissejjaħ ilment.

L-Ombudsman Ewropew jgħin lill-persuni li jkollhom ilmenti kontra istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Persuni b'diżabilitajiet jistgħu jċemplu, jiktbu jew jibagħtu email lill-Ombudsman jekk ikollhom problema ma' istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Tista' wkoll tgħid lill-Ombudsman jekk xi ħadd li taf iħoss li huwa jew hija qiegħed/qiegħda tiġi/jiġi ttrattat(a) ħażin minn istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Kif tagħmel ilment?

Kultant l-affarijiet ma jmorrux kif suppost fl-istituzzjonijiet tal-UE.

Jekk jogħġbok aqra t-test li ġej biex issir taf kif tista’ tagħmel ilment,

L-ewwel ilmenta mal-istituzzjoni

  • L-ewwel ilmenta mal-istituzzjoni tal-UE sabiex ikunu jistgħu jippruvaw jirranġawlek is-sitwazzjoni
  • Tkun idea tajba li tikteb l-isem tal-persuna li tkun tkellimt magħha dwar l-ilment tiegħek
  • Tkun idea tajba li tniżżel dak kollu li jkun intqal

Ilmenta mal-Ombudsman Ewropew

  • Ikteb ismek u kunjomok
  • Ikteb l-indirizz tad-dar, l-indirizz tal-email jew in-numru tat-telefown tiegħek
  • Ikteb l-isem tal-istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea li trid tilmenta dwarha

Tista' tgħid lill-Ombudsman jekk istituzzjoni tal-UE tkun qiegħda tiżbalja, anke jekk ma tkunx tixtieq tagħmel ilment uffiċjali.

Kif tikkuntattja lill-Ombudsman

Tista' ċċempel fuq dan in-numru: 00 (33)3 88 17 23 13

Tista' tibgħat email fuq: easy-to-read@ombudsman.europa.eu

Tista' tikteb ittra lil:

Ombudsman Ewropew
1 avenue du Président Robert Schuman
CS 30403
F - 67001 Strasbourg Cedex
FRANZA

Jekk jogħġbok għidilna jekk tixtieq din l-informazzjoni f'lingwa jew f'format differenti.

Jekk ikollok xi mistoqsijiet jew kummenti, tista' tibgħatilna email fuq easy-to-read@ombudsman.europa.eu