Int għandek ilment kontra
istituzzjoni jew korp tal-UE?

Etika u kondotta

L-Ombudsman Ewropew Emily O'Reilly temmen bil-qawwa li, sabiex tiġi ggarantita bis-sħiħ il-fiduċja pubblika, l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom joperaw bħala servizz li jiffavorixxi liċ-ċittadini, li hu responsabbli u trasparenti, u għandhom jaderixxu mal-ogħla standards etiċi. L-Uffiċċju tal-Ombudsman huwa impenjat li jirrispetta b'mod sħiħ, fost l-oħrajn, il-prinċipji tal-integrità u r-responsabilità fl-attivitajiet kollha tagħna. Minbarra l-adozzjoni tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Ombudsman fi Frar 2015, il-materjal fis-sezzjoni Etika u kondotta tal-websajt jimmira li jissodisfa dan l-impenn, inkluż billi jipprovdi trasparenza sħiħa dwar l-imġiba u l-użu tar-riżorsi tal-Ombudsman.

Aqra iktar dwar l-Etika u l-Kondotta