• Ressaq ilment
  • Talba għall-informazzjoni
60th Rome Treaty anniversaryL-Ewropa tiegħek - Il-portal għas-servizzi pubbliċi online Ewropej u nazzjonali

Ombudsman Ewropew

Lingwi disponibbli :  bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.hr.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv

Din hija verżjoni Faċli biex Tinqara

L-Ombudsman Ewropew

L-isem tal-Ombudsman Ewropew huwa Emily O'Reilly.

Hija mill-Irlanda.

Emily O'Reilly għamlet għaxar snin bħala l-Ombudsman Irlandiż.

Kienet anke ġurnalista qabel ma saret l-Ombudsman Ewropew.

X’jagħmel l-Ombudsman Ewropew?

L-Ombudsman Ewropew iħares lejn kif jaħdmu l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Xi kultant l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jagħmlu żbalji.

In-nies jistgħu jgħidu lill-Ombudsman dwar dan - dan jissejjaħ ilment.

L-Ombudsman Ewropew jgħin lill-persuni li jkollhom ilmenti kontra istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Persuni b'diżabilitajiet jistgħu jċemplu, jiktbu jew jibagħtu email lill-Ombudsman jekk ikollhom problema ma' istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Tista' wkoll tgħid lill-Ombudsman jekk xi ħadd li taf iħoss li huwa jew hija qiegħed/qiegħda tiġi/jiġi ttrattat(a) ħażin minn istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Kif tagħmel ilment?

Kultant l-affarijiet ma jmorrux kif suppost fl-istituzzjonijiet tal-UE.

Dan id-dokument jgħidlek x'għandek tagħmel jekk inti jew xi ħadd li taf irid jagħmel ilment.

L-ewwel ilmenta mal-istituzzjoni

  • L-ewwel ilmenta mal-istituzzjoni tal-UE sabiex ikunu jistgħu jippruvaw jirranġawlek is-sitwazzjoni
  • Tkun idea tajba li tikteb l-isem tal-persuna li tkun tkellimt magħha dwar l-ilment tiegħek
  • Tkun idea tajba li tniżżel dak kollu li jkun intqal

Ilmenta mal-Ombudsman Ewropew

  • Ikteb ismek u kunjomok
  • Ikteb l-indirizz tad-dar, l-indirizz tal-email jew in-numru tat-telefown tiegħek
  • Ikteb l-isem tal-istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea li trid tilmenta dwarha

Tista' tgħid lill-Ombudsman jekk istituzzjoni tal-UE tkun qiegħda tiżbalja, anke jekk ma tkunx tixtieq tagħmel ilment uffiċjali.

Kif tikkuntattja lill-Ombudsman

Tista' ċċempel fuq dan in-numru: 00 (33)3 88 17 23 13

Tista' tibgħat email fuq: eo@ombudsman.europa.eu

Tista' tikteb ittra lil:

Ombudsman Ewropew
1 avenue du Président Robert Schuman
CS 30403
F - 67001 Strasbourg Cedex
FRANZA

Tista' wkoll issegwi lill-Ombudsman fuq Twitter fuq: @EUombudsman

Jekk jogħġbok għidilna jekk tixtieq din l-informazzjoni f'lingwa jew f'format differenti.

Jekk ikollok xi mistoqsijiet jew kummenti, tista' tibgħatilna email fuq eo@ombudsman.europa.eu