Tiftix ta’ inkjesti
Qed juri 1 - 20 minn 495 riżultati
L-Ombudsman tilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tqis aktar l-ambjent u d-drittijiet tal-bniedem fir-rieżami tal-aġenziji ta' kreditu għall-esportazzjoni
It-Tnejn | 10 Frar 2020
Deċiżjoni fil-każ 212/2016/JN dwar ir-rieżami annwali mill-Kummissjoni Ewropea tal-aġenziji ta’ kreditu għall-esportazzjoni tal-Istati Membri
It-Tnejn | 10 Frar 2020
Il-każ kien jikkonċerna l-adegwatezza tar-rieżami annwali tal-Kummissjoni Ewropea tal-aġenziji ta’ kreditu għall-esportazzjoni — korpi nazzjonali li jagħtu appoġġ finanzjarju lill-kumpaniji li jagħmlu negozju fi swieq riskjużi — b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ambjent.
L-Ombudsman staqsiet dwar il-kwistjoni u sabet li l-metodoloġija u l-proċeduri tal-Kummissjoni jistgħu jittejbu. B’mod partikolari, l-Ombudsman irrakkomandat li l-Kummissjoni jenħtieġ li tidħol fi djalogu mal-Istati Membri u ma’ partijiet ikkonċernati oħra bil-ħsieb li ttejjeb il-mudell użat mill-Istati Membri biex jikkompilaw ir-rapporti dwar l-aġenziji ta’ kreditu għall-esportazzjoni li huma meħtieġa jissottomettu lill-Kummissjoni kull sena. L-Ombudsman irrakkomandat ukoll li l-Kummissjoni, min-naħa tagħha, għandha ttejjeb il-kontenut tal-analiżi u l-evalwazzjoni tar-rieżamijiet annwali tal-aġenziji ta' kreditu għall-esportazzjoni li hija tippreżenta lill-Parlament Ewropew.
Il-Kummissjoni infurmat lill-Ombudsman li kienet se tikkonsulta lill-Kunsill, lill-Parlament u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u tinvolvi ruħha mas-soċjetà ċivili, sabiex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman. B’mod partikolari, il-Kummissjoni se tipproponi lill-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni mudell rivedut ta’ lista ta’ kontroll li għandu jintuża mill-Istati Membri għar-rapporti annwali tagħhom. Il-Kummissjoni se tikkunsidra wkoll li tfassal gwida rilevanti għar-rappurtar tal-Istati Membri.
Peress li l-miżuri mħabbra mill-Kummissjoni jindirizzaw b’mod adegwat ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman, l-Ombudsman għalqet l-inkjesta tagħha iżda talbet lill-Kummissjoni tirrapporta lura fi żmien sena.
Il-Konvenzjoni tal-UNCRPD: It-trattament ta’ persuni b’diżabilità skont ir-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard (JSIS)
L-Erbgħa | 10 April 2019
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew fl-inkjesta strateġika tagħha OI/4/2016/EA dwar kif il-Kummissjoni Ewropea tittratta lill-persuni b’diżabilità skont ir-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard għall-persunal tal-UE
L-Erbgħa | 10 April 2019
Fl-2015, Kumitat tan-NU sab li l-iskema tal-assigurazzjoni tas-saħħa għall-membri tal-persunal tal-UE, ir-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard (JSIS), ma tikkonformax mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (UNCRPD). Il-kumitat irrakkomanda li l-JSIS tiġi riveduta biex toffri kopertura komprensiva għall-ħtiġijiet tas-saħħa relatati mad-diżabilità.
Wara li rċeviet ilmenti minn membri tal-persunal, li kienu ltaqgħu ma' problemi biex l-ispejjeż mediċi tagħhom stess jew tal-membri tal-familja tagħhom jiġu rimborżati bis-sħiħ, l-Ombudsman wettqet inkjesta strateġika. Hija sabet li n-nuqqas tal-Kummissjoni Ewropea li tieħu kwalunkwe azzjoni effettiva b’reazzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-kumitat kien jammonta għal amministrazzjoni ħażina. Għalhekk hija rrakkomandat li l-Kummissjoni tirrevedi r-regoli li jirregolaw il-JSIS. Hija għamlet ukoll għadd ta’ suġġerimenti lill-Kummissjoni relatati ma’ kif il-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità huma koperti taħt il-JSIS, kif ukoll dwar il-ħtieġa li jitħarreġ il-persunal u li jiġu kkonsultati kif xieraq il-partijiet ikkonċernati biex jiġi żgurat li l-JSIS tirrifletti l-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità.
Il-Kummissjoni wieġbet, u ddikjarat li se tirrevedi r-regoli li jirregolaw il-JSIS u se tieħu azzjoni biex issegwi l-biċċa l-kbira tas-suġġerimenti tal-Ombudsman.
Peress li l-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjoni tagħha, l-Ombudsman tagħlaq l-inkjesta strateġika tagħha. Minħabba l-importanza tal-kwistjoni, hija titlob lill-Kummissjoni tirrapporta lura fi żmien sitt xhur dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni. L-Ombudsman tikkonferma wkoll is-suġġeriment tagħha dwar il-ħtieġa li l-Kummissjoni tirrevedi r-regoli tagħha tal-2004 dwar l-akkomodazzjoni tal-ħtiġijiet tal-persunal b'diżabilità.
It-trattament mill-EFSA tar-reviżjoni tal-Limitu ta' Tħassib Tossikoloġiku (TTC)
L-Erbgħa | 19 Diċembru 2018
Deċiżjoni fil-każ 747/2016/PL dwar l-użu mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tal-Limitu ta' Tħassib Tossikoloġiku
L-Erbgħa | 19 Diċembru 2018
Il-każ kien jikkonċerna kif l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) tuża l-Limitu ta’ Tħassib Tossikoloġiku (TTC). It-TTC huwa għodda ta’ valutazzjoni tar-riskju bbażata fuq il-prinċipju li hemm livelli ta’ esponiment li taħthom is-sustanzi kimiċi ma joħolqux riskju sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem.
Fl-2014, l-EFSA u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) ospitaw sessjoni ta’ ħidma ta’ esperti biex jirrevedu x-xjenza sottostanti għall-kunċett tat-TTC. Il-konklużjonijiet tas-sessjoni ta’ ħidma kienu soġġetti għal konsultazzjoni pubblika u ġew ippubblikati f’Marzu 2016.
L-ilmentatur, NGO, qajjem dubji dwar l-użu mill-EFSA tal-kunċett tat-TTC peress li qieset li dan ma jirriflettix l-evidenza xjentifika attwali. Qalet ukoll li ħafna mill-esperti li ħadu sehem fil-workshop kellhom kunflitti ta' interess.
L-Uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew mhuwiex korp xjentifiku u ma jistax jieħu pożizzjoni dwar il-merti ta’ għodda partikolari għall-valutazzjoni tar-riskju, bħat-TTC. Abbażi tar-rieżami mwettaq f’dan il-każ, l-Ombudsman sabet li l-ispjegazzjonijiet tal-EFSA dwar l-użu tat-TTC kienu raġonevoli.
Fir-rigward tal-esperti li ħadu sehem fis-sessjoni ta’ ħidma, l-Ombudsman sabet li, f’dan il-każ partikolari, l-EFSA ma kinitx obbligata li tiskrinjahom għal kunflitti ta’ interess peress li kien raġonevoli għaliha li tiddependi fuq l-iskrinjar minn qabel tad-WHO ta’ dawn l-esperti.
L-Ombudsman ikkonkluda li ma kien hemm l-ebda amministrazzjoni ħażina mill-EFSA.
Madankollu, l-Ombudsman issuġġerixxa li l-EFSA tara li l-esperti li jipparteċipaw f’konferenzi jew laqgħat ma jkollhom l-ebda kunflitt ta’ interess, fejn il-konferenza jew il-laqgħa — bħal dik inkwistjoni — tiġi organizzata biex tinforma l-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-EFSA, jew tista’ tiġi pperċepita bħala li tagħmel dan.
Rakkomandazzjoni tal-Ombudsman Ewropew fil-każ 212/2016/JN dwar ir-rieżami annwali mill-Kummissjoni Ewropea tal-aġenziji ta’ kreditu għall-esportazzjoni tal-Istati Membri
L-Erbgħa | 23 Mejju 2018
Il-każ kien jikkonċerna l-adegwatezza tar-rieżami annwali tal-Kummissjoni Ewropea tal-aġenziji ta' kreditu għall-esportazzjoni - korpi nazzjonali li jagħtu appoġġ finanzjarju lil kumpaniji li jagħmlu negozju fi swieq "riskjużi" - b'mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent.
L-Ombudsman staqsiet dwar il-kwistjoni u sabet li l-metodoloġija u l-proċeduri tal-Kummissjoni jistgħu jittejbu. B’mod partikolari, hija ssuġġeriet li l-Kummissjoni għandha tidħol fi djalogu mal-Istati Membri u partijiet ikkonċernati oħra bil-ħsieb li jittejjeb il-mudell użat mill-Istati Membri fil-kompilazzjoni tar-rapporti dwar l-aġenziji ta’ kreditu għall-esportazzjoni li huma meħtieġa jissottomettu lill-Kummissjoni kull sena. L-Ombudsman ippropona wkoll li l-Kummissjoni, min-naħa tagħha, għandha ttejjeb il-kontenut tal-analiżi u l-evalwazzjoni tar-rieżamijiet annwali tal-aġenziji ta' kreditu għall-esportazzjoni li hija tippreżenta lill-Parlament Ewropew.
Il-Kummissjoni rrifjutat il-proposti tal-Ombudsman prinċipalment minħabba li tqis li l-implimentazzjoni tagħhom tkun teħtieġ emenda għal-leġiżlazzjoni eżistenti. L-Ombudsman ma qablitx mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni u issa għamlet rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni bl-istess termini bħal dawk tal-proposti preċedenti tagħha. L-Ombudsman jemmen li r-rieżami annwali tal-Kummissjoni, li tibgħat lill-Parlament, għandu jammonta għal aktar minn kompilazzjoni tal-kontenut tar-rapporti annwali riċevuti mill-Istati Membri u li għandu jkun fih evalwazzjoni infurmata u dettaljata tal-prestazzjoni tal-aġenziji ta' kreditu għall-esportazzjoni, b'mod partikolari, fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent.
Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) – rwol tal-Ombudsmen nazzjonali
L-Erbgħa | 16 Mejju 2018
Divulgazzjoni, mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea, ta’ dokumenti relatati mat-trilogi u t-trasparenza tat-trilogi b’mod ġenerali
Il-Ħamis | 18 Jannar 2018
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tistabbilixxi proposti wara l-inkjesta strateġika tagħha OI/8/2015/JAS dwar it-trasparenza tat-Trilogi
Il-Ħamis | 18 Jannar 2018
Din l-inkjesta strateġika tikkonċerna t-trasparenza ta’ parti informali importanti tal-proċess leġiżlattiv tal-UE, jiġifieri, it-trasparenza tat-“Trilogi”.
Iż-żewġ korpi leġiżlattivi tal-UE, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, jippromulgaw leġiżlazzjoni wara proposta mill-Kummissjoni Ewropea. Matul dan il-proċess, iż-żewġ koleġiżlaturi, assistiti mill-Kummissjoni, spiss jinnegozjaw fl-hekk imsejħa Trilogi, li huma laqgħat informali bejn ir-rappreżentanti tat-tliet istituzzjonijiet involuti. Matul Trilogu, il-Parlament u l-Kunsill jippruvaw jaqblu dwar test komuni, ibbażat fuq il-pożizzjonijiet inizjali tagħhom, li mbagħad issir votazzjoni dwaru skont il-proċedura leġiżlattiva formali. It-trilogi wrew li huma effettivi ħafna biex jintlaħqu ftehimiet bħal dawn, u l-biċċa l-kbira tal-leġiżlazzjoni issa hija adottata b’dan il-mod.
L-Unjoni Ewropea hija demokrazija rappreżentattiva, fejn iċ-ċittadini għandhom id-dritt li jżommu lir-rappreżentanti tagħhom responsabbli għall-għażliet politiċi magħmula f’isimhom. Iċ-ċittadini għandhom ukoll id-dritt li jipparteċipaw fil-proċess demokratiku tal-UE. It-trasparenza tat-Trilogi hija element ewlieni biex jiġi żgurat li dawn id-drittijiet isiru effettivi u biex jiġu leġittimizzati l-liġijiet magħmula mill-UE. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE ddikjarat li l-kapaċità taċ-ċittadini tal-UE li jsiru jafu l-kunsiderazzjonijiet li jirfdu l-azzjoni leġiżlattiva hija prekundizzjoni għall-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet demokratiċi tagħhom.
Filwaqt li l-proċess leġiżlattiv tal-UE b’mod ġenerali huwa pjuttost trasparenti, inkluż meta mqabbel ma’ ħafna Stati Membri, din il-parti tal-proċess qajmet tħassib dwar il-bilanċ bejn l-effiċjenza tal-proċess tat-Trilogu u t-trasparenza tiegħu.
F'dan l-isfond, l-Ombudsman Ewropew fetaħ inkjesta strateġika. Hija eżaminat liema informazzjoni u dokumenti għandhom ikunu disponibbli b'mod proattiv għall-pubbliku, u f'liema mument, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu użu mid-drittijiet tagħhom.
It-trasparenza tat-trilogi hija element essenzjali tal-leġittimità tat-tfassil tal-liġijiet tal-UE. Iċ-ċittadini jridu jkunu f’pożizzjoni li jiskrutinizzaw il-prestazzjoni tar-rappreżentanti tagħhom matul din il-parti ewlenija tal-proċess leġiżlattiv. Iċ-ċittadini jeħtieġu wkoll informazzjoni dwar is-suġġetti li qed jiġu diskussi matul it-Trilogi biex ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod effettiv fil-proċess leġiżlattiv.
L-Ombudsman tilqa' l-progress li sar s'issa fit-titjib tat-trasparenza tat-Trilogi; madankollu tipproponi li t-tliet istituzzjonijiet jagħmlu d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni li ġejjin disponibbli għall-pubbliku: id-dati tat-Trilogu, il-pożizzjonijiet inizjali tat-tliet istituzzjonijiet, l-aġendi ġenerali tat-Trilogu, id-dokumenti "b'erba' kolonni", it-testi ta' kompromess finali, in-noti tat-Trilogu li saru pubbliċi, il-listi ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet politiċi involuti u kemm jista' jkun lista ta' dokumenti oħra mressqa matul in-negozjati. Dawn kollha għandhom ikunu disponibbli fuq bażi tad-data konġunta faċli biex tintuża u faċli biex tinftiehem. Filwaqt li xi dokumenti jistgħu jsiru disponibbli waqt li jkunu għaddejjin in-negozjati tat-Trilogu, l-istituzzjonijiet jistgħu jqisu li huwa meħtieġ fl-interess pubbliku li jipprovdu aċċess pubbliku proattiv għal ċerti tipi ta’ dokumenti biss wara li jkunu ntemmu n-negozjati.
Deċiżjoni fil-każ 960/2016/TM dwar l-allegat nuqqas min-naħa tal-Bank Ewropew tal-Investiment´s li jittrattaw ilment fil-ħin
L-Erbgħa | 06 Diċembru 2017
Il-każ kien jikkonċerna l-allegat nuqqas tal-Mekkaniżmu tal-Ilmenti tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) li jittratta lment fil-ħin. L-Ombudsman staqsiet dwar il-kwistjoni u sabet li d-dewmien kien iġġustifikat minħabba l-kumplessità tas-suġġett tal-ilment. Għalhekk, l-Ombudsman ma sab l-ebda amministrazzjoni ħażina mill-BEI.
Deċiżjoni fil-każ 947/2016/JN dwar it-trattament mill-Kummissjoni tal-inkjesta fuq Facebook tal-ilmentatur
It-Tlieta | 25 Lulju 2017
Dan il-każ irriżulta min-nuqqas tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea fil-Kroazja li twieġeb għal talba għal informazzjoni magħmula fuq Facebook u l-fatt li mblukkat lill-ilmentatur fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha. L-ilmentatur kien staqsa jekk il-Kap tar-Rappreżentanza fil-Kroazja kienx eks membru tal-partit komunista tal-Jugoslavja.
Peress li l-Kummissjoni issa żblukkat il-paġna tagħha fuq Facebook u wieġbet, l-Ombudsman sabet li l-Kummissjoni solviet dawn l-aspetti tal-każ. L-Ombudsman issib ukoll li l-Kummissjoni ma wettqet l-ebda amministrazzjoni ħażina billi ma żvelatx l-informazzjoni mitluba minħabba li kienet tikkostitwixxi data personali protetta.
Madankollu, l-Ombudsman tagħmel suġġeriment għal titjib dwar il-ħtieġa għal tweġibiet liċ-ċittadini li jikkomunikaw mal-Kummissjoni fuq il-midja soċjali. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis il-fatt li d-dritt għal tweġiba, garantit mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, kif previst fil-Kodiċi Ewropew ta’ Mġiba Amministrattiva Tajba, japplika għall-komunikazzjonijiet riċevuti permezz tal-media soċjali, soġġett biss għal limitazzjonijiet ġustifikati skont il-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-Kummissjoni għandha tqis dan fir-reviżjoni tal-Gwida tagħha dwar il-Fornituri tal-Informazzjoni u fi kwalunkwe ħidma rilevanti oħra.
Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta dwar l-ilment 208/2015/PD dwar kunflitti ta' interess fi grupp ta' esperti tal-Kummissjoni dwar il-kamp elettromanjetiku
L-Erbgħa | 19 April 2017
Il-każ kien jikkonċerna allegazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess li jikkonċernaw membri ta’ grupp ta’ ħidma tal-Kummissjoni inkarigat li jirrevedi x-xjenza dwar l-effetti li l-kampi elettromanjetiċi jista’ jkollhom fuq is-saħħa. L-ilment lill-Ombudsman allega li l-Kummissjoni ma kinitx eżaminat b'mod xieraq jekk ix-xjenzati fil-grupp ta' ħidma kellhomx kunflitti ta' interess.
L-Ombudsman staqsiet dwar din il-kwistjoni. Hija kienet sodisfatta li l-Kummissjoni kienet eżaminat il-kwistjoni kif suppost u li x-xjentisti ma kellhom l-ebda interess konfliġġenti. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda amministrazzjoni ħażina mill-Kummissjoni. Madankollu, l-Ombudsman sabet li l-proċeduri tal-Kummissjoni jistgħu jittejbu u għamlet xi suġġerimenti għal titjib.
Deċiżjoni fil-każ 18/2016/ZA dwar in-nuqqas tal-Bank Ċentrali Ewropew li jwieġeb b’mod adegwat għat-talba għal informazzjoni
Il-Ħamis | 22 Diċembru 2016
Il-każ kien jikkonċerna n-nuqqas tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li jwieġeb b’mod adegwat għat-talba tal-ilmentatur għal informazzjoni dwar il-kompetenza tal-BĊE li jiżgura l-infurzar tar-regolamentazzjoni finanzjarja u l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-Istati Membri. L-Ombudsman talbet lill-BĊE jipprovdi lill-ilmentatur bi tweġiba dettaljata dwar ir-rwol superviżorju tiegħu fil-konfront tal-banek ċentrali nazzjonali, iżda wkoll ir-rwol tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku fis-superviżjoni tal-entitajiet privati. Il-BĊE wieġeb b'mod ċar u komprensiv. L-Ombudsman għalhekk iddeċieda li jagħlaq il-każ.
Deċiżjoni fil-każ 1242/2016/JN dwar in-nuqqas tal-Kummissjoni Ewropea li twieġeb għall-korrispondenza tal-ilmentatur
Il-Ħamis | 22 Diċembru 2016
Il-każ kien jikkonċerna n-nuqqas tal-Kummissjoni Ewropea li twieġeb għall-korrispondenza tal-ilmentatur li fiha l-ilmentatur indika dikjarazzjoni allegatament mhux preċiża mill-Kummissarju Bienkowska dwar l-armi tan-nar. Il-Kummissjoni wieġbet matul l-inkjesta u rrikonoxxiet l-ineżattezza. L-Ombudsman għalqet l-inkjesta hekk kif il-Kummissjoni ħadet passi biex issolvi l-każ. Madankollu, l-Ombudsman issuġġeriet lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tippubblika korrezzjoni sabiex tiżgura li l-pubbliku jkun infurmat b'mod preċiż.
Deċiżjoni fil-każ 714/2016/PD dwar in-nuqqas tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura li twieġeb għall-korrispondenza
It-Tlieta | 06 Diċembru 2016
Deċiżjoni fil-każ 232/2016/PD dwar in-nuqqas tal-Parlament Ewropew li jwieġeb għall-korrispondenza
It-Tlieta | 06 Diċembru 2016