• Ressaq ilment
  • Talba għall-informazzjoni
60th Rome Treaty anniversaryL-Ewropa tiegħek - Il-portal għas-servizzi pubbliċi online Ewropej u nazzjonali

Il-prinċipju tar-reġistri pubbliċi onlajn

Lingwi disponibbli :  bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.hr.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv

Fl-2017, l-Ombudsman Ewropew iddeċidiet li tippromwovi l-prinċipju tar-reġistri pubbliċi onlajn billi adottat id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

“8.1 Għall-finijiet tal-koerenza fl-amministrazzjoni tal-UE, il-ġestjoni finanzjarja soda u s-servizz lill-utenti mill-pubbliku, l-Ombudsman Ewropew tieħu passi biex tmexxi 'l quddiem l-użu ta' reġistru u/jew portal tad-dokumenti u d-data pubbliċi tad-diversi korpi u l-istituzzjonijiet għall-amministrazzjoni tal-UE.

8.2 Jiddependi mir-riżultat tal-azzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-Ombudsman timplimenta, għall-organizzazzjoni tagħha, il-prinċipju tar-reġistri pubbliċi onlajn permezz tal-pubblikazzjoni ta' dokumenti mill-attività ewlenija fit-taqsima tagħha tal-każijiet onlajn, permezz tal-pubblikazzjoni diretta u sħiħa tad-dokumenti kollha adottati b'rabta mal-istrateġija, il-politika u l-ġestjoni ta' livell għoli, u permezz tal-pubblikazzjoni tal-pjan tagħha ta' ffajljar ta' dokumenti.

(Artikolu 8.2 tad-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew dwar il-Ġestjoni tar-Reġistri fl-Uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew, 13 ta' Marzu 2017.)

Bl-implimentazzjoni tal-Artikolu 8.2, l-Ombudsman Ewropew tipprovdi l-materjal li ġej:

Għal kwalunkwe mistoqsija, jekk jogħġbok, ikkuntattja lill-Unità 5 tagħna tal-Investigazzjonijiet u l-Ġestjoni tal-Proċess