• Ressaq ilment
  • Talba għall-informazzjoni
60th Rome Treaty anniversaryL-Ewropa tiegħek - Il-portal għas-servizzi pubbliċi online Ewropej u nazzjonali

Il-Kodiċi Ewropea ta` Mġieba Amministrattiva Tajba

Fis-6 ta' Settembru 2001, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni li tapprova Kodiċi għal Imġieba Amministrattiva Tajba, u li l-istituzzjonijiet u l-korpi ta' l-Unjoni Ewropea flimkien ma' l-amministrazzjonijiet u l-uffiċjali tagħhom għandhom jirrispettaw fir-relazzjoni tagħhom mal-pubbliku.

Il-Kodiċi jagħti kas tal-prinċipji tal-liġi amministrattiva Ewropea li jinsabu fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u wkoll jispira ruħu mil-liġijiet nazzjonali.

Stqarrija

Stqarrija adottata fis-Sitt Seminar tal-Ombudsmen Nazzjonali ta’ Stati Membri tal-UE u Pajjiżi Kandidati, Strasburgu 14-16 ta’ Ottubru 2007

In-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen ħejja din l-istqarrija biex id-dimensjoni tal-Unjoni Ewropea (UE) tax-xogħol tal-ombudsmen issir iktar magħrufa u biex jikkjarifika s-servizz li jipprovdu lill-persuni li jilmentaw dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE.

L-ombudsmen nazzjonali u reġjonali jagħtu kontribut vitali biex jassiguraw li ċittadini u residenti tal-UE jkunu jistgħu jsiru jafu bid-drittijiet tagħhom u jgawduhom. Flimkien mal-Ombudsman Ewropew, huma jifformaw in-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen.

In-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen iġib flimkien, fuq bażi volontarja, l-ombudsmen nazzjonali u reġjonali u korpi simili tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-ombudsmen nazzjonali tal-pajjiżi kandidati u tal-Islanda u n-Norveġja, kif ukoll l-Ombudsman Ewropew u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Fil-Ġermanja, kumitati għall-petizzjonijiet fuq livell nazzjonali u reġjonali jaqdu rwol simili għal dak tal-ombudsmen. Jagħmlu parti min-Netwerk.