• Ressaq ilment
  • Talba għall-informazzjoni
60th Rome Treaty anniversaryL-Ewropa tiegħek - Il-portal għas-servizzi pubbliċi online Ewropej u nazzjonali

Ombudsman: etika u kondotta

L-Ombudsman: etika u kondotta

Emily O'Reilly adottat il-Kodiċi ta' Kondotta għall-Ombudsman fil-5 ta' Frar 2015. Din l-inizjattiva turi l-impenn tagħha għat-trasparenza u kondotta etika. Tirrifletti wkoll l-fehma b'saħħitha tagħha li l-istituzzjonijiet Ewropej jistgħu jiksbu biss lura l-fiduċja taċ-ċittadini billi jipprovdu servizz favorevoli għaċ-ċittadin, responsabbli u trasparenti li jaderixxi mal-ogħla standards etiċi.

Fl-Istrateġija tal-Ombudsman, kif ippreżentatha fid-dokument Lejn l-2019, aħna nimpenjaw ruħna li nipprattikaw dak li nippriedkaw lil ħaddieħor u li nirrispettaw bi sħiħ, fost l-oħrajn, il-prinċipji tal-integrità u tar-responsabbiltà fl-attivitajiet kollha tagħna. Il-materjal fit-taqsima Etika u kondotta tas-sit web tal-Ombudsman għandu l-għan li jissodisfa dan l-impenn.

Apparti l-Kodiċi ta' Kondotta u d-dikjarazzjoni tal-interessi tal-Ombudsman, din it-taqsima tinkludi informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-missjonijiet u rappreżentanza. Din l-informazzjoni, meqjusa flimkien mal-informazzjoni ppubblikata fuq paġni web oħra tas-sit tal-Ombudsman, tagħti stampa ċara tal-kondotta tal-Ombudsman u l-użu tar-riżorsi min-naħa tagħha.

Għal aktar tagħrif ...

2017

2016

2015

2014

2013

2012

2011

2010

2009

2008

2007