• Ressaq ilment
  • Talba għall-informazzjoni
60th Rome Treaty anniversaryL-Ewropa tiegħek - Il-portal għas-servizzi pubbliċi online Ewropej u nazzjonali

Liġi amministrattiva

Regoli ta’ Mudell dwar Proċeduri Amministrattivi tal-UE

Fl-1 ta’ Settembru 2014, in-Netwerk ta’ Riċerka dwar Liġi Amministrattiva tal-UE (ReNEUAL) ippubblika sett ta’ Regoli ta’ Mudell dwar Proċeduri Amministrattivi tal-UE. Dawn huma disponibbli fuq il-websajt ta’ RENEUAL: www.reneual.eu.

L-Ombudsman Ewropew ilu jappoġġja l-proġett ReNEUAL għal diversi snin. Wara laqgħa mal-Kumitat ta’ Tmexxija ta' ReNEUAL fl-2010, l-Ombudsman organizza konferenza f’Marzu 2012, li fiha membri ta’ ReNEUAL spjegaw l-idea tagħhom li jabbozzaw regoli li jagħmlu sens kemm bħala proposti leġiżlattivi kif ukoll bħala sinteżi persważiva ta’ prinċipji li għandhom jinsabu fil-liġi eżistenti. Hekk kif sar progress fuq il-proġett, membri tal-persunal tal-Ombudsman ipprovdew informazzjoni, ikkummentaw dwar abbozzi u pparteċipaw b’mod attiv f’żewġ konferenzi organizzati fl-2013.

ReNEUAL ippreżenta r-riżultati tax-xogħol tiegħu fit-tieni konferenza konġunta mal-Ombudsman f’Mejju 2014. It-tim ta' ReNEUAL imbagħad iffinalizza t-test tar-Regoli ta’ Mudell filwaqt li qies id-diskussjonijiet tal-konferenza.

Fir-rimarki ta' għeluq tagħha fil-konferenza ta’ Mejju 2014, l-Ombudsman qalet dan:

Ix-xogħol enormi li n-Netwerk taRiċerka dwar Liġi Amministrattiva tal-Unjoni Ewropea wettaq u kiseb bsuċċess matul il-ħames snin li ilu mwaqqaf jagħmel il-qafas amministrattiv li permezz tiegħu l-istituzzjonijiet tal-UE jwettqu l-funzjonijiet tagħhom, aktar viżibbli u jinftiehem aktar. Jiena konvinta li dan ix-xogħol jistajkollu impatt sinifikanti fit-tul billi jgħin lill-istituzzjonijiet tal-UE jwettqu xogħolhom bl-aħjar mod billi jaġixxu bmod ġust, trasparenti, effettiv u bmod li huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni ġenerali minn interessi milquta u minn ċittadini.

Ir-Regoli ta’ Mudell ta’ ReNEUAL se jipprovdu sors prezzjuż ta’ ispirazzjoni hekk kif l-Ombudsman twettaq il-missjoni tagħha biex taqdi d-demokrazija billi taħdem mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biex toħloq amministrazzjoni aktar effettiva, responsabbli, trasparenti u etika.