# Standards tal-etika fl-amministrazzjoni tal-UE - Awtur: Ombudsman Ewropew - Data: 2026-09-14T00:00+02:00[Europe/Paris] - [URL](https://www.ombudsman.europa.eu/mt/document/mt/192420) --- L-istituzzjonijiet tal-UE għandhom sensiela ta' regoli etiċi mfassla biex jipproteġu l-integrità tal-amministrazzjoni u jiżguraw li ċ-ċittadini jiġu moqdija minn impjegati taċ-ċivil indipendenti u responsabbli. L-Ombudsman Ewropew jgħin fil-monitoraġġ ta' kif dawn ir-regoli jiġu implimentati u fejn hemm bżonn ta' titjib. Matul is-snin, il-ħidma tal-Ombudsman wasslet għal standards tal-etika aktar robusti fl-amministrazzjoni tal-UE.