# Pubblikazzjoni ta' informazzjoni ambjentali mill-banek – studju kkummissjonat mill-EPRS
- Awtur: Ombudsman Ewropew
- Data: 2024-05-31T00:00+02:00[Europe/Paris]
- [URL](https://www.ombudsman.europa.eu/mt/document/mt/192270)
- [PDF](https://www.ombudsman.europa.eu/pdf/mt/192270)
---
Dan l-istudju jeżamina l-prattiki ta' pubblikazzjoni proattiva ta' erba' banek promozzjonali u tal-iżvilupp --- il-Bank Dinji, il-Bank Asjatiku tal-Iżvilupp, il-Kreditanstalt für Wiederaufbau, u l-Banco Português de Fomento --- fir-rigward tal-informazzjoni ambjentali dwar il-proġetti li jiffinanzjaw.

Is-suġġetti koperti mill-istudju jinkludu liema informazzjoni jippubblikaw il-banek u kif, ir-rwol li għandhom il-promoturi tal-proġetti u sħab oħra, il-bażi ġuridika għall-pubblikazzjoni, u l-bidliet ippjanati fil-prattiki tal-pubblikazzjoni.

L-istudju ġie kkummissjonat mid-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari (EPRS) tal-Parlament Ewropew fuq talba tal-Ombudsman Ewropew bħala segwitu għal [inkjesta](/mt/case/mt/57278) dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali għal proġetti ffinanzjati mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI). L-istudju ġie ffinanzjat mill-Ombudsman u twettaq minn LE Europe.