• Ressaq ilment
  • Talba għall-informazzjoni
60th Rome Treaty anniversaryL-Ewropa tiegħek - Il-portal għas-servizzi pubbliċi online Ewropej u nazzjonali

Introduzzjoni

Lingwi disponibbli :  bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.hr.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv

L-Ombudsman Ewropew hija marbuta li tiżgura li ċ-ċittadini, l-NGOs, l-assoċjazzjonijiet u l-kumpaniji, jafu bid-dritt tagħhom li jagħmlu lment dwar amministrazzjoni ħażina fl-istituzzjonijiet tal-UE. L-Ombudsman tagħraf ir-rwol importanti li l-midja għandha sabiex tinforma lill-opinjoni pubblika, tarrikkixxi d-dibattitu, u ssaħħaħ il-viżibilità tas-servizzi tagħha fl-Istati Membri kollha tal-UE. Politika tal-midja proattiva hija komponent ċentrali tal-attivitajiet tagħha u l-isforzi tagħha sabiex tippromwovi r-rispett għad-drittijiet skont id-dritt tal-UE u ttejjeb il-kwalità tal-amministrazzjoni.

Il-politika tal-Ombudsman fuq il-midja hija bbażata fuq żewġ aspetti: minn banda tipprova tinforma lill-pubbliku Ewropew ġenerali rigward xogħolha permezz tal-midja popolari (eż. TV, gazzetti, radju). Mill-banda l-oħra, hija timmira gruppi speċifiċi ta’ lmentaturi potenzjali permezz ta’ midja iżjed speċjalizzata (eż. rivisti ekonomiċi, fuljetti interni ta’ assoċjazzjonijet, NGOs u gruppi ta' interess oħra).

L-Ombudsman taspira li tkun trasparenti u aċċessibbli kemm jista’ jkun għall-ġurnalisti sabiex tippermetti lill-pubbliku jsegwi xogħolha. Hija tgħaddi l-informazzjoni lill-midja rigward il-bidu ta’ investigazzjonijiet, soluzzjonijiet amikevoli aċċettati mill-istituzzjonijiet li jissodisfaw lill-persuna li tkun ressqet l-iment, abbozzi importanti ta’ rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-istituzzjonijiet u d-deċiżjonijiet li jagħlqu l-investigazzjonijiet. L-Ombudsman tinforma wkoll lill-midja dwar ir-rapport annwali tagħha, l-aħħar statistiċi, il-kontributi tagħha fid-dibattiti u l-inizjattivi, u temi oħra relatati mal-Ombudsman li huma relevanti għall-pubbliku. Filwaqt li l-Ombudsman taspira li xogħolha jkun trasparenti kemm jista’ jkun, hija tirrispetta t-talbiet leġittimi tal-persuni li jilmentaw li jagħżlu li jkollhom il-każ tagħhom ittrattat b'mod kunfidenzjali.

L-Ombudsman hija f'kuntatt ma' korrispondenti Ewropej ibbażati fi Brussell kif ukoll ma' ġurnalisti nazzjonali u reġjonali fl Istati Membri tal-UE. Hija tinforma lill-midja l-aktar permezz tal-istqarrijiet għall-istampa, konferenzi stampa, diskussjonijiet u intervisti. Hija taspira li tgħaddi messaġġi sempliċi u familjari għall-qarrej sabiex tiffaċilita kemm jista’ jkun ix-xogħol tal- ġurnalisti.

Għal aktar tagħrif dwar l-avvenimenti għall-midja tal-Ombudsman, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-Sinjura Gundi Gadesmann, Kap tal-Unità tal-Midja u Relazzjonijiet Esterni, Tel. +32 2 284 26 09.