Introduzzjoni
L-Ombudsman tagħraf ir-rwol importanti li l-midja għandha sabiex tinforma lill-opinjoni pubblika, tarrikkixxi d-dibattitu, u ssaħħaħ il-viżibilità tas-servizzi tagħha fl-Istati Membri kollha tal-UE. Politika tal-midja proattiva hija komponent ċentrali tal-attivitajiet tagħha u l-isforzi tagħha sabiex tippromwovi r-rispett għad-drittijiet skont id-dritt tal-UE u ttejjeb il-kwalità tal-amministrazzjoni.
Għal aktar tagħrif dwar l-avvenimenti għall-midja tal-Ombudsman, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-Sinjura Gundi Gadesmann, Kap tal-Unità tal-Midja u Relazzjonijiet Esterni, Tel. +32 2 284 26 09.