# L-Ombudsman Ewropew jagħlaq l-inkjesta Blue Dragon - Awtur: Ombudsman Ewropew - Data: 2004-07-29T00:00+02:00[Europe/Paris] - [URL](https://www.ombudsman.europa.eu/mt/press-release/mt/137) --- L-Ombudsman Ewropew, **P. Nikiforos Diamandouros**, għalaq l-inkjesta tiegħu dwar l-hekk imsejjaħ każ "Blue Dragon". L-Ombudsman għamel abbozz ta' rakkomandazzjoni lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fi Frar 2004. Id-deċiżjoni tiegħu teżamina fid-dettall it-tweġiba tal-OLAF għal kull wieħed mill-punti mqajma fl-abbozz ta' rakkomandazzjoni u tispjega għaliex l-Ombudsman iqis li ma hemmx bżonn li jwettaq inkjesti ulterjuri dwar il-każ. Id-deċiżjoni tal-Ombudsman tinsab fuq is-sit web tiegħu fuq: [http://www.ombudsman.europa.eu/cases/decision.faces/en/1803/html.bookmark](/cases/decision.faces/en/1803/html.bookmark)