Int għandek ilment kontra istituzzjoni jew korp tal-UE?

Ir-rwol tal-Ombudsman Ewropew

L-Ombudsman Ewropew huwa korp indipendenti u imparzjali li jżomm responsabbli lill-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE, u jippromwovi amministrazzjoni tajba. L-Ombudsman jgħin lin-nies, lin-negozji u lill-organizzazzjonijiet li qed jiffaċċjaw problemi bl-amministrazzjoni tal-UE billi jinvestiga ilmenti dwar amministrazzjoni ħażina mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, iżda wkoll billi jħares b'mod proattiv lejn kwistjonijiet sistemiċi usa'.

L-Istrateġija Tagħna

Fl-2020, l-Uffiċċju fassal strateġija ġdida – “Lejn l-2024” – biex tiggwida l-mandat attwali tal-Ombudsman Ewropew. Din tibni fuq l-istrateġija ta’ suċċess “Lejn l-2019” li kellha l-għan li żżid l-impatt, il-viżibbiltà u r-rilevanza tal-uffiċċju.

L-istrateġija tiddeskrivi l-missjoni tal-Ombudsman bħala ħidma mal-istituzzjonijiet tal-UE biex tinħoloq amministrazzjoni aktar trasparenti, etika u effettiva.

Din tinnota l-kuntest li qed jinbidel li fih jopera l-Uffiċċju b’mod partikolari minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u kif sawwar il-fehim tal-pubbliku dwar x’jikkostittwixxi amministrazzjoni tajba.

Tiġbed l-attenzjoni għall-kwistjonijiet ta’ politika ewlenin li qed tiffaċċja l-UE – bħall-indirizzar tat-tibdil fil-klima, il-kriżi tal-migrazzjoni, u l-problemi tal-istat tad-dritt fl-UE – filwaqt li tinnota l-importanza li jinżammu standards etiċi għoljin fl-istituzzjonijiet tal-UE sabiex iċ-ċittadini jafdaw id-deċiżjonijiet u l-liġijiet li joħorġu fis-snin li ġejjin.

L-istrateġija għandha l-għan li tikseb erba’ objettivi:

  • Impatt pożittiv dejjiemi fuq l-amministrazzjoni tal-UE – il-prijoritajiet jinkludu l-iżvilupp ta’ segwitu aktar sistematiku u sostantiv tal-ħidma tal-Ombudsman, u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni u d-djalogi mal-istituzzjonijiet tal-UE.
  • Rilevanza kontinwa fil-ħajja reali tal-ħidma tal-Ombudsman – il-prijoritajiet jinkludu l-identifikazzjoni tax-xejriet sistemiċi fl-amministrazzjoni pubblika, fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, u l-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tagħhom għad-demokrazija Ewropea.
  • Żieda fis-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar il-ħidma tal-Ombudsman – il-prijoritajiet jinkludu l-iżvilupp ta’ approċċ parteċipattiv mal-partijiet ikkonċernati u l-multiplikaturi, bħalma huma l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-midja, in-negozji u organizzazzjonijiet oħra.
  • Tkompli tiżdied l-effiċjenza tal-ħidma tal-Uffiċċju – Il-prijoritajiet jinkludu l-istrutturar tal-uffiċċju, il-proċessi ta’ ħidma u ta’ sensibilizzazzjoni b’mod flessibbli u adattiv.

Se jiġu ppjanati u evalwati azzjonijiet konkreti biex jinkisbu l-objettivi fuq bażi annwali.

Aqra aktar dwar l-istrateġija tagħna

Tista’ tikkonsulta l-previous Strategy ‘Lejn l-2019’ tagħna: