# Oriġini tal-oġġetti fornuti fil-qafas tal-offerti tal-UE
- Awtur: Ombudsman Ewropew
- Data: 2012-06-19T00:00+02:00[Europe/Paris]
- [URL](https://www.ombudsman.europa.eu/mt/opening-summary/mt/11665)
---
Allegazzjoni(jiet)
------------------

1) Id-Delegazzjoni tal-UE għat-Turkija approvat l-attribuzzjoni żbaljata tal-Offerta lil Kumpanija li t-tagħmir offrut tagħha seta' kkawża dubji raġonevoli fir-rigward tal-oriġini tagħhom.

2) Id-Delegazzjoni tal-UE għat-Turkija naqset milli (i) tiċċara x'miżuri ħadet, qabel ma tat l-offerta, biex tikkuntrasta s-suspetti sostanzjati tal-ilmentatur dwar l-oriġini attwali tat-tagħmir fornut mill-kumpanija li rnexxiet u (ii) twieġeb għat-tħassib tal-ilmentatur rigward il-valur probatorju taċ-ċertifikati tal-oriġini.

Pretensjoni(jiet)
-----------------

Id-Delegazzjoni tal-UE għat-Turkija għandha tivverifika jekk it-tagħmir propost mill-offerent rebbieħ jissodisfax ir-regoli tal-oriġini applikabbli għall-Offerta. Meta tagħmel dan, jenħtieġ li ma tikkuntentax ruħha b'ċertifikat tal-oriġini, li ma jkunx prova affidabbli tal-post tal-oriġini attwali ta' prodott partikolari.