Int għandek ilment kontra istituzzjoni jew korp tal-UE?

Ksib pubbliku

Sejħiet għal offerti

B'konformità mar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, l-Ombudsman Ewropew huwa obbligat li joħroġ sejħiet għal offerti għall-akkwist ta' beni u servizzi.

F'din il-paġna, issib informazzjoni dwar sejħiet għall-offerti maħruġa mill-Ombudsman Ewropew, l-ippjanar ta' kuntratti ta' valur baxx, il-listi annwali ta' kuntratti, u l-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kuntratti kollha ta' valur baxx.

Appalti li l-valur tagħhom huwa ogħla minn EUR 15 000 u anqas minn EUR 144 000

Ir-Regolament Finanzjarju jirreferi għal kuntratti b'valur akbar minn EUR 15 000 u inqas minn EUR 144 000 bħala kuntratti ta' valur baxx. Għal dawk il-kuntratti, jistgħu jintbagħtu sejħiet għall-offerenti bħala parti minn proċedura ristretta, lil numru limitat ta' offerenti li urew l-interess tagħhom wara li ġew ikkuntattjati mill-Uffiċċju tal-Ombudsman. L-Uffiċċju tal-Ombudsman jista' jistieden ukoll lil fornituri oħra li esprimew interess fis-sejħa għall-offerti u li huma kkunsidrati adattati. Sabiex tali fornituri jkunu jistgħu jikkomunikaw l-interess tagħhom, l-informazzjoni dwar is-sejħa għall-offerti għal kuntratti ta' valur baxx tiġi ppubblikata sistematikament, f'ħin opportun, fis-sit tal-internet tal-Ombudsman.

L-informazzjoni li tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt tikkonċerna l-kuntratti ta’ valur baxx ippubblikati mill-Ombudsman Ewropew skont il-punt 3.1 tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju (ir-Regolament (UE) 2018/1046). 

Lista annwali ta' kuntratti

Din it-taqsima fiha lista ta' kuntratturi, skont is-sena, għal kuntratti b'valur ta' iktar minn EUR 15 000 u inqas minn EUR 144 000. Din il-lista tispeċifika s-suġġett u l-valur ta' kull kuntratt mogħti. Din it-taqsima hija pprovduta skont il-punt 3.3 a) tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju (ir-Regolament (UE) 2018/1046). 

Lista annwali ta’ kuntratti speċifiċi (jew formoli tal-ordni) ibbażati fuq kuntratt qafas

Din it-taqsima fiha lista, skont is-sena, ta’ kuntratti speċifiċi/ordnijiet ta’ xiri ffirmati mill-Ombudsman Ewropew abbażi ta’ kuntratti qafas skont il-punt 3.3 e) tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju (Regolament (UE) 2018/1046).

Kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kuntratti kollha ta' valur baxx

Il-kundizzjonijiet ġenerali segwenti japplikaw għall-kuntratti kollha ta' valur baxx li ffirma l-Ombudsman Ewropew:

Stqarrija ta’ Privatezza relatata mal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku

L-istqarrija ta’ privatezza li ġejja tapplika għall-kuntratti kollha konklużi mill-Ombudsman Ewropew: