# L-Ombudsman tistaqsi lill-Kummissjoni kif se tiżgura r-responsabbiltà tal-infiq tal-fond għall-irkupru - Awtur: Ombudsman Ewropew - Data: 2022-02-28T00:00+01:00[Europe/Paris] - [URL](https://www.ombudsman.europa.eu/mt/news-document/mt/152993) --- > L-Ombudsman talbet lill-Kummissjoni għal informazzjoni dwar kif biħsiebha tiżgura t-trasparenza u r-responsabbiltà fir-rigward tal-użu tal-fondi tal-UE maħsuba biex jgħinu lill-Istati Membri jirkupraw mill-pandemija. > Fl-ittra tagħha, l-Ombudsman tenfasizza l-importanza li tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli dwar is-self u l-għotjiet appoġġati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ta' EUR 700 biljun. B'mod partikolari, l-Ombudsman innotat li l-pubbliku għandu jiġi assigurat li l-Istati Membri jikkonformaw ma' kwalunkwe kundizzjoni marbuta mal-fondi tal-UE. L-ittra tistaqsi lill-Kummissjoni x'miżuri hemm fis-seħħ biex tiġi żgurata t-trasparenza fin-negozjati tal-pjanijiet nazzjonali, u kif se tiżgura l-iskrutinju pubbliku tal-istadji importanti milħuqa mill-Istati Membri. L-Ombudsman tistaqsi wkoll jekk il-Kummissjoni hijiex qed tippjana li tistabbilixxi sit web iddedikat li jelenka l-pjanijiet nazzjonali, u kif se tissorvelja l-mekkaniżmi tal-awditjar fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha twieġeb sal-24 ta' Mejju 2022. Bħala parti mill-ħidma ġenerali tiegħu f'dan il-qasam, l-Uffiċċju tal-Ombudsman, f'kooperazzjoni mal-OECD u bl-għajnuna tan-Network Ewropew tal-Ombudsmen, ippubblika dokument li jiddeskrivi ["prinċipji ta' prattika tajba" għat-trasparenza tal-gvern fl-użu tal-fondi ta' rkupru.](/mt/publication/mt/163019)