# Trilogi u tfassil trasparenti tal-liġijiet - Awtur: Ombudsman Ewropew - Data: 2015-09-07T14:01+02:00[Europe/Paris] - [URL](https://www.ombudsman.europa.eu/mt/event/mt/1001) --- - Data tal-bidu: 2015-09-28T10:00+02:00[Europe/Paris] - Data tat-tmiem: 2015-09-28T12:00+02:00[Europe/Paris] - Ospitant: European Ombudsman - Post: Brussell, Il-Belġju --- **Trilogi u tfassil trasparenti tal-liġijiet** Avveniment organizzat mill-Ombudsman Ewropew, Emily O'Reilly **28 ta' Settembru 2015, 10.00 -- 12.00** Parlament Ewropew, Brussell, kamra JAN 4Q1 L-Ombudsman Ewropew, Emily O'Reilly, bħalissa qed [tinvestiga l-kwistjoni tat-"trilogi"](/press/release.faces/en/59975/html.bookmark "Ombudsman opens investigation to promote transparency of \"trilogues\"") bil-ħsieb li tingħata spinta lit-tfassil trasparenti tal-liġijiet fl-UE. Mijiet ta' dawn in-negozjati informali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jsiru kull sena. Issa karatteristika stabbilita ta' kif l-UE tadotta l-liġijiet, it-trilogi huma fejn isiru l-ftehimiet li jaffettwaw liċ-ċittadini, lin-negozji u lill-organizzazzjonijiet tal-UE. Il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom obbligu tat-Trattat u interess li jilleġiżlaw bl-aktar mod miftuħ possibbli biex tinżamm il-fiduċja pubblika. X'inhu l-bilanċ it-tajjeb bejn l-"ispazju għan-negozjar" u trasparenza akbar? L-Ombudsman talbet lit-tliet istituzzjonijiet għal informazzjoni dwar il-politiki ta' trasparenza tagħhom fir-rigward tad-dokumenti tat-trilogu. Hija qed tistenna tweġiba fil-ħarifa. L-Ombudsman tixtieq tiffaċilita dibattitu dwar kif it-trilogi jistgħu jsiru aktar trasparenti u fejn jeħtieġ li jinżamm in-nuqqas ta' divulgazzjoni tad-dokumenti. ### Kelliema **Emily O'Reilly,** Ombudsman Ewropew **Malcolm Harbour,**eks President tal-Membri tal-PE u tal-Kumitat IMCO, Konsulent Anzjan fiċ-Ċentru tal-Politika Ewropea **Vicky Marissen,**PACT Affarijiet Ewropej **Jorgo Riss**, Greenpeace Europe **Alberto Alemanno,** Professur Jean Monnet tal-Liġi tal-UE, HEC Paris, Professur Kliniku Globali, Skola tal-Liġi NYU ### Moderatur **James Crisp**, EurActiv ### Filmat ### Twitter Ingħaqad mad-dibattitu twitter fit-trilogi [ta' #](https://twitter.com/hashtag/trilogues)