# Ittra lis-Sur Märt KIVINE Viċi Ministru għall-Baġit tal-UE, President fil-Kariga tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Awtur: Ombudsman Ewropew
- Data: 2017-09-21T00:00+02:00[Europe/Paris]
- [URL](https://www.ombudsman.europa.eu/mt/doc/correspondence/mt/83921)
- [PDF](https://www.ombudsman.europa.eu/pdf/mt/83921)
---
|----------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------|
| Is-Sur Märt KIVINE Viċi Ministru għall-Baġit tal-UE, President fil-Kariga tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 175, Rue de la Loi B- 1048 Brussell |

Strasburgu, 21/09/2017

**Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew fl-inkjesta 454/2014/PMC dwar il-prattika tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna li joffri traineeships mhux imħallsa fid-delegazzjonijiet tal-UE**

Għażiż Sur Kivine,

Fil-kuntest tal-inkjesta msemmija hawn fuq, li segwiet ilment lill-Uffiċċju tiegħi, kelli nivvaluta jekk huwiex xieraq li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) ma jħallasx lit-trainees tiegħu fid-Delegazzjonijiet tal-UE f'pajjiżi terzi.

Fi tmiem l-inkjesta, sibt li l-prattika tas-SEAE li ma jħallasx lit-trainees fid-Delegazzjonijiet tiegħu tammonta għal amministrazzjoni ħażina. Għalhekk irrakkomandajt lis-SEAE li jħallas lit-trainees kollha tiegħu, inklużi dawk fid-Delegazzjonijiet tal-UE, allowance xierqa. F'dan ir-rigward irreferejt għall-eżempju pożittiv tal-Parlament Ewropew li abolixxa t-traineeships mhux imħallsa fis-Segretarjat tiegħu.

Bi tweġiba għar-rakkomandazzjoni tiegħi, ir-Rappreżentant Għoli/il-Viċi President Mogherini infurmatni li talbet fondi mill-awtoritajiet baġitarji biex tħallas lit-trainees tas-SEAE fid-Delegazzjonijiet tal-UE.

Inqis ir-rispons tagħha bħala impenn serju biex jitħallsu t-trainees fid-Delegazzjonijiet tal-UE, soġġett għall-għoti tar-riżorsi baġitarji xierqa mill-awtoritajiet baġitarji.

Ninsab ċert li se taqbel li huwa importanti li l-uffiċċji rappreżentattivi tal-UE madwar id-dinja jiġu ffaċilitati biex juru l-impenn tagħhom li jagħmlu t-traineeships disponibbli fuq bażi ta' opportunitajiet indaqs, irrispettivament mill-isfond u r-riżorsi tal-familja.

Għalhekk, **nitlob b'rispett lill-awtoritajiet baġitarji biex jeżaminaw din il-kwistjoni bir-reqqa meta jaqblu dwar il-baġit tal-Unjoni Ewropea.** Ktibt ukoll lill-President tal-Kumitat għall-Baġits tal-Parlament Ewropew u lill-Kummissarju Ewropew responsabbli għall-Baġit f'dan ir-rigward.

Jekk jogħġbok sib mehmuża kopja tad-deċiżjoni tiegħi f'dan il-każ għall-informazzjoni tiegħek.

Dejjem tiegħek,

Emily O'Reilly

L-Ombudsman Ewropew