# Tweġiba ta’ segwitu mill-Ombudsman Ewropew fir-rigward tal-implimentazzjoni mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) tas-suġġeriment tagħha għal titjib dwar l-identifikazzjoni ta’ dokumenti fit-tweġibiet għat-talbiet għal aċċess pubbliku għad-dokumenti - Awtur: Ombudsman Ewropew - Data: 2025-12-01T00:00+01:00[Europe/Paris] - [URL](https://www.ombudsman.europa.eu/mt/doc/correspondence/mt/216377) --- Direttur Eżekuttiv tal-ENISA (Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) Għażiż Sur Lepassaar, Grazzi tal-ittra tal-24 ta' Novembru 2025 li twieġeb għas-suġġeriment għal titjib li għamilt fid-deċiżjoni tiegħi tas-27 ta' Awwissu 2025. Huwa inkoraġġanti li wieħed isir jaf li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) aġġornat il-politika interna tagħha dwar it-trattament tat-talbiet għal aċċess pubbliku għad-dokumenti biex tiżgura li dawk li jagħmlu t-talba jingħataw lista tad-dokumenti li l-ENISA tidentifika f'każijiet fejn ma jkun jista' jingħata l-ebda aċċess jew ikun jista' jingħata biss aċċess limitat ħafna. Nilqa' wkoll l-impenn tal-ENISA li tipprovdi lil dawk li jagħmlu t-talba f'każijiet bħal dawn b'informazzjoni utli biex jindirizzaw it-talba tagħhom għal aċċess. Inqis li dan huwa approċċ orjentat lejn is-servizz u favur iċ-ċittadini, li huwa ta' min ifaħħarh. Dejjem tiegħek, Teresa Anjinho Ombudsman Ewropew Strasburgu, 01/12/2025