# Ittra mill-Ombudsman Ewropew lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali dwar l-inkjesta fuq inizjattiva proprja tiegħu OI/5/2012/BEH-MHZ. - Awtur: Ombudsman Ewropew - Data: 2013-11-14T00:01+01:00[Europe/Paris] - [URL](https://www.ombudsman.europa.eu/mt/doc/correspondence/mt/12061) - [PDF](https://www.ombudsman.europa.eu/pdf/mt/12061) --- |-------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------| | Morten Kjærum Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali Schwarzenbergplatz 11, 1040 WIEN AUTRICHE | Strasburgu, 18/06/2012 Inkjesta fuq inizjattiva proprja OI/5/2012/BEH-MHZ dwar l-implimentazzjoni mill-Frontex tal-obbligi tagħha dwar id-drittijiet fundamentali Għażiż Sur Kjærum, Fis-6 ta' Marzu 2012, iddeċidejt li niftaħ l-inkjesta fuq inizjattiva proprja msemmija hawn fuq u tlabt lill-Frontex tippreżenta opinjoni dwar għadd ta' mistoqsijiet speċifiċi. Fid-29 ta' Mejju 2012, irċevejt l-opinjoni tal-Frontex. Fid-dawl tal-interess li din l-inkjesta qajmet min-naħa tal-membri tas-soċjetà ċivili, wasalt għall-konklużjoni li jkun kemm xieraq kif ukoll utli li l-opinjoni tal-Frontex issir disponibbli fuq is-sit web tiegħi u li l-partijiet interessati jiġu mistiedna jissottomettu osservazzjonijiet. Iddeċidejt ukoll li nġib l-opinjoni tal-Frontex għall-attenzjoni tal-ombudsmen nazzjonali li huma membri tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen. Fid-dawl tas-suġġett tal-inkjesta tiegħi u l-mandat speċjalizzat tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, iddeċidejt li nibgħatlek l-opinjoni tal-Frontex. Nixtieq nistiednek tissottometti kwalunkwe kumment dwar l-opinjoni tal-Frontex li tixtieq tagħmel. Napprezza jekk il-kummenti tiegħek, jekk ikun hemm, jaslu fl-uffiċċju tiegħi sat-30 ta' Settembru 2012. Jekk is-servizzi tiegħek jeħtieġu aktar informazzjoni dwar din l-inkjesta fuq inizjattiva proprja, jekk jogħġbok toqgħodx lura milli tikkuntattja lis-Sinjura Marta Hirsch-Ziembinska (+33 388 17 27 46) jew lis-Sur Bernhard Hofstötter (+33 388 17 81 05), l-uffiċjali legali responsabbli għal dan il-każ. Jekk jogħġbok sib mehmuża kopja tal-opinjoni tal-Frontex u l-ittra tal-ftuħ tiegħi lill-Frontex. Dejjem tiegħek, P. Nikiforos Diamandouros Għeluq: * Kopja tal-ittra tal-ftuħ bid-data tas-6 ta' Marzu 2012 * Kopja tal-opinjoni tal-Frontex tas-17 ta' Mejju 2012