- Ġib il-link qasira ta’ din il-paġna
- Aqsam din il-paġna fuqTwitterFacebookLinkedin
Ir-Rapport Annwali tal-2016
Rapport Annwali - Data It-Tlieta | 16 Mejju 2017

Introduzzjoni
Huwa l-pjaċir tiegħi li nippreżenta r-Rapport Annwali tagħna għall-2016.
Kienet sena turbulenti għall-Unjoni Ewropea (UE) u l-isfidi se jkomplu. Il-kriżi tal-qgħad, il-kriżi kontinwa tal-migrazzjoni, d-deċiżjoni tar-Renju Unit li toħroġ mill-Unjoni, u t-tħassib dwar l-impatt tal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti fuq l-Ewropa jġiegħluna lkoll naħdmu iktar bis-saħħa biex nagħmlu l-istituzzjonijiet Ewropej kemm jista’ jkun sensittivi u solidali lejn iċ-ċittadini li nservu.
Din is-sena reġgħet uriet kif ix-xogħol ta’ ombudsman jista’ jħalli effett pożittiv tul iż-żmien fuq il-kwalità tal-amministrazzjoni tal-UE, f’konformità mal-istrateġija tiegħi li nżid l-impatt, ir-rilevanza u l-viżibbiltà ta’ dan l-uffiċċju.
Permezz ta’ inkjesti strateġiċi proattivi, l-uffiċċju tiegħi kien f’pożizzjoni li jgħin biex jiżdied l-istandard tat-trasparenza u dak amministrattiv li kienu diġà għoljin tal-korpi pubbliċi tal-UE. Aħna ħdimna mal-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew dwar ir-rieżami tal-gruppi tal-esperti li jagħtu pariri lill-Kummissjoni dwar il-politika. Aħna trattajna mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker dwar l-etika tal-eks-Kummissarji, u mal-President tal-Grupp tal-Euro, Jeroen Dijsselbloem dwar it-trasparenza tal-Grupp tal-Euro. Aħna għamilna wkoll rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjoni tal-pestiċidji u lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament dwar kif tista’ tittejjeb it-trasparenza tat-trilogi.
Fl-aħħar tas-sena, nedejna l-Premju għal Amministrazzjoni Tajba biex nirrikonoxxu l-eċċellenza fl-amministrazzjoni pubblika tal-UE u x-xogħol iddedikat ta’ ħafna impjegati taċ-ċivil Ewropej li qed jaħdmu biex itejbu ħajjet iċ-ċittadini Ewropej.
Ix-xogħol prinċipali tiegħi jibqa’ li ngħin lill-individwi meta jiltaqgħu ma’ problemi bl-amministrazzjoni pubblika tal-UE u t-tħassib tagħhom jifforma l-maġġoranza kbira tal-mijiet ta’ lmenti li nindirizzaw kull sena.
Fl-2016, aħna organizzajna wkoll il-konferenza tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen fi Brussell, li bniet fuq il-kooperazzjoni tagħna li kellha suċċess inkluż il-migrazzjoni, il-lobbjar favur it-trasparenza u l-istat tad-dritt. Il-Kummissjoni Ewropea impenjat ruħha wkoll li taħdem b’mod iktar effettiv man-Netwerk.
Jiena nħares ’il quddiem lejn sena mimlija sfidi u li naħdem mal-amministrazzjoni tal-UE biex tgħin ħalli jinstabu soluzzjonijiet għall-problemi li jaffaċċjaw iċ-ċittadini tal-UE. B’mod partikolari, inħares ’il quddiem biex inkompli l-impenn eċċellenti u kollaborattiv tiegħi mal-Parlament Ewropew. L-appoġġ tiegħu kien, u jibqa’ jkun, vitali biex naqdi l-mandat tiegħi b’mod effettiv għan-nom taċ-ċittadini li nservu b’mod konġunt.
Emily O’Reilly
Kapitolu 1 - Daqqa t’għajn lejn l-2016
Is-sena 2016 kienet sena mimlija avvenimenti. Hawnhekk hawn xi wħud mill-punti ewlenin:
Kapitolu 2 - Suġġetti ewlenin
L-Ombudsman Ewropew tgħin liċ-ċittadini meta jkollhom xi kwistjoni mal-istutuzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-UE. Problemi li jinqalgħu jvarjaw minn kwistjonijiet kuntrattwali sa ksur tad-drittijiet fundamentali sa nuqqas ta’ trasparenza fit-teħid ta’ deċiżjonijiet jew rifjut għal aċċess ta’ dokumenti. Fl-2016, l-investigazzjonijiet relatati mat-trasparenza reġgħu ammontaw għall-ikbar proporzjon ta’ każijiet.
2.1 Trasparenza fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE
F’Lulju, l-Ombudsman ippubblikat proposti biex isiru trilogi — negozjati informali dwar il-proposti leġiżlattivi tal-UE bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-UE fil-preżenza tal-Kummissjoni — iktar trasparenti. Dawn inkludew li jsiru disponibbli d-dati tal-laqgħat tat-trilogi u l-aġendi fil-qosor; il-pożizzjonijiet taż-żewġ koleġiżlaturi dwar il-proposta tal-Kummissjoni; u l-ismijiet ta’ min jieħu d-deċiżjonijiet li jattendu għal-laqgħat tat-trilogi. Hi rrakkomandat li d-dokumenti li jżommu rendikont tal-istadji ewlenin tal-proċess jenħtieġ li jiġu ppubblikati mill-iktar fis wara li jintemmu n-negozjati. L-Ombudsman spezzjonat il-fajls tat-trilogi ta’ żewġ liġijiet tal-UE (id-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju u r-Regolament dwar il-Provi Kliniċi) u għamlet konsultazzjoni pubblika, u rċeviet 51 tweġiba inkluż ħamsa mill-parlamenti nazzjonali. F’Diċembru l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni rrispondew għall-proposti tal-Ombudsma,, u qablu b’mod ġenerali mal-argumenti tal-Ombudsman favur iktar trasparenza. Fit-tweġibiet, l-istituzzjonijiet jissottolinjaw is-segwitu inizjali tagħhom, li jinkludi diskussjonijiet bejniethom dwar l-implimentazzjoni tal-proposti. #1
How transparency can be improved in the way EU laws are negotiated and agreed https://t.co/uRjBUZmmV1 pic.twitter.com/LZRTA6tORF
— LSE EUROPP blog (@LSEEuroppblog) 18 aout 2016
F’Mejju, l-Ombudsman fetħet investigazzjoni strateġika dwar kif il-Kummissjoni Ewropea tagħmel il-valutazzjonijiet dwar il-kunflitt ta’ interess għall-konsulenti speċjali tagħha. Dawn il-konsulenti jipprovdu input espert fuq talba direttament lill-Kummissarji. L-għan tal-investigazzjoni, miftuħa wara lmenti individwali, huwa li tiżgura li r-regoli huma robusti biżżejjed biex tiġi evitata influwenza mhux xierqa fuq it-tfassil tal-politika. F’ittra lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, l-Ombudsman issuġġeriet li kemm il-mandat tal-konsulent kif ukoll l-attivitajiet barranin tiegħu, ikunu ċari qabel ma jinħatar il-konsulent u li l-valutazzjoni tal-kunflitt ta’ interess tiġi aġġornata jekk l-attività barranija tagħhom tinbidel. #2
@EUombudsman now started wider inquiry into appointment process for special advisers. (Often work for private sector clients as well as EU).
— Nick Beake (@Beaking_News) 30 mai 2016
Fl-2015 u l-2016, il-persuni li jiġġestixxu l-każijiet tal-Ombudsman spezzjonaw il-fajls li jikkonċernaw il-konsulenti speċjali.
Fl-2015 u l-2016, il-persuni li jiġġestixxu l-każijiet tal-Ombudsman spezzjonaw il-fajls li jikkonċernaw il-konsulenti speċjali. Ir-rapport tal-ispezzjoni wera titjib sinifikanti f’ċerti oqsma fl-2016, fatt rikonoxxut f’ittra mill-Ombudsman lill-President Juncker. Fl-2017, l-Ombudsman se tkompli tiffoka fuq aktar titjib possibbli fl-oqsma li ġejjin: kif tiġi organizzata l-proċedura biex jiġu maħtura l-konsulenti speċjali; il-valutazzjoni tal-kunflitt ta’ interess mill-Kummissjoni qabel il-ħatra; l-obbligu li jiġu ddikjarati attivitajiet ġodda wara l-ħatra; u l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti u l-informazzjoni.
Il-programm pilota tal-Kummissjoni, skont liema hija tfittex li tiżgura li l-Istati Membri japplikaw il-liġijiet tal-UE b’mod xieraq mingħajr ma jirrikorru għal proċedura ta’ ksur, huwa s-suġġett ta’ investigazzjoni strateġika li bdiet f’Mejju. L-Ombudsman iddeċidiet li tħares lejn il-proċess wara li investigat numru ta’ lmenti. L-Ombudsman staqsiet lill-Kummissjoni dwar kif taħdem il-proċedura, inkluż ir-raġunijiet għad-dewmien; kif tikkomunika mal-ilmentaturi dwar il-ftuħ u l-għeluq ta’ proċedura pilota u x’tagħmel il-Kummissjoni meta Stat Membru, b’mod ripetut, idum biex iwieġeb jew ma jagħtix biżżejjed informazzjoni. Lejn l-aħħar tal-2016, l-Ombudsman għamlet iktar spezzjoni ta’ fajls biex ikollha idea usa’ dwar kif il-proċedura taħdem fil-prattika. L-investigazzjoni tkompli fl-2017.
Każ partikolari li juri l-importanza ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod trasparenti, ikkonċerna l-proċess biex jiġu awtorizzati l-pestiċidi għas-suq Ewropew. B’mod speċifiku, dan ikkonċerna l-prattika tal-Kummissjoni biex tapprova l-użu sigur ta’ sustanza attiva qabel ma tikseb id-data neċessarja kollha biex tappoġġja dik id-deċiżjoni (magħrufa bħala l-proċedura ta’ data konfermatorja). L-Ombudsman talbet lill-Kummissjoni biex tirrapporta lura fl-2018 u turi li l-proċedura qed tintuża b’mod ristrett, li hemm sorveljanza mtejba tal-użu tal-pestiċidi mill-Istati Membri, u li l-valutazzjonijiet li baqa’ tal-għaxar sustanzi enfasizzati mill-ilmentatur ikunu saru. #1
Każ ieħor ikkonċerna d-dewmien mill-Kummissjoni fl-awtorizzazzjoni ta’ 20 applikazzjoni għal ikel u għalf ġenetikament modifikati. Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ttrattat l-20 applikazzjoni inkwistjoni. Madankollu, l-Ombudsman ikkonkludiet li d-dewmien ma kienx iġġustifikat u ssuġġeriet li jekk il-Kummissjoni kkunsidrat l-għażla taż-żmien għat-teħid ta’ deċiżjoni fir-rigward ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikati bħala inadegwata, hija jenħtieġ li tittratta l-kwistjoni fir-rieżami tagħha dwar kif jittieħdu tali deċiżjonijiet.
2.2 It-trasparenza fil-lobbjar
L-Ombudsman investigat ukoll it-trasparenza tal-lobbjar tal-UE u l-materji relatati. Il-bilanċ tal-interessi rrappreżentat fil-mijiet ta’ gruppi ta’ esperti li jagħtu pariri lill-Kummissjoni dwar il-politika u l-leġiżlazzjoni sar investigazzjoni strateġika kbira. Kmieni fl-2016, l-Ombudsman talbet lill-Kummissjoni biex tieħu serje ta’ passi favur it-trasparenza fil-grupp ta’ esperti, inkluża l-pubblikazzjoni ta’ minuti komprensivi tal-laqgħat tagħhom. F’din il-kwistjoni, il-Parlament kien attiv ħafna wkoll. F’Mejju, il-Kummissjoni wieġbet li hija kellha l-ħsieb li tagħmel diversi bidliet fis-sistema, inkluża l-pubblikazzjoni tal-aġendi u l-minuti sinifikanti; it-titjib tal-ġestjoni tal-kunflitt ta’ interess fir-rigward ta’ individwi maħtura fil-kapaċità personali tagħhom; u li s-sħubija fil-grupp ta’ esperti tkun marbuta mal-obbligu li wieħed ikun fuq ir-Reġistru ta’ Trasparenza tal-UE. Fl-2017, l-Ombudsman se tispezzjona l-minuti tal-laqgħat u dokumenti relevanti oħra, qabel ma tasal għall-konklużjonijiet finali tagħha dwar it-tweġiba tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tagħha. #3
Another step forward in changing the way 'Brussels' works. New expert group rules adopted: https://t.co/mNzlrUTEVf pic.twitter.com/jZALKySOzP
— Frans Timmermans (@TimmermansEU) 30 mai 2016
Wara li ħeġġet lill-Parlament, il-Kummissjoni rrevediet ir-Reġistru ta’ Trasparenza tal-UE fl-2016. L-Ombudsman kitbet lill-President Juncker b’suġġerimenti għal titjib fir-Reġistru billi dan isir hub ċentrali tat-trasparenza għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE. Hija appellat ukoll li jkun hemm trasparenza sħiħa fl-iffinanzjar għall-gruppi ta’ lobbjar kollha, titjib fl-eżattezza tad-data u monitoraġġ iktar strett. Hija appellat ukoll għal ftehim interistituzzjonali finali dwar ir-Reġistru biex jagħmel referenza għad-dritt tal-ilment mal-Ombudsman. Issa, ir-Reġistru rivedut qed jiġi nnegozjat bejn il-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill. #4
How to improve the EU #TransparencyRegister? @EUombudsman makes some pertinent suggestions. https://t.co/j5T0a6vaaY pic.twitter.com/piXFt9v76G
— Erik Wesselius (@erikwesselius) 30 mai 2016
Filwaqt li rrikonoxxiet li l-uffiċjali f’istituzzjonijiet pubbliċi fil-livell tal-UE u nazzjonali jistgħu jilqgħu l-pariri dwar kif jevitaw influwenza irregolari minn gruppi ta’ interess, l-Ombudsman fasslet xi linji gwida prattiċi. Il-lista ta’ dak li wieħed għandu jew m’għandux jagħmel ġiet ippubblikata f’forma ta’ abbozz fl-aħħar tas-sena b’sejħa għal feedback pubbliku. Il-parir lill-uffiċjali inkluda r-rappurtar minnhom ta’ prattiki ta’ lobbjar inaċċettabbli u li ma jagħmlux laqgħat barra mill-ħinijiet tal-uffiċċju, apparti minn dawk fil-bini uffiċjali, jew mingħajr il-preżenza ta’ kollega ieħor.
F’deċiżjoni lejn l-aħħar tal-2016, l-Ombudsman innotat id-diżapprovazzjoni qawwija tagħha tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni rigward it-trasparenza tal-laqgħat tagħha mal-lobbisti tat-tabakk.
F’deċiżjoni lejn l-aħħar tal-2016, l-Ombudsman innotat id-diżapprovazzjoni qawwija tagħha tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni rigward it-trasparenza tal-laqgħat tagħha mal-lobbisti tat-tabakk. Fil-Ħarifa tal-2015, l-Ombudsman kienet talbet lill-Kummissjoni biex b’mod proattiv tippubblika online il-laqgħat kollha mal-lobbisti tat-tabakk, jew mar-rappreżentanti legali tagħhom, kif ukoll il-minuti ta’ dawk il-laqgħat, biex l-istituzzjoni tinġieb konformi mal-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk (FCTC). Il-prattika rrakkomandata mill-Ombudsman diġà kienet qed tiġi segwita mid-Direttorat-Ġenerali (DĠ) għas-Saħħa tal-Kummissjoni. Kmieni fl-2016, il-Kummissjoni rrispondiet li hija kienet temmen li diġà kienet konformi mal-FCTC u li ma kellhiex għalfejn tadotta l-prattika tad-DĠ Saħħa. L-Ombudsman għalqet il-każ b’sejba ta’ amministrazzjoni ħażina, u nnotat li l-Kummissjoni ma kienet ipprovdiet l-ebda raġuni tajba biex tirrifjuta li tieħu l-passi proposti mill-uffiċċju tagħha. #5
Congratulations European Ombdusman. Compliance with the WHO FCTC is essential. @FCTCofficial https://t.co/QRygz3qHlZ
— Vera daCosta e Silva (@vera_dacosta) 26 avril 2016
Kif titjieb it-trasparenza fil-lobbjar tat-tabakk kienet it-tema tal-avveniment strateġiku tal-rebbiegħa tal-Ombudsman. Fost il-kelliema tas-seminar kien hemm il-Kummissarju tal-UE għas-Saħħa, ir-rappreżentant tad-WHO għall-UE; u s-soċjetà ċivili. L-avveniment eżamina kif id-DĠ Saħħa jimplimenta l-FCTC u ddiskuta l-importanza tal-Kummissjoni kollha li timplimenta l-istess miżuri. L-Ombudsman appellat lill-istituzzjonijiet tal-UE kollha biex jimplimentaw il-Konvenzjoni b’mod sħiħ skont il-linji gwida tagħha. #1
Fis-27 ta’ April, l-Ombudsman organizzat avveniment dwar kif l-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jkunu konformi mal-obbligi ta’ trasparenza tagħhom skont ir-regoli u l-linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tan-NU li jirregolaw il-lobbjar dwar it-tabakk.
2.3 Trasparenza fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi u finanzjarji
It-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar materji ekonomiċi u finanzjarji huwa ta’ interess pubbliku sinifikanti. L-uffiċċju tal-Ombudsman ittratta lmenti individwali f’dan il-qasam u xi drabi l-Ombudsman tikkunsidra wkoll li jkun iktar utli li jiġu indikati kwistjonijiet ta’ tħassib jew titlob iktar informazzjoni bħala parti minn “inizjattiva strateġika”. Hija faħħret lil Jeroen Dijsselbloem, President tal-Grupp tal-Euro, għall-miżuri proattivi tiegħu biex il-korp isir iktar trasparenti — bħal pereżempju billi jippubblika aġenda ddettaljata u ittra ta’ sinteżi tal-laqgħat tiegħu — u talbet iktar kjarifiki dwar il-proposti tiegħu. Is-Sur Dijsselbloem irrisponda li minn mindu ġie introdott ir-reġim ta’ trasparenza, il-Grupp tal-Euro għamel numru ta’ dokumenti disponibbli, inkluż materjal użat biex jiġu ppreparati d-diskussjonijiet tal-Grupp tal-Euro. Is-Sur Dijsselbloem qal ukoll, li l-korp impenja ruħu biex iżid it-trasparenza tad-deliberazzjonijiet politiċi tiegħu u li l-punti mqajma mill-Ombudsman jikkontribwixxu għar-riflessjonijiet ulterjuri tiegħu.
Ir-rappreżentanti tal-uffiċċju tal-Ombudsman iltaqgħu ma’ Danièle Nouy, President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), biex jiddiskutu t-trasparenza tal-Proċess ta’ Reviżjoni u Evalwazzjoni Superviżorji (SREP) — li bih huma vvalutati l-banek taż-Żona tal-Euro skont is-saħħa finanzjarja tajba tagħhom. L-Ombudsman segwit b’ittra lis-Sinjorina Nouy, fejn innotat li l-BĊE x’aktarx kien qed jantiċipa — jekk mhux diġà kien qed jesperjenza — numru dejjem ikbar ta’ talbiet għall-aċċess tad-dokumenti mill-pubbliku fiż-żona tas-superviżjoni bankarja. L-Ombudsman issuġġeriet li l-BĊE jista’ jeżamina l-iskop tiegħu li jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku partijiet mill-manwal għas-superviżjoni tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku. Barra minn hekk, l-Ombudsman issuġġeriet li l-ittri individwali tal-SREP li jinħarġu għal entitajiet sorveljati jistgħu jkunu ppubblikati wara li jkun għadda biżżejjed żmien. Is-Sinjorina Nouy irrispondiet li l-ittra tal-Ombudsman tkun kondiviża mal-Bord Superviżorju u enfasizzat li fir-rigward tal-SREP, il-Bank, minbarra li jippubblika ktejjeb li jiddeskrivi l-metodoloġija tal-SSM SREP, kien organizza wkoll workshops iddedikati mal-industrija bankarja. #6 #7
Letter from the European Ombudsman to the ECB on the Supervisory Review and Evaluation Process https://t.co/G6RbWRAipl via @EUombudsman
— Gide Brussels (@GideBrussels) 10 octobre 2016
Very good recommendation! https://t.co/KpZSjQGv19
— Bruno Nicostrate (@BNicostrate) 25 fevrier 2016
Il-BEI, kif mitlub mill-Ombudsman, ippubblika wkoll il-ftehim tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) iffirmat mill-BEI u l-Kummissjoni fuq is-sit web tiegħu.
Fi Frar, l-Ombudsman issuġġeriet lill-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) Werner Hoyer li l-minuti tal-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi kemm għall-BEI kif ukoll għall-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) jiġu ppubblikati b’mod proattiv. Fi tweġiba milqugħa mill-Ombudsman, il-President Hoyer innota li l-bank kien qabel li jieħu dawn il-miżuri favur it-trasparenza. Il-BEI, kif mitlub mill-Ombudsman, ippubblika wkoll il-ftehim tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) iffirmat mill-BEI u l-Kummissjoni fuq is-sit web tiegħu. Barra minn hekk, il-BEI qiegħed jaġġorna b’mod progressiv ir-reġistru pubbliku tiegħu — bażi ta’ data elettronika marbuta mal-proġetti li jiffinanzja l-bank — billi jippubblika iktar informazzjoni relatata ma’ kwistjonijiet ambjentali u soċjali.
Aktar tard matul is-sena, l-Ombudsman issuġġeriet li l-BEI jibdel ir-regoli etiċi interni tiegħu biex il-membri tal-Bord tad-Diretturi tiegħu jkunu meħtieġa jitolbu awtorizzazzjoni mill-Kumitat tal-Etika u l-Konformità qabel jassumu attività ġdida. Hija investigat ukoll dwar il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-BEI għall-membri tal-Bord, u nnotat li dan ma jipprevidix l-obbligu li jiddikjaraw interess jew jiddivulgaw interess finanzjarju, kif inhi l-prattika għal istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra.
F’ittra lill-President Juncker, l-Ombudsman staqsiet dwar ir-reġim għall-pubblikazzjoni ta’ dokumenti relatati max-xogħol tal-Bord Fiskali Ewropew, korp ġdid stabbilit biex jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar materji fiskali. Il-Kummissjoni wieġbet li d-dokumenti tal-Bord ikunu soġġetti għar-regoli tal-UE dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti (Regolament (KE) Nru 1049/2001).
2.4 Aċċess għal dokumenti tal-UE
Kull sena, l-Ombudsman tirċievi ħafna lmenti minn individwi jew organizzazzjonijiet dwar in-nuqqas tal-amministrazzjoni tal-UE li tipprovdi aċċess pubbliku għad-dokumenti. F’dawn il-każijiet, l-Ombudsman tistenna li tara jekk l-istituzzjoni hijiex ġustifikata meta ma tirrilaxxax id-dokument. Jekk l-Ombudsman tara li mhijiex ġustifikata, hija tfittex ir-rilaxx tad-dokument mitlub.
Eżempju ta’ każ bħal dan ikkonċerna talba għal aċċess pubbliku għall-opinjonijiet li jivvalutaw l-idoneità ta’ kandidati biex ikunu Mħallfin u Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali tal-UE. Il-Kunsill irrifjuta l-aċċess għall-opinjonijiet — imfassla minn grupp ta’ esperti — billi argumenta li r-regoli tal-UE dwar l-aċċess għad-dokumenti (Regolament (KE) Nru 1049/2001) ma kinux japplikaw f’dan il-każ.
L-Ombudsman ħeġġet lill-Kunsill biex kwalunkwe talba futura għal aċċess pubbliku għal dokumenti bħal dawn tiġi indirizzata b’dan l-approċċ.
Wara l-intervent tal-Ombudsman, il-Kunsill ħabbar li kien iddeċieda li japplika r-Regolament (KE) Nru 1049/2001. L-Ombudsman laqgħet il-bidla fil-politika tal-Kunsill, u nnotat li dan il-każ qajjem il-kwistjoni importanti ta’ kif jinstab il-bilanċ tajjeb bejn il-ħtieġa li tiġi mħarsa d-data personali ta’ dawk li qed jiġu vvalutati għal uffiċċju pubbliku għoli mal-ħtieġa li tiġi żgurata l-akbar trasparenza fil-proċess tal-ħatra. Hija nnotat li f’tali każijiet, ġeneralment il-bilanċ jenħtieġ li jkun favur ta’ iktar ftuħ. L-Ombudsman ħeġġet lill-Kunsill biex kwalunkwe talba futura għal aċċess pubbliku għal dokumenti bħal dawn tiġi indirizzata b’dan l-approċċ.
Każ ieħor kien jikkonċerna r-rifjut tal-Kummissjoni li tagħti aċċess pubbliku għad-dokumenti relatati mal-investigazzjoni tagħha ta’ konsenja allegatament illegali ta’ tonn ħaj lejn Malta. Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman li jingħata aċċess għad-dokumenti li kienet fasslet il-Kummissjoni. Filwaqt li matul l-investigazzjoni rrifjutat li tiddivulga dawk id-dokumenti li Malta bagħtet lill-Kummissjoni, iktar tard hija ħadet deċiżjoni li ssegwi r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman li tirrilaxxa d-dokumenti mibgħuta minn Malta. Issa Malta ħadet lill-Kummissjoni l-qorti tal-UE biex tipprova twaqqaf lill-Kummissjoni milli tirrilaxxa d-dokumenti.
F’każ li jirrigwarda s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), l-ilmentatur, NGO Żvediża, ried aċċess għall-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni bejn l-UE u Kuba. Is-SEAE rrifjuta, u argumenta li f’dak l-istadju, il-Ftehim kien għadu proviżorju. L-ilmentatur irrikorra għand l-Ombudsman, u nnota li l-Ftehim kien diġà nbeda. Fil-kors tal-investigazzjoni, is-SEAE rrilaxxa d-dokument wara li l-Kummissjoni kienet adottat il-Ftehim.
Xi drabi, l-istituzzjonijiet bidlu l-approċċ tagħhom lejn talba partikolari għal aċċess għal dokument. Dan kien il-każ f’ilment dwar ir-rifjut tal-Kummissjoni biex tagħti aċċess pubbliku għad-dokumenti li jikkonċernaw is-sorveljanza tal-Internet mis-servizzi tal-intelliġenza tar-Renju Unit. Wara l-intervent tal-Ombudsman, il-Kummissjoni ddivulgat dokument wieħed, ittra mis-Segretarju għall-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit, iżda mhux żewġ ittri mill-Viċi President tal-Kummissjoni. Dan wassal lill-Ombudsman biex issib amministrazzjoni ħażina. Madankollu, f’Ottubru 2016, sena wara d-deċiżjoni tal-Ombudsman, il-Kummissjoni rrilaxxat id-dokumenti kkonċernati.
2.5 Kwistjonijiet etiċi
B’paragun, l-amministrazzjoni tal-UE għandha standards etiċi għoljin. Madankollu, biex iċ-ċittadini jkollhom iktar fiduċja fl-UE, iridu jkunu żguri li kemm il-politiċi kif ukoll il-persunal tal-UE qed jaħdmu biss fl-interess pubbliku. Ir-regoli fis-seħħ iridu jiżguraw li l-Kummissarji, kemm waqt it-terminu tal-mandat tagħhom kif ukoll wara, ma jpoġġux dan f’dubju. It-tħassib dwar ix-xogħol li għamlu l-eks-Kummissarji deher fix-xogħol tal-Ombudsman fl-2016.
F’deċiżjoni f’Ġunju, l-Ombudsman sabet amministrazzjoni ħażina billi l-Kummissjoni 2009–2014 kienet naqset milli tittratta b’mod xieraq il-ksur tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Kummissarji minn eks-Kummissarju; u ma investigatx sewwa l-kompatibilità tal-kuntratt ta’ xogħol tal-Kummissarju fis-settur privat mal-obbligi tat-Trattat tal-UE, minkejja tħassib imqajjem mill-Kumitat tal-Etika li jittratta dawn il-materji. L-Ombudsman appellat għal reviżjoni tal-Kodiċi ta’ Kondotta biex ir-regoli tiegħu jsiru iktar espliċiti u iktar faċli biex jiġu implimentati u biex jinkludu sanzjonijiet għall-ksur tal-Kodiċi.
Il-merti li jiġi rriformat il-Kodiċi tpoġġew għad-diskussjoni darb’oħra meta eks-President tal-Kummissjoni ħa pożizzjoni bħala President mhux eżekuttiv fil-bank Goldman Sachs. Il-Kummissjoni ddikjarat li huwa ma kienx kiser il-Kodiċi, li jistipula perjodu ta’ preklużjoni ta’ 18-il xahar, iżda l-Ombudsman innotat li skont it-Trattat tal-UE, xi pożizzjonijiet jistgħu jibqgħu jkunu problematiċi anki wara li jkun skada l-perjodu ta’ notifika ta’ 18-il xahar. F’ittra lill-President Juncker, l-Ombudsman talbet lill-Kummissjoni biex tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat tal-Etika tal-Kummissjoni u biex tirrieżamina l-Kodiċi ta’ Kondotta. Il-President Juncker irrisponda li huwa kien qiegħed ipoġġi l-materja quddiem il-Kumitat tal-Etika Ad Hoc. Dan il-Kumitat ikkonkluda li filwaqt li l-eks-President ma weriex ”il-ġudizzju rispettuż li wieħed jistenna minn xi ħadd li kellu l-pożizzjoni għolja li okkupa għal ħafna snin”, ma “kienx hemm raġunijiet biżżejjed biex jiġi stabbilit ksur tal-kompitu ta’ integrità u diskrezzjoni, imposti bl-Artikolu 245(2) tat-TFUE [It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea]”. #8
.@EUombudsman:la Comisión debería revisar el código de conducta de los ex comisarios ?https://t.co/haLzUJrShY pic.twitter.com/gsmljSeODn
— Parlamento Europeo (@Europarl_ES) 12 juillet 2016
Madankollu, il-President Juncker ippropona li jissikka l-Kodiċi billi jestendi l-perjodu ta’ preklużjoni għal sentejn għall-eks-Kummissarji u għal tliet snin għall-eks-Presidenti tal-Kummissjoni.
Madankollu, il-President Juncker ippropona li jissikka l-Kodiċi billi jestendi l-perjodu ta’ preklużjoni għal sentejn għall-eks-Kummissarji u għal tliet snin għall-eks-Presidenti tal-Kummissjoni. L-Ombudsman laqgħet il-proposta iżda tenniet it-twiddiba preċedenti li ż-żmien estiż mhux dejjem se jkun garanzija biżżejjed li l-Artikolu 245 ġie rispettat.
Jeħtieġ li jiġu applikati regoli etiċi robusti mal-istituzzjoni kollha u mhux biss għar-rappreżentanti politiċi tagħha. F’Settembru, l-Ombudsman għalqet l-investigazzjoni tagħha dwar kif il-Kummissjoni timplimenta r-regoli għall-persunal tal-UE li jirregolaw l-hekk imsejjaħ fenomenu tar-”revolving door” (bieb idur). Il-Kummissjoni diġà kienet ħadet passi pożittivi b’reazzjoni għas-suġġerimenti tal-Ombudsman. Meta għalqet l-investigazzjoni, l-Ombudsman ipproponiet xi passi oħra. Hija appellat lill-Kummissjoni biex tippubblika iktar dettalji, b’mod partikolari dwar il-valutazzjonijiet u l-konklużjonijiet tagħha meta tapprova talbiet minn uffiċjali għolja biex jaħdmu barra mill-Kummissjoni. Hija ssuġġeriet ukoll li dawk li jivvalutaw l-applikazzjonijiet ta’ persunal li jkun se jħalli s-servizz, jenħtieġ li ma jkollhomx rabtiet professjonali mal-persuna kkonċernata. L-Ombudsman se ssegwi din il-kwistjoni b’investigazzjoni strateġika biex tivvaluta kif jaħdmu r-regoli fil-prattika.
2.6 L-aġenziji tal-UE u korpi oħra
L-aġenziji tal-UE — li jittrattaw diversi kwistjonijiet li jvarjaw mid-drittijiet fundamentali għas-sigurtà u l-effikaċja tal-mediċini, il-ħarsien tal-ambjent, ir-riskji għas-saħħa u għall-ambjent ikkawżati minn sustanzi kimiċi u s-sigurtà tal-avjazzjoni — kienu t-tieni l-ikbar sors ta’ investigazzjonijiet imwettqa mill-Ombudsman fl-2016, wara l-Kummissjoni Ewropea.
L-Ombudsman għalqet l-investigazzjoni, u laqgħet iż-żieda fit-trasparenza fl-istudji dwar il-provi kliniċi.
Każ partikolari ewlieni, miftuħ fl-2014, ikkonċerna d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) li tagħti biss aċċess pubbliku parzjali għall-istudji dwar il-provi kliniċi relatati mal-approvazzjoni ta’ Humira, mediċina użata fil-kura tal-marda ta’ Crohn. F’Ġunju, l-Ombudsman għalqet l-investigazzjoni, u laqgħet iż-żieda fit-trasparenza f’dan il-qasam. Madankollu, hija esprimiet tħassib dwar erba’ biċċiet speċifiċi ta’ informazzjoni li l-Aġenzija żammet għaliha. L-Ombudsman innotat li kwalunkwe informazzjoni klinika ta’ valur għat-tobba, għall-pazjenti u għar-riċerkaturi, jenħtieġ li tiġi ddivulgata fl-interess tal-pubbliku. #2
Fl-2015, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) qablet mal-proposta tal-Ombudsman dwar kif hija teħtieġ li dawk li jridu jirreġistraw xi prodotti, juru li ppruvaw jevitaw it-testijiet fuq l-annimali. Fl-2016, hija ħarġet b’informazzjoni ddettaljata dwar kif eżattament kienet qed tfittex li timplimenta l-proposta tal-Ombudsman. Investigazzjoni ġdida, miftuħa fl-2016, talbet kjarifiki dwar dikjarazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u l-ECHA dwar l-użu possibbli ta’ testijiet fuq l-annimali, taħt ċerti kundizzjonijiet, għal sustanzi użati fil-kożmetiċi.
Kull sena, mijiet ta’ persuni jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet biex jaħdmu f’korp tal-UE fi proċess imħaddem mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO). F’każ partikolari mressaq quddiem l-Ombudsman, l-ilmentatur applika għal kompetizzjoni tal-EPSO għar-reklutaġġ ta’ interpreti tal-konferenzi. Hija tilfet l-iskadenza għall-applikazzjonijiet wara li kienet l-isptar għal żmien qasir u talbet lill-EPSO għal estensjoni tal-iskadenza. L-EPSO rrifjuta, billi argumenta li huwa jrid jittratta lill-applikanti kollha bl-istess mod. L-Ombudsman irrakkomandat li l-EPSO jirrikonoxxi li hemm sitwazzjonijiet ta’ eċċezzjoni fejn, minħabba force majeure, ikun ġust li l-kandidati jingħataw skadenza ġdida. L-EPSO qabel li fil-futur jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Ombudsman rigward l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-force majeure fil-kuntest tal-kompetizzjonijiet tal-EPSO.
2.7 Il-kuntratti u l-għotjiet tal-UE
L-ilmenti f’dan il-qasam ammontaw għal 14.5 fil-mija tat-total. Il-Kummissjoni tissorvelja numru kbir ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE. Hija tagħmel awditjar rigoruż biex tiżgura li l-flus pubbliċi jintefqu kif suppost. Madankollu, kultant dan iwassal għal tilwim dwar kif jiġu awditjati l-proġetti jew l-ammont ta’ flus li potenzjalment jenħtieġ li jiġu rkuprati. F’dawn is-sitwazzjonijiet, ħafna drabi l-kuntratturi jirrikorru għand l-Ombudsman għal soluzzjoni.
Il-Kummissjoni sostniet li l-ilmentatur ma segwiex ir-regoli applikabbli tal-ftehim ta’ kuntratt, iżda fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari ta’ dan il-każ, iddeċidiet li tirrinunzja l-irkupru ta’ iktar minn EUR 86 000.
F’każ partikolari, l-ilmentatur, istitut tar-riċerka Pollakk, bejn l-2004 u l-2009, assuma numru ta’ proġetti li kienu kofinanzjati mill-UE. Wara li temm il-proġetti b’suċċess, il-Kummissjoni awditjat tlieta minnhom, u ddeċidiet li tirkupra ċerti kostijiet. L-Ombudsman fetħet investigazzjoni u sabet li l-uffiċjal tal-proġett tal-Kummissjoni qabel bil-miktub (e-mail) mas-sottokuntrattar ta’ xi servizzi — li sussegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirkupra l-kostijiet tagħhom — u għalhekk kien konxju ta’ dan u awtorizza l-għoti tas-sottokuntratt lill-ilmentatur. Il-Kummissjoni sostniet li l-ilmentatur ma segwiex ir-regoli applikabbli tal-ftehim ta’ kuntratt, iżda fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari ta’ dan il-każ, iddeċidiet li tirrinunzja l-irkupru ta’ iktar minn EUR 86 000.
Istitut ta’ riċerka bbażat fil-Kroazja ħa sehem fi proġett iffinanzjat mill-UE skont is-Seba’ Programm Qafas għal Riċerka u Żvilupp Teknoloġiku. Wara li awditu kixef xi irregolaritajiet, il-Kummissjoni fittxet li tirkupra ammont sostanzjali ta’ fondi. L-istitut fetaħ ilment mal-Ombudsman, li sabet li s-sejbiet tal-awditur kienu bbażati fuq diversi inċertezzi. Billi l-kwistjoni l-iktar kruċjali f’idejha kienet id-determinazzjoni tad-data attwali tal-bidu tal-proġett, l-Ombudsman issuġġeriet li l-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta espert biex jivverifika s-sejba tal-awdituri jew tordna awditu tekniku. Il-Kummissjoni aċċettat il-proposta tal-Ombudsman.
Każ ulterjuri kkonċerna kif il-Kummissjoni awditjat proġett li għandu l-għan li jippreserva l-ilma fil-Marokk. L-ilmentatur, l-organizzazzjoni Franċiża mingħajr skop ta’ qligħ Association pour la Participation et l’Action Régionale (APARE), li hija involuta fl-edukazzjoni ambjentali u l-ekoċittadinanza, ma qablitx mas-sejba tal-awditu mill-Kummissjoni — li kellu jwassal biex il-Kummissjoni tirkupra EUR 20 000 — u rrikorriet għand l-uffiċċju tal-Ombudsman. Wara l-intervent tal-Ombudsman, il-Kummissjoni qablet li tnaqqas l-ammont li kellu jkun irkuprat bi kważi 75 %.
2.8 Sfidi futuri
Ix-xogħol tal-Ombudsman huwa mfassal mill-kuntest politiku usa’. Pereżempju, it-tħassib pubbliku mifrux dwar in-nuqqas ta’ trasparenza tan-negozjati bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar is-Sħubija Transatlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment (TTIP) wassal lill-Ombudsman biex tiftaħ investigazzjoni strateġika fuq inizjattiva proprja dwar il-kwistjoni.
Sal-aħħar tal-2016, l-Ombudsman kienet irċeviet ħames ilmenti li jinvolvu kwistjonijiet amministrattivi relatati ma’ Brexit, bi tlieta minnhom jirrigwardaw l-aċċess għall-informazzjoni.
L-Ombudsman tospita wkoll avvenimenti biex tiddiskuti kwistjonijiet topiċi, bħal pereżempju l-avveniment ta’ Ottubru dwar “It-Tħarbit tal-UE — Verità, Fatti u l-Midja Soċjali”. Flimkien mar-rappreżentanti tal-Kummissjoni, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) u s-soċjetà ċivili, l-Ombudsman iddibattiet dwar kif l-UE tista’ tiġi kkomunikata aħjar fi żmien ta’ sfidi bla preċedent. Id-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-UE se ssawwar lill-Unjoni fl-2017 u lil hinn. Ftit wara l-vot, bdew jitqajmu kwistjonijiet li joħorġu mir-referendum dwar Brexit mal-uffiċċju tal-Ombudsman. Sal-aħħar tal-2016, l-Ombudsman kienet irċeviet ħames ilmenti li jinvolvu kwistjonijiet amministrattivi relatati ma’ Brexit, bi tlieta minnhom jirrigwardaw l-aċċess għall-informazzjoni. #9 #10
We value @EUOmbudsman's positive feedback on our ongoing #TTIP transparency effort!https://t.co/4Gxf3fYli5
— EU TTIP Team (@EU_TTIP_team) 15 juillet 2016
important #Brexit contribution from @EUombudsman Emily O'Reilly https://t.co/LTHN1l84rx via @TodaySOR @broadsheet_ie pic.twitter.com/HtVnvYxrKj
— Ruairi McKiernan (@ruairimckiernan) 30 juin 2016
Is-sena spiċċat fuq nota tajba bl-Ombudsman ikollha rwol sinifikanti fis-Summit Globali dwar Sħubija ta’ Gvern Miftuħ (OGP) f’Pariġi f’Diċembru. L-Ombudsman appellat lill-UE biex tieħu rwol iktar b’saħħtu fl-OGP. L-OGP hija inizjattiva multilaterali li għandha l-għan li tiżgura impenji konkreti mill-gvernijiet biex fost objettivi oħra, jippromwovu t-trasparenza, jagħtu s-setgħa liċ-ċittadini u jiġġieldu l-korruzjoni. F’dan il-kuntest, l-Ombudsman u l-OECD qed jaħdmu flimkien fuq stħarriġ dwar il-governanza miftuħa, biex jiġu identifikati modi ta’ kif jiġi żgurat li l-ombudsmen ikollhom rwol ikbar fl-OGP. L-involviment tal-Ombudsman huwa li tippromwovi u tqassam l-istħarriġ fi ħdan in-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen u fi ħdan netwerks internazzjonali tal-Ombudsmen oħrajn. In-Netwerk se jiddiskuti r-riżultati preliminari tal-istħarriġ waqt il-konferenza tiegħu f’Ġunju 2017, u se jippubblika r-riżultati fl-aħħar tas-sena. #11 #12
.@EUombudsman speaking at #OGP16 to close plenary session... pic.twitter.com/qBoV9lzH8a
— Aidan O'Sullivan (@aidanosullivan) 7 decembre 2016
.@EUombudsman: "EU could become a leading voice within OGP & encourage other institutions to take inspiration from its work" #OGP16 pic.twitter.com/LDAbmBKBxo
— Open Gov Partnership (@opengovpart) 7 decembre 2016
Kapitolu 3 - Premju għal Amministrazzjoni Tajba
Il-Premju għandu l-għan li jirrikonoxxi lill-membri tal-persunal tal-istituzzjonijiet, tal-aġenziji u tal-korpi tal-UE, li jippromwovu l-amministrazzjoni tajba waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.
Fl-insegwiment tal-mandat globali tal-uffiċċju tagħha li ttejjeb l-amministrazzjoni pubblika tal-UE u tagħmel l-azzjonijiet tagħha kemm jista’ jkun faċli għaċ-ċittadin, f’Ottubru 2016 l-Ombudsman nediet sejħa għal nomini għal Premju għal Amministrazzjoni Tajba. Il-Premju għandu l-għan li jirrikonoxxi lill-membri tal-persunal tal-istituzzjonijiet, tal-aġenziji u tal-korpi tal-UE, li jippromwovu l-amministrazzjoni tajba waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Din hija inizjattiva pilota li tfittex li tidentifka l-aħjar prattiki fl-amministrazzjoni tal-UE, u li jingħataw aktar attenzjoni mill-pubbliku.
L-Ombudsman għandha l-intenzjoni li turi dawn il-prattiki fl-amministrazzjoni tal-UE kollha. Il-kategoriji tal-premju jinkludu l-eċċellenza fit-trasparenza u l-etika, l-eċċellenza fil-komunikazzjoni u l-eċċellenza fil-provvista ta’ servizz iffokat fuq iċ-ċittadin. Fl-2017, bl-appoġġ ta’ kumitat konsultattiv, l-Ombudsman se tagħżel ir-rebbieħa u ssir ċerimonja fi Brussell. #3 #13
#EOaward ?? Nice initiative by @EUombudsman > https://t.co/cv1xLdbwtZ
— Dana Manescu (@DanaBrussels) 24 octobre 2016
& I have a long list of potential nominees in mind! pic.twitter.com/Kf8gouvdik
Kapitolu 4 - Komunikazzjonijiet
L-istrateġija tal-Ombudsman (“Lejn l-2019”) għandha l-għan li żżid l-impatt, ir-rilevanza u l-viżibilità tal-uffiċċju. Viżibilità akbar tgħin biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkunu jafu għand min jenħtieġ li jirrikorru jekk isibu xi problemi bl-istituzzjonijiet tal-UE.
Apparti l-komunikazzjoni speċifika mal-partijiet ikkonċernati bħal pereżempju n-negozji, l-assoċjazzjonijiet u l-NGOs, l-uffiċċju jipprova jgħolli l-profil tal-midja tal-Ombudsman u juża l-midja soċjali biex jikkomunika dwar każijiet speċifiċi; ixerred il-kelma dwar proġetti ġodda; u jinforma regolarment dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman.
Numru ta’ referenzi mill-midja
Ir-referenzi mill-midja għall-ħidma tal-Ombudsman żdiedu kull sena mill-2012 u b’mod partikolari fl-2015 u fl-2016.
Ir-referenzi mill-midja għall-ħidma tal-Ombudsman żdiedu kull sena mill-2012 u b’mod partikolari fl-2015 u fl-2016. Ħafna iktar nies qed isegwu l-ħidma tal-Ombudsman fuq Twitter, fejn il-kont tal-uffiċċju ra żieda ta’ 21 fil-mija fis-segwaċi tiegħu bejn l-2015 u l-2016. It-tweet l-iktar segwita kien fiha Infographic b’linji gwida dwar dak li l-uffiċjali pubbliċi għandhom jew m’għandhomx jagħmlu meta jinteraġixxu ma’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess. Tweets oħra popolari kienu jinkludu waħda b’Infographic dwar il-gruppi ta’ esperti, waħda b’vidjo li jħabbar il-Premju l-ġdid tal-Ombudsman għal Amministrazzjoni Tajba u waħda tħabbar it-tnedija ta’ konsultazzjoni pubblika dwar it-trasparenza tan-negozjati informali dwar il-liġijiet tal-UE (trilogi). #14
We've prepared a list of 'do's & dont's' for officials interacting with lobbyists. Have your say here: https://t.co/8kp5m54u5Q #eulobbying pic.twitter.com/vcmlS6SMPH
— European Ombudsman (@EUombudsman) 15 decembre 2016
L-uffiċċju beda wkoll tiġdid tas-sit web tiegħu biex jagħmilha iktar faċli għall-utent — dan il-proġett mistenni li jitlesta fl-2017 — u jistaqsi b’mod regolari għal feedback mill-partijiet ikkonċernati dwar kif inhu perċepit ix-xogħol tal-uffiċċju u kif jista’ jittejjeb. #15
Strategic inquiry/ #Commission's expert groups: @EUOmbudsman calls for more #transparency https://t.co/rv4kc4XQoI pic.twitter.com/Rvqy4lUGzP
— European Ombudsman (@EUombudsman) 2 fevrier 2016
Kapitolu 5 - Ir-relazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet tal-UE
5.1 Il-Parlament Ewropew
L-Ombudsman reġgħet iltaqgħet mal-President Martin Schulz fl-2016, kif ukoll ma’ numru ta’ Membri tal-Parlament Ewropew (MPE) mill-ispettru politiku kollu u mill-Ewropa kollha.
L-Ombudsman Ewropew tapprezza ħafna r-relazzjoni li għandha mal-Parlament Ewropew. L-Ombudsman reġgħet iltaqgħet mal-President Martin Schulz fl-2016, kif ukoll ma’ numru ta’ Membri tal-Parlament Ewropew (MPE) mill-ispettru politiku kollu u mill-Ewropa kollha. L-Ombudsman ikkondividiet ix-xogħol u l-esperjenza tagħha meta tkellmet quddiem il-Parlament fis-sessjoni plenarja, fil-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali. Il-persunal tal-Ombudsman jirrappreżenta b’mod frekwenti lill-istituzzjoni fil-laqgħat tal-Kumitat, fis-smigħ u fl-intergruppi parlamentari.
5.2 Kumitat għall-Petizzjonijiet
L-Ombudsman tapprezza ħafna l-kooperazzjoni b’saħħitha li għandha mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet. Id-djalogu kontinwu huwa meħtieġ biex jinqdew ċittadini individwali li jqajmu t-tħassib tagħhom mal-uffiċċju tal-Ombudsman jew mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet. L-Ombudsman tindirizza lmenti kontra l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE, filwaqt li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jindirizza petizzjonijiet dwar l-oqsma ta’ attività tal-UE fl-Ewropa kollha. L-appoġġ kontinwu li l-President tal-Kumitat, Cecilia Wikström, u l-Membri tal-Parlament Ewropew mill-gruppi politiċi kollha jagħtu lill-Ombudsman huwa apprezzat ħafna. Dan l-appoġġ huwa vitali għall-kapaċità tal-Ombudsman li tkompli tgħin lill-istituzzjonijiet tal-UE ħalli jistabbilixxu “l-istandard tad-deheb” għall-amministrazzjoni tajba. #16
Presenterar parlamentets årsrapport för @EUombudsman aktiviteter för det gångna året för @ALDEgroup I morgon röstar vi i plenum! #eupol pic.twitter.com/Xof71lWVys
— Cecilia Wikstrom(L) (@CeciliaWikstrom) 23 novembre 2016
5.3 Il-Kummissjoni Ewropea
L-Ombudsman faħħret lill-President Jean-Claude Juncker għar-relazzjoni ta’ ħidma kostruttiva mal-uffiċċju tagħha u għall-passi pożittivi b’saħħithom lejn amministrazzjoni iktar miftuħa, għalkemm naturalment jibqa’ jkun hemm sfidi.
Bħala l-eżekuttiv tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea għandha impatt dirett fuq il-ħajjiet ta’ miljuni ta’ Ewropej. Filwaqt li hija politika, hija wkoll l-ikbar korp amministrattiv tal-UE u għalhekk huwa naturali li parti kbira mill-ilmenti mal-Ombudsman jirrigwardaw ix-xogħol tal-Kummissjoni. L-Ombudsman faħħret lill-President Jean-Claude Juncker għar-relazzjoni ta’ ħidma kostruttiva mal-uffiċċju tagħha u għall-passi pożittivi b’saħħithom lejn amministrazzjoni iktar miftuħa, għalkemm naturalment jibqa’ jkun hemm sfidi. L-Ombudsman reġgħet iltaqgħet mal-President Juncker fl-2016 kif ukoll ma’ numru ta’ Viċi Presidenti u ma’ numru ta’ Kummissarji. Hija ltaqgħet ukoll mad-Diretturi Ġenerali f’laqgħa organizzata mis-Segretarju Ġenerali. Il-kooperazzjoni mill-qrib fil-livell ta’ servizz tiżgura li t-tħassib taċ-ċittadini jista’ jkun indirizzat b’mod iktar effettiv. #17
NEWs VIDEO: @MalmstromEU received Emily O'Reilly, @EUombudsman
— EC AV Services (@EC_AVService) 29 fevrier 2016
More: https://t.co/UFIyKybwhj@Trade_EU pic.twitter.com/uRHPdV1yti
5.4 Istituzzjonijiet, aġenziji u organizzazzjonijiet oħrajn
L-uffiċċju jżomm ukoll relazzjonijiet mal-Kunsill tal-Ewropa bbażat fi Strasburgu.
L-Ombudsman tibqa’ żżomm relazzjonijiet mill-qrib ma’ diversi istituzzjonijiet, aġenziji u organizzazzjonijiet oħrajn. Fl-2016, l-Ombudsman kellha kuntatt mill-qrib mal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil, u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali. L-uffiċċju jżomm ukoll relazzjonijiet mal-Kunsill tal-Ewropa bbażat fi Strasburgu. Dawn ir-relazzjonijiet kollha huma parti integrali mill-Istrateġija tal-Ombudsman “Lejn l-2019”, li għandha l-għan li żżid ir-rilevanza, il-viżibilità u l-impatt tal-Ombudsman biex joħloq amministrazzjoni tal-UE iktar miftuħa u orjentata lejn is-servizz għall-benefiċċju taċ-ċittadini.
5.5 Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Bħala membru tal-Qafas tal-UE, l-Ombudsman tippromwovi, tipproteġi u timmonitorja l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (UNCRPD) fil-livell tal-istituzzjonijiet tal-UE. Fl-2015, il-Kumitat ta’ Esperti tal-UNCRPD irrieżamina l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni mill-UE u ħareġ osservazzjonijiet konklużivi. Dawn kienu partikolarment importanti fir-rigward tax-xogħol strateġiku tal-Ombudsman fl-2016 dwar il-UNCRPD għaliex jindikaw in-nuqqasijiet possibbli fl-amministrazzjoni tal-UE. #18 #19
we have to make sure that #UN #CRPD does not remain a wish list but generates a genuine impact on lives of all pwd in Europe - @EUombudsman
— EU Disability Forum (@MyEDF) 17 fevrier 2016
We are all on the same page on avoiding problems w/ use of #ESIFunds & institutionalization, says @EUombudsman's Rosita Hickey at #EDPD2016 pic.twitter.com/avCU0RYTtl
— EU Social (@EU_Social) 30 novembre 2016
L-Ombudsman għamlet konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati li wriet li numru ta’ Stati Membri jagħtu ħin addizzjonali lill-istudenti b’nuqqas ta’ smigħ meta jagħmlu testijiet bil-miktub.
Fl-2016, l-Ombudsman investigat ilment minn kandidat nieqes mis-smigħ u li ma ngħatax ħin addizzjonali biex jagħmel testijiet ta’ selezzjoni f’kompetizzjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO). L-Ombudsman għamlet konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati li wriet li numru ta’ Stati Membri jagħtu ħin addizzjonali lill-istudenti b’nuqqas ta’ smigħ meta jagħmlu testijiet bil-miktub. Hija ssuġġeriet li l-EPSO għandu jerġa’ jikkunsidra bir-reqqa jekk, f’każijiet futuri, jenħtieġx li jalloka ħin żejjed għal kandidati neqsin mis-smigħ li jitolbu dan waqt testijiet ibbażati fuq il-kompjuter u bil-miktub.
F’Mejju 2016, l-Ombudsman bdiet investigazzjoni dwar jekk ir-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard (RKAM) tal-UE jikkonformax mal-UNCRPD. Skont l-RKAM, meta tiġi rikonoxxuta marda serja, jingħata rimborż sħiħ tal-kostijiet mediċi. Għal dak ir-rikonoxximent, irid jiġi sodisfatt il-kriterju tat-tnaqqis fl-istennija tal-għomor. L-Ombudsman ikkunsidrat li dan l-approċċ mediku għal diżabilità għandu mnejn mhuwiex konformi mal-UNCRPD u staqsiet lill-Kummissjoni jekk kellhiex l-intenzjoni li tintroduċi kriterji separati għar-rimborż tal-kostijiet mediċi mill-RKAM għal persuni b’diżabilità. Fl-2017, din l-investigazzjoni kienet għadha għaddejja.
Barra minn hekk, wara żewġ osservazzjonijiet konklużivi tal-Kumitat tal-UNCRPD, l-Ombudsman segwiet żewġ inizjattivi strateġiċi. Hija kitbet lill-President tal-Kummissjoni dwar l-aċċessibilità tas-siti web u l-għodod online li tiġġestixxi l-Kummissjoni u lill-Viċi President ta’ dak iż-żmien Kristalina Georgieva biex tistaqsi kif l-Iskejjel Ewropej qed jindirizzaw kwistjonijiet imqajma mill-Kumitat tal-UNCRPD rigward l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni. Il-Kummissjoni wieġbet għaż-żewġ ittri. Hija nnotat li kienet qed toħloq preżenza waħdanija fuq l-internet għas-servizzi kollha tagħha u li wieħed mill-prinċipji sottostanti huwa li s-servizzi jsiru aċċessibbli għall-ikbar numru ta’ nies possibbli. Rigward l-Iskejjel Ewropej, il-Kummissjoni qalet li hija tappoġġja t-tentattivi sistemiċi kollha biex jitwettqu r-rakkomandazzjonijiet tal-UNCRPD u nnotat li l-politika dwar il-Ħtiġijiet ta’ Edukazzjoni Speċjali tal-Iskejjel Ewropej hija vvalutata b’mod regolari.
Matul l-2016, l-uffiċċju tal-Ombudsman fittex li jagħmel is-sit web tiegħu iktar aċċessibbli u faċli għall-utent. Spjegazzjoni faċli li tinqara dwar ix-xogħol tal-Ombudsman u kif jitressaq ilment hija disponibbli online fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Barra minn hekk, fornitur ta’ servizz estern qed jivvaluta s-sit web tal-Ombudsman biex jiddetermina modi kif tittejjeb l-aċċessibilità tiegħu għall-persuni b’diżabilità.
Kapitolu 6 - In-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen
Fl-2016, l-Ombudsman Ewropew, flimkien ma’ membri tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen (ENO), bdew riforma tan-Netwerk. L-ENO issa jinkludi 96 uffiċċju f’36 pajjiż Ewropew. Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew huwa wkoll membru tan-Netwerk.
Waħda mill-bidliet strateġiċi fi ħdan l-ENO hija li jiżdied il-fokus fuq l-investigazzjonijiet u l-inizjattivi paralleli fost l-uffiċċji tal-ombudsman interessati f’oqsma ta’ interess reċiproku, bħal pereżempju l-migrazzjoni. Fl-2016, l-Ombudsman u n-Netwerk wettqu investigazzjoni parallela waħda u nedew inizjattiva strateġika waħda li ħa sehem fiha n-Netwerk. F’April 2016, l-Ombudsman nediet investigazzjoni dwar ilment li jikkonċerna r-rwol tal-Kummissjoni fl-evalwazzjoni tal-konformità ta’ Stat Membru mar-Regolament (UE) Nru 1233/2011 tal-UE dwar id-drittijiet ċivili u l-ħarsien tal-ambjent meta jkunu qed jiġu ffinanzjati l-Aġenziji ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni (ECAs). L-ECAs huma istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi jew privati li joffru finanzjament lil kumpaniji domestiċi li qed ifittxu li jagħmlu n-negozju, l-iktar f’pajjiżi li huma politikament u kummerċjalment riskjużi u fi swieq emerġenti. Tnejn mis-sitt ombudsmen nazzjonali, (il-Polonja u Spanja) li l-mandat tagħhom ikopri l-ECAs, irrispondew għall-istedina tal-Ombudsman biex iniedu investigazzjonijiet paralleli.
L-investigazzjoni rriżultat fis-segwitu tal-Kummissjoni Ewropea mal-Istati Membri biex tiżgura li d-dettalji kollha tal-programmi tal-AMIF nazzjonali jkunu ppubblikati online.
L-inizjattiva strateġika kkonċernat il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) tal-UE. B’baġit ta’ EUR 3 biljuni, il-Fond ikopri l-perjodu 2014–2020. L-Ombudsman staqsiet lill-Kummissjoni u lin-Netwerk dwar jekk l-informazzjoni kollha relatata mal-AMIF kinitx online. Hija staqsiet ukoll lin-Netwerk dwar jekk l-użu tal-flus fl-Istati Membri kienx f’konformità mad-drittijiet fundamentali. Tlettax-il membru rrispondew. L-investigazzjoni rriżultat fis-segwitu tal-Kummissjoni Ewropea mal-Istati Membri biex tiżgura li d-dettalji kollha tal-programmi tal-AMIF nazzjonali jkunu ppubblikati online.
Barra minn hekk, fl-2016 l-investigazzjoni fuq inizjattiva proprja tal-Ombudsman li saret iktar kmieni rigward il-Frontex ġabet riżultati konkreti b’tali mod li l-Aġenzija stabbilixxiet mekkaniżmu għall-ilmenti li kien rakkomandat mill-Ombudsman. F’Diċembru, l-Uffiċjal tal-Frontex għad-Drittijiet Fundamentali, ir-rappreżentanti tal-Ombudsman Ewropew, tal-ombudsmen u tal-amministrazzjonijiet nazzjonali u tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali ltaqgħu fi Brussell biex jiddiskutu l-mekkaniżmu tal-ilmenti tal-Frontex.
F’eżempju ieħor ta’ kooperazzjoni tematika, l-Ombudsman ikkonsultat lin-Netwerk biex issir taf iktar dwar kif l-Istati Membri jirregolaw it-trasparenza fil-lobbjar u biex tiddetermina l-bżonn għal gwida prattika għall-uffiċjali pubbliċi f’dan il-qasam. It-tweġibiet urew nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw il-lobbjar, flimkien ma’ nuqqas ta’ gwida prattika għall-uffiċjali pubbliċi, fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Imbagħad, l-Ombudsman ipproduċiet abbozz ta’ linji gwida prattiċi u fittxet feedback mill-membri tan-Netwerk u mill-pubbliku. Hija għandha l-għan li tippreżenta l-verżjoni finali tal-linji gwida fl-2017 bl-24 lingwa uffiċjali kollha tal-UE.
Il-konferenza trattat temi topiċi bħar-reazzjoni għall-kriżi tal-migrazzjoni tal-Ewropa, il-promozzjoni tat-trasparenza fil-lobbjar bħala rekwiżit ta’ amministrazzjoni tajba u l-isfidi għall-istat tad-dritt.
L-avveniment ewlieni tan-Netwerk fl-2016 kienet l-ewwel konferenza annwali, li saret fi Brussell f’Ġunju u organizzata mill-Ombudsman Ewropew. Din il-konferenza laqqgħet flimkien in-Netwerk kollu u kienet miftuħa għal min mhux membru, bħal pereżempju l-gruppi umbrella bbażati fi Brussell u l-ġurnalisti. Kien hemm total ta’ 250 persuna li pparteċipaw f’dan l-avveniment interattiv ħafna. Din trattat temi topiċi bħar-reazzjoni għall-kriżi tal-migrazzjoni tal-Ewropa, il-promozzjoni tat-trasparenza fil-lobbjar bħala rekwiżit ta’ amministrazzjoni tajba u l-isfidi għall-istat tad-dritt. Fl-aħħar tal-konferenza kien hemm il-produzzjoni ta’ Fokus fuq in-Netwerk, pubblikazzjoni annwali tal-ENO dwar it-temi ewlenin diskussi waqt l-avveniment. #4
Fl-aħħar ta’ Novembru 2016, l-Ombudsman marret Madrid biex tiltaqa’ mal-Ombudsman Spanjol, Soledad Becerril Bustamante, u t-tim tagħha u mal-Kunsill tat-Trasparenza Spanjol, mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, mar-rappreżentanti tan-negozju, mad-diplomatiċi, mal-ġurnalisti u oħrajn. Filwaqt li l-għadd ta’ lmenti minn Spanja huwa tradizzjonalment għoli, l-għan taż-żjara kien li tkompli titqajjem sensibilizzazzjoni fi Spanja dwar dak li l-Ombudsman Ewropew tista’ tagħmel b’mod konkret għaċ-ċittadini u n-negozji Spanjoli. #20
Erosion of EU's founding values in several Member States are great cause of concern @EUombudsman @NewEconomyForum pic.twitter.com/aTVnZX9CNK
— Gundi Gadesmann (@GundiGadesmann) 30 novembre 2016
Minn mindu n-Netwerk ġie riorganizzat, l-Ombudsman irreġistra iktar domandi minn membri tal-ENO li jfittxu għajnuna fl-interpretazzjoni ta’ kwistjonijiet kumplessi relatati mal-liġi tal-Unjoni.
Minn mindu n-Netwerk ġie riorganizzat, l-Ombudsman irreġistra iktar domandi minn membri tal-ENO li jfittxu għajnuna fl-interpretazzjoni ta’ kwistjonijiet kumplessi relatati mal-liġi tal-Unjoni. Bi proċedura tad-domandi iktar mgħaġġla, fl-2016, l-Ombudsman trattat tmien każijiet. Il-kwistjonijiet imqajma inkludew ir-rimborż ta’ ċerti spejjeż u ħlasijiet mediċi transkonfinali skont il-fondi Ewropej għall-iżvilupp agrikolu.
Fl-2016, in-Netwerk ingħata l-istat ta’ membru ex officio tal-Forum Konsultattiv tal-Uffiċċju Ewopew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil (EASO), u l-Ombudsman Grieg irrappreżenta lin-Netwerk fid-deliberazzjonijiet tal-Forum f’Novembru f’Ateni. L-inizjattivi l-iktar prominenti li probabbli li se jkun qed jaħdem fuqhom l-ENO fis-snin li ġejjin huma: il-parteċipazzjoni fil-Forum Konsultattiv tal-EASO; il-provvista ta’ għarfien espert dwar il-proċeduri tal-asil lill-Parlament Ewropew fl-adozzjoni tiegħu ta’ Sistema Ewropea Komuni tal-Asil ġdida; u t-twaqqif ta’ pjattaforma komuni dwar kif jiġu trattati l-”ilmenti dwar Brexit” minn ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit u viċi versa. In-Netwerk għandu jkun involut ukoll fit-twaqqif tal-mekkaniżmu tal-ilmenti tal-EASO li jmiss. #21
Emily O'Reilly @EUombudsman de visita en Madrid https://t.co/MUdNVP5CXq https://t.co/gVUjyQmIo7
— Parlamento Europeo (@PE_Espana) 30 novembre 2016
Kapitolu 7 - Il-ġestjoni tal-każijiet ta’ kuljum
L-Ombudsman Ewropew qiegħda hemm biex tassisti liċ-ċittadini, lill-kumpaniji, lill-assoċjazzjonijiet, lill-NGOs u lil organizzazzjonijiet oħrajn, u jenħtieġ li jkun kemm jista’ jkun faċli għalihom li jaċċessaw lill-Ombudsman u jfittxu din l-għajnuna. Fl-2016, l-Ombudsman aġġornat il-proċeduri tagħha għall-ġestjoni ta’ każijiet wara konsultazzjonijiet estensivi interni kif ukoll esterni. Dan huwa parti mill-istrateġija biex l-investigazzjonijiet isiru iktar effettivi u jkollhom impatt ikbar fuq numru ikbar ta’ ċittadini.
L-Ombudsman tagħmel ukoll enfasi fuq it-twettiq ta’ investigazzjonijiet strateġiċi li huma fl-interess pubbliku. Hija tagħmel investigazzjonijiet strateġiċi usa’ meta tikkunsidra li hemm raġunijiet biex tagħmel dan, għalkemm il-parti prinċipali tax-xogħol tagħha jibqgħu l-każijiet ibbażati fuq ilment.
Id-dispożizzjonijiet ta’ Implimentazzjoni l-ġodda tal- Ombudsman jagħmlu l-proċedura iktar effiċjenti u effettiva għal dawk li jkunu qed ifittxu l-għajnuna.
Id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni l-ġodda tal-Ombudsman jagħmlu l-proċedura iktar effiċjenti u effettiva għal dawk li jkunu qed ifittxu l-għajnuna. Billi tintroduċi approċċ iktar flessibbli għat-trattament tal-ilmenti, il-proċedura l-ġdida timmira wkoll li tiżgura approċċ aktar orjentat lejn ir-riżultati u b’sens komun akbar għall-investigazzjonijiet.
Kapitolu 8 - Tip u sors ta’ lmenti
8.1 Ħarsa ġenerali lejn l-ilmenti u l-inkjesti strateġiċi
Pariri, ilmenti u investigazzjonijiet fl-2016
L-Ombudsman Ewropew ilha ttejjeb il-metodi ta’ ħidma tagħha biex tagħmilhom iktar effiċjenti u jkollhom impatt ikbar fuq numru ikbar ta’ ċittadini. Għal dan il-għan, fl-2016 hija introduċiet proċedura simplifikata ġdida għat-trattament ta’ każijiet, b’iktar flessibilità u b’approċċ iktar prammatiku għall-investigazzjonijiet. Barra minn hekk, bħal fil-passat, każijiet ibbażati fuq ilment b’konteut simili jistgħu jkunu trattati b’mod kollettiv bħala inkjesti strateġiċi. Eżempju ta’ dan l-approċċ huwa l-investigazzjoni dwar ir-rwol tal-konsulenti speċjali li tuża l-Kummissjoni Ewropea. Dan l-approċċ strateġiku proattiv kważi ċertament li antiċipa lmenti individwali oħra.
Xogħol strateġiku fl-2016
8.2 Ilmenti barra mill-mandat tal-Ombudsman
L-Ombudsman Ewropew irċeviet ħafna lmenti dwar kwistjonijiet li ma jaqgħux fi ħdan il-mandat tagħha, l-aktar għaliex ma jirrigwardawx il-ħidma ta’ istituzzjoni jew korp tal-UE. L-ilmenti li jinvolvu lill-istituzzjonijiet tal-UE iżda jirrigwardaw kwistjonijiet purament politiċi, bħal pereżempju l-leġiżlazzjoni jew l-attività ġudizzjarja tal-Qorti, ma jaqgħux lanqas taħt il-mandat tal-Ombudsman.
Billi dawn l-ilmenti mhumiex il-ħidma ewlenija tal-Ombudsman, l-uffiċċju jirreġistra biss informazzjoni limitata dwarhom. Dawn huma prinċipalment kontra korpi pubbliċi nazzjonali, qrati nazzjonali jew internazzjonali, u firxa ta’ entitajiet privati. Xi drabi l-ilmenti huma bbażati fuq il-kunċett żbaljat li l-Ombudsman huwa korp tal-appelli fuq l-ombudsmen nazzjonali. L-ilmenti jkopru firxa wiesgħa ta’ oqsma. It-temi rikorrenti huma l-protezzjoni tal-konsumatur, it-tassazzjoni, is-sigurtà soċjali u l-kura tas-saħħa, u fis-snin reċenti, kwistjonijiet relatati mal-banek.
L-uffiċċju jittratta l-ilmenti barra mill-mandat b’attenzjoni kbira, billi meta jkun possibbli jagħti parir jew jittrasferihom lil korpi oħra li jkunu jistgħu jgħinu.
L-uffiċċju jittratta l-ilmenti b’attenzjoni kbira, billi meta jkun possibbli jagħti parir jew jittrasferihom lil korpi oħra li jkunu jistgħu jgħinu. Għal ilmenti li jesprimu skuntentizza bil-leġiżlazzjoni tal-UE, ġeneralment l-Ombudsman tagħti parir lill-ilmentatur biex jirrikorri għand il-Parlament Ewropew. Għal kwistjonijiet kumplessi marbuta mal-implimentazzjoni, l-ilmentaturi jingħataw il-parir jirrikorru għand il-Kummissjoni Ewropea jew għand netwerks tal-UE bħal pereżempju s-SOLVIT jew il-Pariri tal-Ewropa Tiegħek. L-ilmentatur jista’ jiġi riferut ukoll għand ombudsman nazzjonali. Fost l-eżempji tal-2016 insibu riferimenti għand l-Ombudsman Portugiż fir-rigward tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-tniġġis akustiku, għand l-Ombudsman Federali Belġjan dwar kwistjonijiet dwar il-pensjoni u għand l-Ombudsman Pollakk u dak Rumen dwar kwistjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet fil-ħabs.
L-Uffiċċju jipprova jnaqqas in-numru ta’ każijiet li huma barra mill-mandat tal-Ombudsman. Dan biex jiġi evitat li ċ-ċittadini jkunu diżappuntati għaliex ma jistgħux jirċievu għajnuna direttament mill-Ombudsman. Fl-2016, in-numru niżel għal-livell rekord ta’ 1 169 (1 239 fis-sena preċedenti), riżultat li kien miksub l-aktar permezz ta’ komunikazzjoni effettiva dwar il-ħidma tal-uffiċċju u l-Gwida Interattiva fuq is-sit web tiegħu.
Kapitolu 9 - Kontra min?
Kapitolu 10 - Dwar xiex?
Kapitolu 11 - Riżultati miksuba
Kapitolu 12 - Konformità mal-proposti tal-Ombudsman
Għal dawn l-aħħar ħames snin, l-Ombudsman ippubblika rendikont komprensiv annwali ta’ kif l-istituzzjonijiet tal-UE jwieġbu għall-proposti tal-Ombudsman sabiex itejbu l-amministrazzjoni tal-UE. Dawn il-proposti jieħdu l-forma ta’ soluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet, u rimarki kritiċi u oħrajn. Ir-rata ta’ konformità hija essenzjali sabiex jitkejjel l-impatt u r-rilevanza tal-ħidma tal-Ombudsman.
Ir-rapport Putting it Right? – How the EU institutions responded to the Ombudsman in 2015 (Jitqiegħed Tajjeb?– Il-mod kif l-istituzzjonijiet Ewropej wieġbu lill-Ombudsman fl-2015) juri li l-istituzzjonijiet tal-UE kkonformaw mal-proposti tal-Ombudsman b’rata ta’ 83 %, it-tieni l-ogħla s’issa. Mit-18-il istituzzjoni eżaminati, 12 ġabu punteġġ ta’ 100 % filwaqt li l-Kummissjoni — li tammonta għall-ikbar proporzjon ta’ investigazzjonijiet li tagħmel l-Ombudsman — ġabet punteġġ ta’ 82 %. Kif juri r-rapport, ir-rata ta’ konformità tista’ tvarja b’mod sinifikanti minn istituzzjoni għal oħra — minn 100 % f’xi każijiet, sa 33 % fl-agħar każ. Pereżempju, il-Parlament Ewropew, il-Frontex u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), ikkonformaw bir-rata ta’ 100 %.
Ir-rapport għall-2016 se jkun disponibbli fl-aħħar tal-2017.
Kapitolu 13 - Riżorsi
13.1 Baġit
Il-baġit tal-Ombudsman huwa taqsima indipendenti tal-baġit tal-UE. Huwa maqsum fi tliet titoli. It-Titolu 1 ikopri salarji, allowances, u nfiq ieħor relatat mal-persunal. It-Titolu 2 ikopri bini, għamara, tagħmir u nfiq operattiv mixxellanju. It-Titolu 3 jinkludi l-infiq li jirriżulta mill-funzjonijiet ġenerali mwettqa mill-istituzzjoni. Fl-2016, l-approprjazzjonijiet ibbaġitjati ammontaw għal EUR 10 658 951.
Bil-għan li jiżgura l-ġestjoni effettiva tar-riżorsi, l-awditur intern tal-Ombudsman iwettaq verifiki regolari tas-sistemi ta’ kontroll intern tal-istituzzjoni u tal-operazzjonijiet finanzjarji mwettqa mill-uffiċċju. Kif inhu l-każ ta’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE, l-istituzzjoni tal-Ombudsman tiġi vverifikata wkoll mill-Qorti Ewropew tal-Awdituri.
13.2 Użu tar-riżorsi
Kull sena, l-Ombudsman jadotta Pjan ta’ Ġestjoni Annwali (AMP), li jidentifika azzjonijiet konkreti li l-uffiċċju jeħtieġ li jieħu sabiex jimplimenta l-objettivi u l-prijoritajiet tal-istituzzjoni. L-AMP għall-2016 huwa t-tieni wieħed ibbażat fuq l-Istrateġija tal-Ombudsman Ewropew — “Lejn l-2019”.
L-istituzzjoni għandha persunal multilingwi u bi kwalifiki għoljin. Dan jiżgura li hija tkun tista’ tindirizza lmenti dwar amministrazzjoni ħażina fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE u biex tqajjem sensibilizzazzjoni dwar il-ħidma tal-Ombudsman. Fl-2016, l-Ombudsman kellu persunal ta’ 75.
Lista sħiħa u aġġornata regolarment tal-persunal, inkluża informazzjoni dettaljata dwar l-istruttura tal-uffiċċju tal-Ombudsman u l-kompiti ta’ kull taqsima, hija disponibbli fuq is-sit web tal-Ombudsman.
Kif tikkuntattja lill-Ombudsman Ewropew
Bil-posta
Ombudsman Ewropew
1 avenue du Président Robert Schuman
CS 30403
F - 67001 Strasbourg Cedex
Bit-telefon
+33 (0)3 88 17 23 13
B’ittra elettronika
Online
- Sit elettroniku: www.ombudsman.europa.eu
- Twitter: twitter.com/EUombudsman
- Google+: plus.google.com/101520878267293271723
- LinkedIn: www.linkedin.com/company/272026
- YouTube: www.youtube.com/eotubes
- Ġib il-link qasira ta’ din il-paġna
- Aqsam din il-paġna fuqTwitterFacebookLinkedin