# 2486/2008/MF
- Awtur: Ombudsman Ewropew
- Data: 2010-09-08T00:00+02:00[Europe/Paris]
- [URL](https://www.ombudsman.europa.eu/mt/digest/mt/11395)
---
L-Ombudsman iqis li, jekk espert li jkun wettaq riċerka preparatorja jew xogħol relatat ma' kuntratt pubbliku jiġi sussegwentement impjegat minn ditta li tipparteċipa fl-offerta għal dak il-kuntratt, dan jista' jagħti vantaġġ lil dik id-ditta meta tifformula l-offerta tagħha. L-espert rilevanti jista' jkollu informazzjoni jew esperjenza addizzjonali mit-twettiq ta' tali xogħol preparatorju li ma jkunx disponibbli għal offerenti oħra. Dan jista' jwassal ukoll għal kunflitt ta' interess sal-punt li, anke b'mod mhux intenzjonat, huwa jista' jinfluwenza l-kundizzjonijiet imposti fuq il-kuntratt b'mod favorevoli għalih. Dan fih innifsu jista' jfixkel il-kompetizzjoni.