# 0277/2008/(IG)IP - Awtur: Ombudsman Ewropew - Data: 2009-11-11T00:00+01:00[Europe/Paris] - [URL](https://www.ombudsman.europa.eu/mt/digest/mt/11387) --- Il-prinċipju ta' trattament ugwali tal-offerenti huwa prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju. F'konformità ma' dan il-prinċipju, l-offerenti jridu jkunu f'pożizzjoni ugwali meta jifformulaw l-offerti tagħhom. Huwa fundamentalment inkompatibbli ma' dawn ir-regoli u l-prinċipji li l-offerenti potenzjali mmirati jingħataw informazzjoni speċifika u privileġġata dwar sejħa pubblika għall-offerti qabel il-pubblikazzjoni ta' dik is-sejħa.