# 0344/2007/(WP)BEH - Awtur: Ombudsman Ewropew - Data: 2009-12-22T00:00+01:00[Europe/Paris] - [URL](https://www.ombudsman.europa.eu/mt/digest/mt/11382) --- Filwaqt li l-prinċipju ta' ċertezza legali jipprekludi kull ħtieġa li l-istituzzjoni li tkun adottat id-deċiżjonijiet teżamina mill-ġdid, fuq talba ta' destinatarji oħra, fid-dawl tal-motivi tas-sentenza ta' annullament, il-legalità tad-deċiżjonijiet mhux ikkontestati, l-Ombudsman ma huwiex konvint li l-istess loġika għandha tapplika fil-każ ta' żewġ deċiżjonijiet indirizzati lill-istess persuna. Għalhekk, l-Ombudsman isibha diffiċli jara kif jista' jinkiser il-prinċipju ta' legalità billi jwarrab deċiżjoni indirizzata lil persuna partikolari li tkun ibbażata fuq l-istess approċċ, li jkun ġie ddikjarat invalidu fir-rigward ta' deċiżjoni oħra, indirizzata lill-istess persuna.