# 3307/2006/(PB)JMA
- Awtur: Ombudsman Ewropew
- Data: 2010-03-08T00:00+01:00[Europe/Paris]
- [URL](https://www.ombudsman.europa.eu/mt/digest/mt/11381)
---
L-użu ta' setgħa diskrezzjonali ma jistax iwassal għal arbitrarjetà. Awtorità pubblika dejjem irid ikollha raġunijiet tajbin biex tagħżel kors ta' azzjoni wieħed minflok ieħor. Parti normali mill-eżerċizzju ta' setgħa diskrezzjonali hija li jiġu spjegati r-raġunijiet għaliex tkun intgħażlet azzjoni partikolari. Barra minn hekk, meta tieħu deċiżjoni diskrezzjonali, istituzzjoni trid taġixxi fil-limiti tal-awtorità legali tagħha. Setgħat diskrezzjonali wiesgħa ħafna jistgħu jeżistu, iżda huma dejjem soġġetti għal limiti legali. Il-limiti ġenerali fuq tali awtorità huma stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Dan jirrikjedi, pereżempju, li l-awtoritajiet amministrattivi għandhom jaġixxu b'mod konsistenti u in bona fide, jevitaw id-diskriminazzjoni, jikkonformaw mal-prinċipji tal-proporzjonalità, l-ugwaljanza u l-aspettattivi leġittimi u jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.