# Deċiżjoni fil-każ 911/2016/OV dwar allegat nuqqas tal-EPSO li jwieġeb u li jħassar profil tal-EPSO ta’ kandidat
- Awtur: Ombudsman Ewropew
- Data: 2016-10-25T10:00+02:00[Europe/Paris]
- [URL](https://www.ombudsman.europa.eu/mt/decision/mt/72312)
---
> L-ilmentatur kiteb diversi drabi lill-EPSO u talbu jħassar il-profil tal-EPSO tiegħu. L-EPSO wieġeb li ma setax iħassar il-kont tiegħu peress li żewġ proċeduri ta' selezzjoni li pparteċipa fihom kienu għadhom miftuħa. Wara li l-ilmentatur ikkuntattja lill-EPSO darbtejn oħra mingħajr ma rċieva tweġiba, huwa rrikorra għand l-Ombudsman billi allega li l-EPSO naqas milli jwieġeb u sostna li l-EPSO għandu jħassar il-kont tiegħu.
> 
> Wara l-inkjesta tal-Ombudsman, l-EPSO wieġeb lill-ilmentatur. L-Ombudsman għalhekk ikkonkluda li l-EPSO kien solva l-allegazzjoni tal-ilmentatur. Fit-tweġiba tiegħu, l-EPSO informa wkoll lil-lanjant li l-perijodu ta' żamma tad-data għaż-żewġ proċeduri ta' selezzjoni li pparteċipa fihom kien għadu ma skadiex u li, għalhekk, huwa kien għadu ma setax iħassar il-profil tal-EPSO tiegħu. L-Ombudsman ma sab l-ebda amministrazzjoni ħażina f'dan ir-rigward u għalhekk għalaq il-każ.
> 
**Il-fatti li wasslu għall-ilment**

**1.** L-ilmentatur ħoloq profil tal-EPSO fl-2006 u sussegwentement ipparteċipa f'diversi kompetizzjonijiet miftuħa/proċeduri ta' selezzjoni tal-EPSO. Fil-21 ta' April 2016, l-ilmentatur ikkuntattja lill-EPSO u qal li pprova jħassar il-profil tal-EPSO tiegħu, iżda li kien irċieva messaġġ awtomatiku li skontu t-tħassir tal-kont ma kienx se jippermettilu joħloq wieħed ġdid. Għalhekk, huwa staqsa jekk dan kienx ifisser li ma kienx se jkun jista' jipparteċipa f'kompetizzjonijiet futuri tal-EPSO.

**2.** Fis-26 ta' April 2016, l-EPSO wieġeb li, jekk iħassar il-kont tiegħu, huwa jkun jista' joħloq wieħed ġdid. L-ilmentatur imbagħad kiteb lura u ddikjara li, meta pprova jħassar il-profil tal-EPSO tiegħu, huwa rċieva messaġġ li jelenka diversi kompetizzjonijiet li pparteċipa fihom (li wħud minnhom imorru lura għall-2005). L-EPSO wieġeb li kien impossibbli li jitħassar il-kont tiegħu peress li żewġ kompetizzjonijiet li kien irreġistra għalihom kienu għadhom miftuħa. L-ilmentatur imbagħad kiteb lura u qal li, apparentement, il-kompetizzjonijiet kollha li pparteċipa fihom dehru li kienu għadhom miftuħa. Huwa reġa' kiteb lill-EPSO fl-14 ta' Mejju 2016 fejn qajjem l-istess kwistjoni.

**3.** Peress li ma rċieva l-ebda tweġiba, fit-8 ta' Ġunju 2016, l-ilmentatur irrikorra għand l-Ombudsman.

**L-inkjesta**

**4.** Fit-18 ta' Lulju 2016, l-Ombudsman fetħet inkjesta u talbet lill-EPSO jindirizza l-allegazzjoni u t-talba li ġejjin:

**Allegazzjoni:**

L-EPSO naqas milli jwieġeb għall-aħħar messaġġi tal-ilmentatur tas-26 ta' April u tal-14 ta' Mejju 2016 li fihom talab lill-EPSO jħassar il-kont tiegħu.

**Pretensjoni:**

L-EPSO għandu jwieġeb lill-ilmentatur u jħassar il-profil tal-EPSO tiegħu.

**5.** L-Ombusdman talab ukoll lill-EPSO biex jiċċara jekk kwalunkwe kompetizzjoni li pparteċipa fiha l-ilmentatur kinitx għadha għaddejja u, jekk iva, biex jipprovdi d-dettalji meħtieġa. L-EPSO wieġeb fl-14 ta' Settembru 2016. It-tweġiba tal-EPSO ntbagħtet lill-ilmentatur li ma ssottomettiex kummenti dwarha.

**6. Matul**l-inkjesta, l-Ombudsman ikkunsidra kif xieraq l-informazzjoni pprovduta fl-ilment u b'mod partikolari l-korrispondenza skambjata bejn l-ilmentatur u l-EPSO.

**Allegat nuqqas ta' tweġiba u ta' tħassir tal-profil tal-EPSO tal-ilmentatur**

Argumenti magħmula mill-ilmentatur u l-EPSO

**7.** Fl-14 ta' Settembru 2016, **l-EPSO** wieġeb lill-ilmentatur. Fit-tweġiba tiegħu, l-EPSO rrefera għat-tweġiba preċedenti tiegħu li skontha l-profil tal-EPSO tal-ilmentatur ma setax jitħassar. Hija ċċarat li, skont il-profil tal-EPSO tiegħu, l-ilmentatur kien kandidat għal żewġ proċeduri ta' selezzjoni tal-aġenti kuntrattwali tal-EPSO, jiġifieri EPSO/CAST/02/10-F2 u EPSO/CAST/P/4/2015. L-EPSO ddikjara wkoll li l-validità tal-bażijiet tad-data ta' dawn il-proċeduri ta' selezzjoni kienet ġiet estiża sal-31 ta' Diċembru 2016.

**8.** L-EPSO spjega lill-ilmentatur il-politika **u r-regoli tiegħu dwar iż-żamma tad-data.** Huwa ddikjara li, għall-kompetizzjonijiet ġenerali, il-punt 22 a) tan-Notifika lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) ‐ 336 jgħid li: "Il-perjodu*ta' żamma għad-data online huwa ta' 12-il xahar wara r-reklutaġġ tal-kandidat magħżul jew sal-għeluq tal-lista ta' riżerva jekk il-persuna ma tkunx ġiet irreklutata. Għall-applikanti (kandidati li ma jirnexxux), id-data online tinżamm għal 12-il xahar wara l-għeluq tal-aħħar kompetizzjoni tal-applikant. Applikazzjonijiet mhux ivvalidati: sena wara d-data tal-għeluq. Il-fajls tal-karti jiġu ffajljati u jinżammu għal 10 snin.*"

**9.** Għas-sejħiet għal proposti tal-CAST, il-punt 22 a) tan-Notifika lill-UPD - 884 jipprevedi li "l-perjodu*ta' żamma huwa ta' 3 snin għall-bażi tad-data tal-kandidati li għaddew. Jekk bażi tad-data tiġi estiża lil hinn mill-perjodu ta' tliet snin, l-EPSO jippubblika avviż fuq is-sit web tiegħu. L-informazzjoni meħtieġa għall-ħolqien ta' Profil tal-EPSO (isem, isem, indirizz tal-email u password użati) tinżamm mill-EPSO għal sena wara d-data ta' skadenza tal-validità tal-bażi tad-data. Din id-data tista' terġa' tintuża biex tirreġistra għal għażliet oħra ta' aġenti kuntrattwali".*

**10.** Għalhekk, l-EPSO qal li peress li l-perjodu taż-żamma tad-data għall-proċeduri tal-għażla tal-CAST li l-ilmentatur kien ipparteċipa fih kien għadu ma ntemmx, huwa ma setax iħassar il-profil tal-EPSO tiegħu. Madankollu, l-EPSO assigura lill-ilmentatur li, malli jintemm il-perjodu ta' żamma relatat ma' kwalunkwe selezzjoni li fiha jkun kandidat (jew li jkun lesta b'suċċess), il-kont tal-EPSO tiegħu jitħassar.

**11.** **L-ilmentatur** ma ssottometta l-ebda kumment dwar it-tweġiba tal-EPSO ta' hawn fuq.

Il-valutazzjoni tal-Ombudsman

**12.** Rigward l-allegat nuqqas ta' tweġiba, l-Ombudsman tinnota li l-EPSO wieġeb lill-ilmentatur fl-14 ta' Settembru 2016. Għalhekk, l-EPSO **solva l-allegazzjoni tal-ilmentatur.**

**13.** Fir-rigward tal-affermazzjoni tal-ilmentatur li l-profil tal-EPSO tiegħu għandu jitħassar, mit-tweġiba tal-EPSO jidher li l-ilmentatur huwa kandidat għal żewġ proċeduri ta' selezzjoni tal-aġenti kuntrattwali tal-EPSO li għalihom il-perjodu taż-żamma tad-data ma skadiex. B'mod partikolari jidher li l-bażi tad-data tal-proċedura tal-għażla EPSO/CAST/02/10 ġiet estiża sal-31 ta' Diċembru 2016[\[1\]](#_ftn1){#_ftnref1}, u li l-proċedura tal-għażla EPSO/CAST/P/4/2015 għadha għaddejja[\[2\]](#_ftn2){#_ftnref2}. Għalhekk, il-pożizzjoni tal-EPSO li għadu ma jistax iħassar il-kont tal-ilmentatur hija f'konformità mar-regoli tiegħu dwar iż-żamma tad-data. Għalhekk, **l-Ombudsman ma jsib l-ebda maladministdraiton fir-rigward tal-affermazzjoni tal-ilmentatur.**

**Konklużjoni**

Abbażi tal-inkjesta dwar dan l-ilment, l-Ombudsman għalaqha bil-konklużjonijiet li ġejjin[\[3\]:](#_ftn3){#_ftnref3}

**L-EPSO solva l-allegazzjoni tal-ilmentatur.**

**Ma hemm l-ebda amministrazzjoni ħażina mill-EPSO fir-rigward tat-talba tal-ilmentatur li l-profil tal-EPSO tiegħu għandu jitħassar.**

L-ilmentatur u l-EPSO se jiġu infurmati b'din id-deċiżjoni.

Strasburgu, 21/10/2016

Lambros Papadias

- Unit 3 Kap tal-Inkjesti

[\[1\]](#_ftnref1){#_ftn1} Is-sit web tal-EPSO jsemmi li "l-validità *tal-bażi tad-data ġiet estiża sal-31/12/2016. Id-data ta' validità l-ġdida se tapplika għall-profili kollha u l-gruppi* ta' funzjoni kollha" (http://europa.eu/epso/success/cast/cast_2010/index_en.htm#chapter1).

[\[2\]](#_ftnref2){#_ftn2} Il-blog tal-EPSO jsemmi li "Sakemm*ma jkunx iddikjarat mod ieħor fuq is-sit web tal-EPSO, **din is-sejħa se tibqa'**miftuħa għar-reġistrazzjoni mingħajr ebda skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet"*****(http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/2016/03/02/figures-about-the-selection-procedure-epsocastp1-42015/).

[\[3\]](#_ftnref3){#_ftn3} L-informazzjoni dwar il-proċedura ta' rieżami tal-Ombudsman tista' tinstab fuq is-sit [web:](/mt/resources/otherdocument.faces/mt/70669/html.bookmark) [http://www.ombudsman.europa.eu/en/atyourservice/complainantsrights.faces](/mt/atyourservice/complainantsrights.faces)