# Deċiżjoni fil-każ 1752/2019/MDC dwar id-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal li ma jaċċettax kandidat għal proċedura tal-għażla għall-impjegati taċ-ċivil tal-UE minħabba n-nuqqas ta’ esperjenza professjonali tiegħu
- Awtur: Ombudsman Ewropew
- Data: 2020-01-10T00:00+01:00[Europe/Paris]
- [URL](https://www.ombudsman.europa.eu/mt/decision/mt/123320)
---
> Il-każ kien jikkonċerna d-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal li ma jaċċettax lill-ilmentatur għal proċedura tal-għażla għall-impjegati taċ-ċivil tal-UE fil-qasam tal-operazzjonijiet ta' sigurtà minħabba n-nuqqas ta' esperjenza professjonali tiegħu.
>
> L-Ombudsman sabet li l-bord tal-għażla kien eżamina l-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni tal-ilmentatur u vvalutaha skont il-kriterji ta' eliġibbiltà. L-Ombudsman ma identifikax żball manifest fil-mod kif il-bord tal-għażla vvaluta l-applikazzjoni, u għalaq l-inkjesta b'sejba ta' nuqqas ta' amministrazzjoni ħażina.
>
^Fuq l-ilment^
--------------
**1.** L-ilmentatur ħa sehem fi proċedura tal-għażla għar-reklutaġġ ta' impjegati taċ-ċivil tal-UE, li ġiet organizzata mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)[^\[1\]^](#_ftn1){#_ftnref1}. Il-proċedura tal-għażla ġiet organizzata għar-reklutaġġ ta' assistenti tas-sigurtà f'għadd ta' oqsma, inkluż il-qasam tal-operazzjonijiet tas-sigurtà, li kien il-qasam magħżul mill-ilmentatur.
**2.** L-EPSO informa lill-ilmentatur li ma kienx eliġibbli biex jipparteċipa fil-proċedura tal-għażla peress li ma kellux l-esperjenza professjonali meħtieġa biex jissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fl-"avviż tal-kompetizzjoni".[^\[2\]^](#_ftn2){#_ftnref2}
**3.**L-ilmentatur talab lill-EPSO jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu. Wara r-rieżami, l-EPSO informa lill-ilmentatur li l-bord tal-għażla kien ikkonferma d-deċiżjoni tiegħu li ma jaċċettax lill-ilmentatur għall-proċedura tal-għażla.
**4.**Peress li ma kienx sodisfatt bl-eżitu tar-rieżami, l-ilmentatur irrikorra għand l-Ombudsman fl-20 ta' Settembru 2019.
L-inkjesta
----------
**5.**L-Ombudsman fetħet inkjesta dwar l-ilment dwar kif il-bord tal-għażla vvaluta l-esperjenza professjonali tal-ilmentatur.
**6. Matul**l-inkjesta, it-tim ta' inkjesta tal-Ombudsman spezzjona l-fajl tal-EPSO rilevanti għal dan il-każ. Ir-rapport ta' spezzjoni, flimkien mal-ispjegazzjonijiet dettaljati tal-EPSO, huwa anness ma' din id-deċiżjoni.
Il-valutazzjoni tal-Ombudsman
-----------------------------
**7.** Fil-valutazzjoni tal-kandidati, il-bordijiet tal-għażla huma marbuta bil-kriterji ta' eliġibbiltà għall-proċedura tal-għażla inkwistjoni. Fl-istess ħin, skont il-ġurisprudenza tal-UE, il-bordijiet tal-għażla għandhom marġni wiesa' ta' diskrezzjoni meta jivvalutaw il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali ta' kandidat skont dawk il-kriterji.[^\[3\]^](#_ftn3){#_ftnref3} Għalhekk, ir-rwol tal-Ombudsman huwa limitat għad-determinazzjoni ta' jekk kienx hemm żball manifest mill-bord tal-għażla.[^\[4\]^](#_ftn4){#_ftnref4}
**8.**Id-dokumenti u l-ispjegazzjonijiet mogħtija lill-Ombudsman matul l-ispezzjoni tal-fajl tal-EPSO (ara r-rapport ta' spezzjoni anness ma' din id-deċiżjoni) ma jindikaw l-ebda żball manifest fil-mod kif il-bord tal-għażla vvaluta l-eliġibbiltà tal-ilmentatur.
**9.** It-twemmin personali ta' kandidat dwar ir-rilevanza tal-profil tiegħu ma jistax iqiegħed f'dubju l-evalwazzjoni tal-Bord tal-Għażla u ma jikkostitwixxix prova ta' żball manifest mill-Bord tal-Għażla[^\[5\].^](#_ftn5){#_ftnref5}
**10.**Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, l-Ombudsman ma ssib l-ebda amministrazzjoni ħażina fil-mod kif il-bord tal-għażla vvaluta l-eliġibbiltà tal-ilmentatur.
Konklużjonijiet
---------------
Abbażi tal-inkjesta, l-Ombudsman jagħlaq dan il-każ bil-konklużjoni li ġejja^[\[6\]:](#_ftn6){#_ftnref6}^
**Ma kien hemm l-ebda amministrazzjoni ħażina fil-mod kif l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal ivvaluta l-eliġibbiltà tal-ilmentatur.**
L-ilmentatur u l-EPSO se jiġu infurmati b'din id-deċiżjoni.
Emily O'Reilly
L-Ombudsman Ewropew
Strasburgu, 10/01/2020
[\[1\]](#_ftnref1){#_ftn1} EPSO/AST/147/19 - 1: [https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=OJ:C:2019:030A:FULL\&from=EN](https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=OJ:C:2019:030A:FULL&from=EN)
[\[2\]](#_ftnref2){#_ftn2} Il-kriterji ta' eliġibbiltà huma definiti fl-"avviż ta' kompetizzjoni", li jistabbilixxi l-kriterji u r-regoli li japplikaw għall-proċedura tal-għażla.
[\[3\]](#_ftnref3){#_ftn3} Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Frar 1999, il-Kawża T-244/97, *Mertens vs il-Kummissjoni,* il-paragrafu 44: <https://eur-lex.europa.eu/legal-content/HR/TXT/?uri=CELEX:61997TJ0244>; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Mejju 2005, il-Kawża T-25/03, *De Stefano vs il-Kummissjoni,* il-paragrafu 34: [http://curia.europa.eu/juris/celex.jsf?celex=62003TJ0025\&lang1=en\&type=TXT\&ancre](http://curia.europa.eu/juris/celex.jsf?celex=62003TJ0025&lang1=en&type=TXT&ancre)=.
[\[4\]](#_ftnref4){#_ftn4} Ara d-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew li tagħlaq l-inkjesta dwar l-ilment 14/2010/ANA kontra
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal, paragrafu 14 (deċiżjoni disponibbli hawnhekk:
<https://www.ombudsman.europa.eu/cases/decision.faces/en/10427/html.bookmark#_ftnref5>); u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-31 ta' Mejju 2005, Kawża T-294/03, *Gibault vs il-Kummissjoni,* paragrafu 41: <https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/ALL/?uri=CELEX:62003TJ0294>.
[\[5\]](#_ftnref5){#_ftn5} Is-Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) tal-15 ta' Lulju 1993 fil-Kawżi Magħquda T-17/90, T-28/91 u T-17/92, *Camara Alloisio e.a. vs Il-Kummissjoni,* il-paragrafu 90: <https://eur-lex.europa.eu/legal-content/GA/TXT/?uri=CELEX:61990TJ0017>; is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Jannar 2003, il-Kawża T-53/00, *Angioli vs il-Kummissjoni,* il-paragrafu 94: [http://curia.europa.eu/juris/document/document.jsf;jsessionid=5C753C4AA9003D9CA2267431863773CE?text=\&docid=47998\&pageIndex=0\&doclang=FR\&mode=lst\&dir=\&occ=first\&part=1\&cid=6802917](http://curia.europa.eu/juris/document/document.jsf;jsessionid=5C753C4AA9003D9CA2267431863773CE?text=&docid=47998&pageIndex=0&doclang=FR&mode=lst&dir=&occ=first&part=1&cid=6802917)
[\[6\]](#_ftnref6){#_ftn6} Informazzjoni sħiħa dwar il-proċedura u d-drittijiet relatati mal-ilmenti tinsab [fuq https://www.ombudsman.europa.eu/en/document/70707](https://www.ombudsman.europa.eu/en/document/70707)