# Deċiżjoni fil-każ 1379/2018/CEC dwar in-nuqqas tal-Kummissjoni Ewropea li twieġeb għat-talbiet għar-rimborż tal-ispejjeż mediċi
- Awtur: Ombudsman Ewropew
- Data: 2018-11-23T10:00+01:00[Europe/Paris]
- [URL](https://www.ombudsman.europa.eu/mt/decision/mt/106726)
---
**1.**Fit-23 ta' Marzu 2018, l-ilmentatur kiteb lill-Kummissjoni Ewropea, b'mod partikolari lill-Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO), dwar it-talbiet tiegħu għar-rimborż tal-ispejjeż tat-trattament dentali u ortodontiku. Peress li l-ilmentatur ma rċeviex tweġiba, huwa rrikorra għand l-Ombudsman Ewropew fl-1 ta' Awwissu 2018.

**2.**It-tim investigattiv tal-Ombudsman ikkuntattja lill-Kummissjoni Ewropea. Sussegwentement, il-Kummissjoni bagħtet tweġiba lill-ilmentatur fil-11 ta' Settembru 2018. Il-Kummissjoni ddikjarat li hija ddispjaċiha li l-ilmentatur ma kienx irċieva l-informazzjoni mitluba, u tatu informazzjoni dwar it-talbiet tiegħu għall-approvazzjoni ta' trattament mediku u t-talbiet għar-rimborż tal-ispejjeż mediċi.

**3.** Peress li issa ntbagħtet tweġiba, dan l-ilment ġie solvut[\[1\]](#_ftn1){#_ftnref1} u ddeċidejt li nagħlaq il-każ[\[2\]](#_ftn2){#_ftnref2}.

Lambros Papadias

Kap tal-Unità 3 - Investigazzjonijiet

Magħmul fi Strasburgu, 21/11/2018

[\[1\]](#_ftnref1){#_ftn1} Jekk l-ilmentatur iqis li t-tweġiba tal-istituzzjoni mhijiex sodisfaċenti, huwa liberu li jressaq ilment ġdid quddiem l-Ombudsman.

[\[2\]](#_ftnref2){#_ftn2} Dan l-ilment ġie ttrattat wara li ġie ddelegat skont l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni ++[tal-Ombudsman Ewropew li tistabbilixxi r-regoli ta' implimentazzjoni](https://www.ombudsman.europa.eu/nl/resources/provisions.faces#hl10)++