• Ressaq ilment
  • Talba għall-informazzjoni
60th Rome Treaty anniversaryL-Ewropa tiegħek - Il-portal għas-servizzi pubbliċi online Ewropej u nazzjonali

Sommarju tad-deċiżjoni fil-każ 1311/2016/TM dwar kif l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ttrattat rapport dwar is-sikurezza

Lingwi disponibbli :  bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.hr.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv
  • Każ :  1311/2016/TM
    Miftuħa fil- 16 Nov 2016 - Rakkomandazzjoni dwar 14 Fra 2018 - Deċiżjoni fil- 12 Ġun 2018
  • Istituzzjoni(jiet) konċernata(i) :  L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni

Il-każ ikkonċerna l-mod kif l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) ttrattat “rapport dwar is-sikurezza” sottomess minn mekkanik tal-manutenzjoni ta’ inġenji tal-ajru li jaħdem f’bażi ta’ manutenzjoni f’ajruport fl-UE. L-ilmentatur ma kienx sodisfatt bil-fatt li l-EASA naqset milli tinfurmah dwar is-segwitu għar-rapport tiegħu.

Ir-rapport tal-ilmentatur ġie ttrattat skont ir-regoli tar-Rappurtar Kunfidenzjali dwar is-Sikurezza (CSR) tal-EASA. Skont ir-regoli li kien hemm fis-seħħ f’dak iż-żmien, il-persuni li kienu qed jagħmlu r-rapporti ġew infurmati li ma kinux se jiġu nnotifikati dwar is-segwitu għar-rapport tagħhom.

L-Ombudsman għamlet investigazzjoni dwar il-kwistjoni u sabet li l-prattika tal-EASA, li ma tagħtix informazzjoni ta’ segwitu dwar ir-rapporti li tirċievi, ikkostitwixxiet amministrazzjoni ħażina. L-Ombudsman irrakkomandat li l-EASA temenda l-proċedura tas-CSR sabiex tiżgura li dawk li jirrappurtaw tħassib dwar is-sikurezza jirċievu feedback sal-punt li jkun possibbli mingħajr ma tiġi kompromessa l-integrità tal-azzjonijiet tal-EASA.

L-EASA aċċettat ir-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman u biddlet il-prattika tagħha rigward il-feedback għal dawk li jirrappurtaw tħassib dwar is-sikurezza. L-Ombudsman tilqa’ bi pjaċir il-passi immedjati li ttieħdu mill-EASA u tagħlaq l-investigazzjoni.