• Ressaq ilment
  • Talba għall-informazzjoni
60th Rome Treaty anniversaryL-Ewropa tiegħek - Il-portal għas-servizzi pubbliċi online Ewropej u nazzjonali

Sommarju tad-deċiżjoni fl-investigazzjoni strateġika OI/2/2017/TE dwar it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill

Lingwi disponibbli :  bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.hr.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv
  • Każ :  OI/2/2017/TE
    Miftuħa fil- 10 Mar 2017 - Rakkomandazzjoni dwar 09 Fra 2018 - Rapport Speċjali fil- 16 Mej 2018 - Deċiżjoni fil- 15 Mej 2018
  • Istituzzjoni(jiet) konċernata(i) :  Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

Din l-investigazzjoni strateġika kienet tikkonċerna t-trasparenza tad-diskussjonijiet dwar l-abbozz ta’ leġiżlazzjoni fil-korpi preparatorji tal-Kunsill tal-UE (il-“Kunsill)”.

Sabiex iċ-ċittadini Ewropej ikunu jistgħu jeżerċitaw b’mod xieraq id-dritt demokratiku tagħhom li jipparteċipaw fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE, u jżommu lil dawk involuti responsabbli, id-deliberazzjonijiet leġiżlattivi jridu jkunu trasparenti biżżejjed.

Meta l-gvernijiet tat-28 Stat Membru fil-Kunsill jadottaw formalment il-leġiżlazzjoni tal-UE, il-laqgħat u kwalunkwe diskussjoni leġiżlattiva jkunu pubbliċi. Madankollu, qabel ma l-Kunsill jasal għal pożizzjoni formali, id-diskussjonijiet isiru f’aktar minn 150 korp preparatorju. Huwa f’dan il-livell li jiġu proposti l-biċċa l-kbira tal-bidliet għall-abbozz tal-leġiżlazzjoni u jiġu mfittxija kompromessi bejn l-Istati Membri.

Madankollu, il-korpi preparatorji ma jiltaqgħux fil-pubbliku. Iċ-ċittadini jistgħu jeżerċitaw id-dritt demokratiku tagħhom li jsegwu diskussjonijiet leġiżlattivi biss billi jaċċessaw rekords ta’ dawn id-diskussjonijiet. Dan jitlob li d-diskussjonijiet leġiżlattivi fil-korpi preparatorji jiġu ddokumentati b’mod xieraq u li l-aċċess f’waqtu għad-dokumenti rilevanti jkun disponibbli faċilment.

F’dan l-isfond, l-Ombudsman fetħet din l-investigazzjoni strateġika f’Marzu 2017. Hija staqsiet mistoqsijiet speċifiċi lill-Kunsill, nediet konsultazzjoni pubblika u spezzjonat fajls leġiżlattivi tal-Kunsill.

L-Ombudsman sabet li l-prattiki attwali tal-Kunsill jikkostitwixxu amministrazzjoni ħażina. Hija kkritikat b’mod speċifiku n-nuqqas tal-Kunsill li jirreġistra b’mod sistematiku l-identità tal-Istati Membri li jieħdu pożizzjonijiet fkorpi preparatorji, u l-firxa wiesgħa tar-restrizzjoni tal-aċċess għal dokumenti leġiżlattivi waqt li t-teħid tad-deċiżjonijiet ikun għadu għaddej (‘l hekk imsejjaħ immarkar “LIMITE”).

Fid-9 ta’ Frar 2018, l-Ombudsman għamlet tliet rakkomandazzjonijiet speċifiċi u diversi suġġerimenti lill-Kunsill dwar kif itejjeb it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tiegħu.

Il-Kunsill ma tax tweġiba dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman fl-iskeda ta’ żmien preskritta b’mod legali ta’ tliet xhur. Għalhekk, l-Ombudsman għalqet il-każ, wara li kkonfermat is-sejbiet, ir-rakkomandazzjonijiet u s-suġġerimenti tagħha għat-titjib. Dan se jiġi segwti minn Rapport Speċjali lill-Parlament Ewropew.

 

Dokumenti relatati