• Ressaq ilment
  • Talba għall-informazzjoni
60th Rome Treaty anniversaryL-Ewropa tiegħek - Il-portal għas-servizzi pubbliċi online Ewropej u nazzjonali

Sommarju tad-deċiżjoni fil-każ 1286/2017/KM dwar it-trattament tal-Kummissjoni Ewropea ta’ talba għall-aċċess għad-dokumenti dwar id-data tas-salarji għall-impjegati taċ-ċivil fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea

Lingwi disponibbli :  bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.hr.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv
  • Każ :  1286/2017/KR
    Miftuħa fil- 03 Awi 2017 - Deċiżjoni fil- 20 Apr 2018
  • Istituzzjoni(jiet) konċernata(i) :  Il-Kummissjoni Ewropea

Il-każ kien jikkonċerna talba għall-aċċess għal dokumenti miżmuma mid-dipartiment tal-istatistika tal-Kummissjoni Ewropea, li spiss jissejjaħ il-Eurostat. L-ilmentatur, ġurnalist, ried jikseb data aggregata dwar is-salarji mħallsa lill-impjegati taċ-ċivil fil-pajjiżi tal-UE.

Il-Kummissjoni tat aċċess għad-dokumenti li jikkonċernaw 23 pajjiż. Hija spjegat li żewġ pajjiżi ma pprovdew ebda data fl-2016 u li tliet pajjiżi kienu oġġezzjonaw għar-rilaxx tad-dokumenti mill-Kummissjoni.

L-ilmentatur appella din id-deċiżjoni. Meta kien għadu ma rċeviex tweġiba formali wara diversi xhur, huwa ressaq l-ilment tiegħu lill-Ombudsman. L-Ombudsman investigat il-materja u indikat lill-Kummissjoni li l-Istati Membri ma għandhomx veto fuq deċiżjonijiet sabiex jagħtu aċċess għal dokumenti li jkunu bagħtu lill-Kummissjoni.

Eventwalment, il-Kummissjoni, mbagħad, tat aċċess għad-dokumenti inkwistjoni.

L-Ombudsman għalqet il-każ bħala riżolt.