• Ressaq ilment
  • Talba għall-informazzjoni
60th Rome Treaty anniversaryL-Ewropa tiegħek - Il-portal għas-servizzi pubbliċi online Ewropej u nazzjonali

Sommarju tad-deċiżjoni fil-każ 1086/2017/PMC dwar l-interpretazzjoni legali tal-Kummissjoni Ewropea tal-perjodu ta' sena għall-ġbir ta' firem li jappoġġjaw Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Lingwi disponibbli :  bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.hr.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv
  • Każ :  1086/2017/PMC
    Miftuħa fil- 04 Ott 2017 - Deċiżjoni fil- 04 Ott 2017
  • Istituzzjoni(jiet) konċernata(i) :  Il-Kummissjoni Ewropea

Il-kwistjoni f'dan il-każ kienet meta eżattament jibda l-perjodu ta' sena waħda għall-ġbir ta' firem li jappoġġjaw Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI). Il-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra li l-perjodu jibda fid-data tar-reġistrazzjoni ta' ECI.

L-ilmentaturi spjegaw li dan l-approċċ żvantaġġahom u argumentaw li l-perjodu jista' jibda wara d-data ta' reġistrazzjoni.

L-Ombudsman tkixxfet dwar il-kwistjoni u skopriet li, kif inhi l-liġi bħalissa, il-Kummissjoni kellha raġun tikkunsidra li l-perjodu ta' sena għall-ġbir ta' firem jibda fid-data tar-reġistrazzjoni ta' ECI. Għaldaqstant ma sabet l-ebda amministrazzjoni ħażina mill-Kummissjoni.

Madankollu, l-Ombudsman tinnota b'sodisfazzjon li l-proposta riċenti tal-Kummissjoni għal Regolament rivedut tal-ECI tinkludi proposta li l-organizzaturi tal-ECI għandhom jitħallew (b'ċerti limiti) jagħżlu d-data tal-bidu għall-ġbir ta' firem.

Dan jindirizza b'mod sodisfaċenti l-kwistjoni sistemika li fuqha hu bbażat dan l-ilment.