• Ressaq ilment
  • Talba għall-informazzjoni
60th Rome Treaty anniversaryL-Ewropa tiegħek - Il-portal għas-servizzi pubbliċi online Ewropej u nazzjonali

Żvilupp dwar ir-rimarki kritiċi u rimarki oħrajn mingħand l-istituzzjonijiet

1. Introduzzjoni

L-Ombudsman Ewropew jaqdi l-interessi tal-pubbliku inġenerali billi jgħin fit-titjib tal-kwalità tal-amministrazzjoni u s-servizz mogħti liċ-ċittadini mill-istituzzjonijiet tal-UE[1]. Fl-istess ħin, l-Ombudsman joffri rimedju alternattiv liċ-ċittadini u lir-residenti tal-UE biex iħares l-interessi tagħhom. Dan ir-rimedju huwa kumplimentari għall-protezzjoni tal-Qrati tal-UE u mhux bilfors għandu l-istess għan bħal proċeduri ġudizzjarji.

Il-Qrati biss għandhom is-setgħa li jaqtgħu sentenza legalment vinkolanti u li joffru interpretazzjonijiet awtoritattivi tal-liġi. L-Ombudsman jista’ jagħmel proposti u rakkomandazzjonijiet u, bħala l-aħħar miżura, jiġbed l-attenzjoni politika dwar xi każ partikulari billi jagħmel rapport speċjali lill-Parlament Ewropew. Għalhekk l-effikaċja tal-Ombudsman tiddependi mill-awtorità morali u għaldaqstant huwa essenzjali li x-xogħol tal-Ombudsman ikun jidher ġust, imparzjali u magħmul bir-reqqa.

Uħud mid-deċiżjonijiet tal-Ombudsman li jagħlqu l-inkjesti fihom kritika kostruttiva u suġġerimenti lill-istituzzjoni tal-UE inkwistjoni fil-forma ta’ rimarki kritiċi u/jew ulterjuri. Rimarka kritika tkun bbażata fuq konstatazzjoni ta’ amministrazzjoni ħażina, filwaqt li rimarka ulterjuri ssir mingħajr tali konstatazzjoni. Kull sena l-Ombudsman jippubblika studju dwar kemm l-istituzzjonijiet tal-UE eżaminaw rimarki kritika u ulterjuri, ħadu lezzjonijiet minnhom, u introduċew bidliet sistemiċi li jwasslu biex ikun hemm inqas ċans li sseħħ amministrazzjoni ħażina fil-ġejjieni.

2. L-għan tar-rimarki kritiċi u rimarki ulterjuri

F’dan l-isfond, ir-rimarki ulterjuri jkollhom għan uniku: li jaqdu l-interess pubbliku billi jgħinu lill-istituzzjoni inkwistjoni tgħolli l-kwalità tal-amministrazzjoni tagħha fil-futur. Rimarka ulterjuri ma tkunx ibbażata fuq sejba ta’ amministrazzjoni ħażina. Għalhekk ma għandhiex tkun mifhuma li qed timplika kritika tal-istituzzjoni li lilha tkun indirizzata iżda pjuttost li qed tipprovdi parir dwar kif tista’ tittejjeb prattika partikolari sabiex tittejjeb il-kwalità tas-servizz ipprovdut liċ-ċittadini.

Bil-kuntrarju, rimarka kritika normalment jkollha aktar minn għan wieħed. Bħal rimarka ulterjuri, rimarka ta’ kritika dejjem ikollha dimensjoni edukattiva: tinforma l-istituzzjoni b’dak li għamlet ħażin, biex tevita tali amministrazzjoni ħażina fil-futur. Sabiex timmassimizza l-potenzjal edukattiv tagħha, rimarka kritika tidentifika ir-rwol jew il-prinċipju li jkun inkiser u (sakemm ma jkunx ovvju) tispjega x’messha għamlet l-istituzzjoni fiċ-ċirkostanzi partikulari tal-każ. Mibnija b’dan il-mod, rimarka ta’ kritika tispjega u tiġġustifika wkoll is-sejba ta’ amministrazzjoni ħażina tal-Ombudsman u b’hekk tfittex li ssaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini u tal-istituzzjonijiet  fil-ġustizzja u r-reqqa tax-xogħol tiegħu. Barra dan, billi turi li l-Ombudsman ikun lest li jiċċensura pubblikament l-istituzzjonijiet, fejn meħtieġ, rimarki kritiċi jtejbu l-fiduċja tal-pubbliku fl-imparjzalità tal-Ombudsman.

Rimarka kritika, madankollu, ma tikkostitwixxix rimedju għall-ilmentatur. Mhux l-l-ilmentaturi kollha jitolbu rimedju u mhux it-talbiet kollha għal rimedju jkunu ġġustifikati. Meta madankollu suppost li jkun ġie pprovdut rimedju, li jingħalaq il-każ b’rimarka kritika juri nuqqas triplu. L-ilmentatur naqas milli jikseb sodisfazzjon; l-istituzzjoni inkwistjoni naqset milli tikkoreġi l-amministrazzjoni ħażina; u l-Ombudsman naqas milli jipperswadi l-istituzzjoni inkwistjoni milli tibdel il-pożizzjoni tagħha[2].

Fejn għandu jiġi pprovdut rimedju, ikun l-aħjar li kieku l-istituzzjoni inkwistjoni tieħu l-inizjattiva, meta tirċievi l-ilment, tirrikonoxxi l-amministrazzjoni ħażina u toffri rimedju xieraq. F’xi każi din tista’ tikkonsisti minn sempliċi apoloġija.

Billi tieħu tali azzjoni, l-istituzzjoni turi l-impenn tagħha li ttejjeb ir-relazzjonijiet maċ-ċittadini. Turi wkoll li hija konxja minn x’għamlet ħażin u  b’hekk tkun tista’ tevita amministrazzjoni ħażina simili fil-futur. F’tali ċirkostanzi, ma jkunx neċessarju li l-Ombudsman jagħmel rimarka kritika. Jekk, madankollu jkun hemm suspett li l-każ individwali jista’ jirriżulta minn problema sistemika bażi, l-Ombudsman jista’ jiddeċiedi li jiftaħ inkesta fuq inizjattiva proprja, anke jekk il-każ speċifiku jkun issolva b’tali mod li jissodisfa lill-ilmentatur.

3. Rimarki ta’ kritika f’każi fejn soluzzjoni bonarja jew abbozz ta’ rakkomandazzjoni ma jkunux xierqa

Minn dak li ntqal, jista’ jidher li ħafna mir-rimarki kritiċi jirrappreżentaw opportunitajiet mitlufa. L-aħjar riżultat kien ikun li l-istituzzjoni inkwisjoni tirrikonoxxi l-amministrazzjoni ħażina u toffri rimedju xieraq, li f’xi każi jista’ jikkonsisti minn sempliċi apoloġija. Kieku għamlet dan, l-ebda rimarka kritika ma kienet tkun meħtieġa.

L-ilmentatur, madankollu, mhux dejjem ikollu raġun u l-istituzzjoni inkwistjoni tkun intitolata tiddefendi l-pożizzjoni tagħha. Kważi nofs il-każi li ma jissolvewx mill-istituzzjoni fi stadju bikri maż-żmien iwasslu għas-sejba tal-ebda amministrazzjoni ħażina. F’dawn il-każi l-istituzzjoni jirnexxielha tispjega għas-sodisfazzjon tal-Ombudsman (u, f’xi każi, ukoll għas-sodisfazzjon tal-ilmentatur) l-għaliex kien intitolat li jaġixxi kif għamel u għaliex mhuwiex sejjer jibdel il-pożizzjoni tiegħu.

Fejn l-Ombudsman ma jaqbilx mal-istituzzjoni u jsib amministrazzjoni ħażina li għaliha l-ilmentatur ikollu jirċievi rimedju, il-proċedura normali hija li tkun proposta soluzzjoni bonarja. Jekk l-istituzzjoni tirrifjuta tali proposta mingħajr raġuni valida, il-pass li jmiss is-soltu jkun abbozz ta’ rakkomandazzjoni.

F’każi fejn l-Ombudsman jikkunsidra li ma jkunx probabbli li l-istituzzjoni taċċetta soluzzjoni bonarja, jew li soluzzjoni bonarja ma tkunx xierqa, huwa jista’ jipproċedi direttament għal abbozz ta’ rakkomandazzjoni. Billi jipproponi soluzzjoni bonarja, l-Ombudsman jimmira li jikseb qbil bejn l-istituzzjoni inkwistjoni u l-ilmentatur individwali, li ta’ spiss ifittex rimedju personali. Jekk l-amministrazzjoni ħażina li jkollha tkun primarjament rimedjata taffettwa l-interess pubbliku, l-Ombudsman jista’ jqis aktar xieraq li jagħmel abbozz ta’ rakkomandazzjoni li jfittex soluzzjoni bonarja.

Apoloġija bħala forma ta’ rimedju jixraqilha aċċenn speċjali f’dan il-kuntest. Sabiex tkun effettiva, jenħtieġ li l-apoloġija tkun sinċiera. Apoloġija li tidher li mhijiex sinċiera iġġib biss l-affarijiet agħar. Huwa iżjed probabbli li l-ilmentatur jgħodd apoloġija b’sinċiera jekk din issir mill-istituzzjoni fuq l-inizjattiva proprja tagħha, milli bi tweġiba għal suġġeriment formali mill-Ombudsman. Għal din ir-raġuni, l-Ombudsman spiss iqis li ma jkunx utli li tiġi proposta soluzzjoni bonarja li tikkonsisti f’apoloġija. Huwa saħansitra inqas probabbli li abbozz ta’ rakkomandazzjoni jkun utli.

Jekk xejn ma jkun jista’ jsir biex din l-amministrazzjoni ħażina titranġa, rimarka kritika tipprovdi mod ġust u effiċjenti biex jingħalaq il-każ.

Rimarka kritika f’tali ċirkustanzi tkun ġusta għall-ilmentatur għax tikkonferma li l-ilment kien iġġustifikat, għalkemm l-ebda rimedju ma huwa possibbli. Tkun ukoll ġusta għall-istituzzjoni inkwistjoni għaliex tikkostitwixxi l-eżitu tal-proċeduri tal-Ombudsman imfassla biex jiżguraw li l-istituzzjoni tkun infurmata bl-allegazzjonijiet, talbiet, evidenza, u argumenti ippreżentati mill-ilmentatur. L-istess proċeduri lill-istituzzjoni joffrulha l-opportunità tiddikjara l-fehma tagħha fl-għarfien kollu tal-każ kontriha qabel ma ssir ir-rimarka kritika.

Rimarka kritika tkun effiċjenti għax tevita li ttawwal inkjesta li ma tkunx tista’ twassal għal rimedju għall-ilmentatur.

Fir-rigward tal-interess pubbliku, ir-rimarka nnfisha tipprovdi d-dimensjoni edukattiva meħtieġa. L-istituzzjoni li lilha tkun indirizzata r-rimarka kritika għandha tieħu l-lezzjonijiet xierqa għall-futur. Dak li jkun xieraq jiddependi mill-amministrazzjoni ħażina inkwistjoni. Aċċident iżolat, pereżempju, jista’ ma jkunx jeħtieġ segwitu.

4. Rimarki kritiċi wara r-rifjut ta’ soluzzjoni bonarja jew abbozz ta’ rakkomandazzjoni

L-aċċettazzjoni tal-istituzzjoni ta’ soluzzjoni bonarja jew abbozz ta’ rakkomandazzjoni normalment twassal għall-għeluq tal-każ fuq dik il-bażi.

Jekk l-ilmentatur jirrifjuta soluzzjoni bonarja proposta mingħajr raġuni tajba, l-Ombudsman normalment iqis li l-ebda inkjesta oħra fil-każ ma tkun iġġustifikata.

Ir-rifjut tal-istituzzjoni ta’ soluzzjoni bonarja jew abbozz ta’ rakkomandazzjoni jista’ jwassal għal numru ta’ riżultati possibbli.

L-ewwel, l-Ombudsman jista’ iqis, wara li jikkunsidra r-rispons tal-istituzzjoni, li l-konstatazzjoni preċedenti tiegħu ta’ amministrazzjoni ħażina għandha tiġi riveduta.

It-tieni, jekk l-opinjoni dettaljata tal-istituzzjoni dwar abbozz ta’ rakkomandazzjoni ma tkunx sodisfaċenti, l-Ombudsman jista’ jagħmel rapport speċjali lill-Parlament Ewropew. Kif ġie indikat fir-Rapport Annwali tal-Ombudsman għall-1998, il-possibilità tal-preżentazzjoni ta’ rapport speċjali lill-Parlament Ewropew hija ta’ valur inestimabbli għax-xogħol tal-Ombudsman. Għalhekk ir-rapporti speċjali ma għandhomx jiġu ippreżentati daqshekk ta’ spiss, iżda biss kwantu kwistjonijiet importanti, fejn il-Parlament ikun kapaċi jieħu azzjoni biex jgħin lill-Ombudsman.

Finalment, l-Ombudsman jista’ jiddeċiedi li jagħlaq il-każ b’rimarka kritika, jew fl-istadju fejn l-istituzzjoni tirrifjuta soluzzjoni bonarja, jew jekk l-opinjoni dettaljata tal-istituzzjoni dwar abbozz ta’ rakkomandazzjoni ma tkunx sodisfaċenti.

F’xi każi, il-każ jista’ jingħalaq b’rimarka kritika, għax l-Ombudsman iqis li l-istituzzjoni b’mod konvinċenti uriet li, għalkemm kien hemm amministrazzjoni ħażina, ir-rimedju propost fis-soluzzjoni bonarja jew l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni ma jkunx adattat u l-ebda soluzzjoni jew rimedju ieħor ma jkunu possibbli. F’każi bħal dawn, ir-rimarka ta’ kritika tkun essenzjalment simili fin-natura għal dik li tkun saret jekk il-każ ikun ingħalaq mingħajr soluzzjoni bonarja jew abbozz ta’ rakkomandazzjoni.

Sfortunatament, hemm ukoll każi fejn l-istituzzjoni tirrifjuta s-suġġerimenti tal-Ombudsman għal raġunijiet li ma jkunux konvinċenti. Tabilħaqq, ikun hemm anke xi każi fejn l-istituzzjoni tirrifjuta li taċċetta l-konstatazzjoni ta’ amminstrazzjoni ħażina tal-Ombudsman.

Każi bħal dawn jirriskjaw li jfixklu l-awtorità morali tal-Ombudsman u jdgħajfu l-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet tagħha. L-esperjenza internazzjonali turina li l-istituzzjoni tal-Ombudsman tiffunzjona bl-aktar mod effikaċi fejn l-istat tad-dritt ikun tablħaqq stabbilit u fejn ikun hemm istituzzjonijiet demokratiċi li jiffunzjonaw tajjeb. F’tali kuntesti, l-awtoritajiet pubbliċi normalment isegwu r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman, minkejja l-fatt li ma jkunux legalment vinkolanti, anke jekk ma jkunux jaqblu magħhom.



[1] Artikolu 228 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jagħti s-setgħa lill-Ombudsman jinvestiga amministrazzjoni ħażina fl-attivitatjiet tal-“istituzzjonijiet, korpi u organi ta' l-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha". Fil-qosor, it-terminu “istituzzjoni” hawnhekk jintuża biex jirreferi għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji, u l-aġenziji kollha tal-UE.  

[2] Ir-rapporti annwali tal-Ombudsman jinkludu ħafna eżempji ta’ każijiet fejn l-istituzzjonijiet ipprovdew rimedju għall-ilmentaturi.

2016

Putting it Right? - How the EU institutions responded to the Ombudsman in 2016

2015

Putting it Right? - Annex - Detailed analysis of the responses to the Ombudsman’s remarks, recommendations and proposals in 2015

Putting it Right? - How the EU institutions responded to the Ombudsman in 2015

2014

Putting it Right? - Annex - Detailed analysis of the responses to the Ombudsman’s remarks, recommendations and proposals in 2014

Putting it Right? - How the EU institutions responded to the Ombudsman in 2014

2013

Putting it Right? - How the EU institutions responded to the Ombudsman in 2013

Putting it Right? - Annex - Detailed analysis of the responses to the Ombudsman’s remarks, recommendations and proposals in 2013

2012

Putting it Right? - Annex - Detailed analysis of the responses to the Ombudsman’s remarks, recommendations and proposals in 2012

Putting it Right? - How the EU institutions responded to the Ombudsman in 2012

2011

Report on responses to proposals for friendly solutions and draft recommendations - How the EU institutions complied with the Ombudsman’s suggestions in 2011

Follow-up to critical and further remarks - How the EU institutions responded to the Ombudsman’s recommendations in 2011

2010

Follow-up to critical and further remarks- How the EU institutions responded to the Ombudsman’s recommendations in 2010

2009

Follow-up to critical and further remarks- How the EU institutions responded to the Ombudsman’s recommendations in 2009

2008

Follow-up to critical and further remarks - How the EU institutions responded to the Ombudsman's recommendations in 2008

2007

Follow-up to critical and further remarks - How the EU institutions responded to the Ombudsman's recommendations in 2007

2006

Study of follow-up given by institutions to critical remarks and further remarks made by the Ombudsman in 2006