# Kif il-Kummissjoni Ewropea tiżgura t-trasparenza, l-inklużività u r-responsabbiltà fl-adozzjoni ta’ standards armonizzati relatati mal-intelliġenza artifiċjali - Awtur: Ombudsman Ewropew - Data: 2026-05-13T10:00+02:00[Europe/Paris] - [URL](https://www.ombudsman.europa.eu/mt/case/mt/69839) --- L-ilmentatur, organizzazzjoni mhux governattiva, qajjem tħassib dwar il-proċess tal-adozzjoni ta' standards armonizzati relatati mal-intelliġenza artifiċjali fil-kuntest tal-Att dwar l-IA. B'mod partikolari, l-ilmentatur huwa mħasseb li l-Kummissjoni Ewropea naqset milli tieħu passi suffiċjenti biex tiżgura li dawn l-istandards potenzjalment estensivi, li jiġu adottati minn korpi li jistabbilixxu l-istandards li joperaw bħala istituzzjonijiet privati, jiġu adottati b'mod trasparenti u li l-proċess ikun soġġett għar-responsabbiltà. [L-Ombudsman fetħet inkjesta](https://www.ombudsman.europa.eu/opening-summary/212090) u ppreżentat sensiela ta' mistoqsijiet lill-Kummissjoni. Wara li rċeviet it-tweġiba tal-Kummissjoni, l-Ombudsman [fittxet li torganizza laqgħa bejn it-tim ta'](https://www.ombudsman.europa.eu/doc/correspondence/224951) inkjesta tagħha u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni biex tikseb informazzjoni addizzjonali.