# Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ma tibqax tippubblika l-ismijiet tal-membri kollha tal-persunal tal-UE fid-direttorju online tal-persunal tal-UE (“Whoiswho”) - Awtur: Ombudsman Ewropew - Data: 2024-09-10T10:00+02:00[Europe/Paris] - [URL](https://www.ombudsman.europa.eu/mt/case/mt/65044) --- L-ilment kien jikkonċerna d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ma tibqax tippubblika l-ismijiet tal-membri kollha tal-persunal tal-UE, iżda minn issa 'l quddiem biss il-maniġers superjuri, fid-direttorju online tagħha tal-persunal tal-UE (Whoiswho). L-ilmentatur argumenta li dan jimmina t-trasparenza u r-responsabbiltà. L-Ombudsman sabet nuqqasijiet fil-mod kif il-Kummissjoni ħadet id-deċiżjoni dwar kwistjoni importanti li taffettwa t-trasparenza tal-istituzzjoni. Biex tindirizza dan, hija għamlet proposta għal [soluzzjoni li l-Kummissjoni](/solution/192083) twettaq proċess ġdid ta' teħid ta' deċiżjonijiet, filwaqt li qieset kemm il-ħtieġa li l-persunal jiġi protett minn influwenza mhux xierqa kif ukoll il-ħtieġa għal trasparenza. Il-Kummissjoni naqset milli taċċetta l-proposta għal soluzzjoni. L-Ombudsman[għalqet il-każ,](/decision/192132) billi qieset li l-ebda inkjesta ulterjuri ma kienet ġustifikata iżda esprimiet dispjaċir dwar kif il-Kummissjoni kienet ħadet id-deċiżjoni dwar kwistjoni daqshekk wiesgħa għat-trasparenza tal-istituzzjoni.