# It-trasparenza u r-responsabbiltà tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza
- Awtur: Ombudsman Ewropew
- Data: 2023-09-13T10:00+02:00[Europe/Paris]
- [URL](https://www.ombudsman.europa.eu/mt/case/mt/59363)
---
L-Ombudsman wettqet inizjattiva dwar it-trasparenza u r-responsabbiltà fl-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) tal-UE. L-inizjattiva ħarset lejn kif il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet il-mekkaniżmi ta' trasparenza u obbligu ta' rendikont fil-kuntest tal-RRF.

Hija [għalqet l-inizjattiva](/mt/doc/correspondence/mt/175056) u laqgħet il-progress li sar u identifikat għadd ta' oqsma għal titjib, sabiex il-pubbliku jkun jista' jiġi infurmat aħjar dwar kif jintefqu dawn il-fondi. Dawn kienu jinkludu fir-rigward ta' trasparenza akbar għall-pjanijiet nazzjonali u r-riċevituri tal-fondi fl-Istati Membri, kif ukoll kif jista' jittejjeb il-monitoraġġ tal-impatt tal-proġetti. Peress li l-interess pubbliku madwar l-RRF x'aktarx li jibqa' għoli għas-snin li ġejjin, l-Ombudsman beħsiebha tkompli timmonitorja kif il-Kummissjoni tiżgura t-trasparenza tal-RRF u tissorveljaha.