# Pagament lil sieħeb fi proġett skont ftehim ta’ għotja
- Awtur: Ombudsman Ewropew
- Data: 2012-04-15T00:01+02:00[Europe/Paris]
- [URL](https://www.ombudsman.europa.eu/mt/case/mt/4671)
---
Allegazzjoni(jiet)
------------------

1) Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) irrifjutaw li jikkomunikaw direttament mal-ilmentatur għalkemm għandhom ikunu konxji li l-kuntrattur tal-EACEA jonqos milli jaġixxi bħala mezz intermedjarju effettiv ta' komunikazzjoni.

2) L-EACEA naqset milli tiżgura li l-kuntrattur tagħha debitament irrispetta l-obbligi tiegħu li jħallas lill-ilmentatur, bħala sieħeb tal-Proġett.

Pretensjoni(jiet)
-----------------

1) L-EACEA għandha tispjega għaliex il-kuntrattur tagħha ma għamilx il-pagament rilevanti lill-ilmentatur

2) L-EACEA għandha tieħu azzjoni biex tiżgura li l-kuntrattur tagħha jħallas lill-ilmentatur.