# Talba għal aċċess għas-sottomissjonijiet bil-miktub tal-partijiet f’kawża magħluqa
- Awtur: Ombudsman Ewropew
- Data: 2015-09-17T10:00+02:00[Europe/Paris]
- [URL](https://www.ombudsman.europa.eu/mt/case/mt/42604)
---
**Allegazzjoni(jiet)**

1) Il-Qorti tal-Ġustizzja rrifjutat b'mod żbaljat li tagħti aċċess għas-sottomissjonijiet bil-miktub tal-partijiet f'kawża magħluqa.

2) Il-Qorti tal-Ġustizzja naqset milli tipprovdi informazzjoni lill-ilmentatur dwar ir-regoli u l-proċeduri adottati għall-implimentazzjoni tar-Regolament 1367/2006.

**Pretensjoni(jiet)**  
1) Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħti aċċess għas-sottomissjonijiet bil-miktub tal-partijiet f'kawża magħluqa.

2) Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tinforma lill-ilmentatur dwar ir-regoli u l-proċeduri adottati għall-implimentazzjoni tar-Regolament 1367/2006.