# Nuqqas ta’ notifika ta’ deċiżjoni li taffettwa d-drittijiet individwali u nuqqas ta’ indikazzjoni tal-mezzi ta’ appell - Awtur: Ombudsman Ewropew - Data: 2014-10-03T12:00+02:00[Europe/Paris] - [URL](https://www.ombudsman.europa.eu/mt/case/mt/41088) --- **Allegazzjoni(jiet)** 1) Il-Kummissjoni u/jew l-EACEA naqsu milli jindikaw il-mezzi ta' appell disponibbli fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni tal-ilmentatur għas-sejħa għal proposti tal-2013 tal-Karti Universitarji tal-Erasmus. 2)Il-Kummissjoni u/jew l-EACEA naqsu milli jinnotifikaw lill-ilmentatur fi żmien xieraq bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni tal-ilmentatur għas-sejħa għal proposti tal-2013 tal-Karti Universitarji tal-Erasmus. **Pretensjoni(jiet)** Il-Kummissjoni u/jew l-EACEA għandhom jirrimedjaw l-allegati każijiet ta' amministrazzjoni ħażina.